Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — safety committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-safety committee fi ħdan Transport Malta kienx qed jopera fil-perjodi 2010/2011? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' dan is-safety committee?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Health & Safety Committee fi ħdan Transport Malta twaqqaf f'April tal-2011. Il-membri f'dan il-kumitat huma kollha mpjegati ta' Transport Malta: · HR Director · Administration Manager · Senior Manager · Property Manager · Maintenance Manager · Materials Testing · Safety Officer · Specialist - Civil Aviation

Belt Valletta — Transport Malta - chipping u żebgħa fuq bollards

Question

Jista' l-Ministru jgħid lil min Transport Malta għaddiet ix-xogħol ta' chipping u żebgħa fuq bollards kif ukoll crash barriers li sar f'Xatt il-Barriera l-Belt Valletta? Jista' jgħid fuq liema kriterji ġiet magħżula din il-persuna jew kumpanija? Jista' jgħid kemm kien il-valur għal dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant jifforma parti minn kuntratt ta’ xogħol aktar wiesa’ li jkopri tiswija ġenerali tal-moll f’Xatt il-Barriera. Dan il-kuntratt ġie mogħti lil Josef Borg li tefa’ l-irħas offerta f’tender pubbliku. L-ispiża għax-xogħol ta' chipping u żebgħa fuq bollards kif ukoll xiri w installazzjoni ta’ crash barriers ġodda li sar f'Xatt il-Barriera, l-Belt kienet dik ta’ €19,380.00 inkluż il-VAT.

Residenza San Vinċenz de Paul — pazjenti taħt is-sena 60 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti taħt is-60 sena li ddaħħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paul mis-sena 2008 sal-aħħar tas-sena 2011, minħabba diżabilità u li m'għandhomx familjari biex jieħdu ħsiebhom skont l-età u f'liema swali? Għaliex qed jiġu admitted fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pazjenti taħt is-60 sena huma kif jidher hawn taħt : Sena Nisa Irġiel 2008 2 2 2009 3 3 2010 4 3 2011 2 5 Dawn il-pazjenti qed jiġu ammessi fir-Residenza San Vinċenz de Paul minħabba iċ-ċirkostanzi mediċi li huma ta’ natura partikulari u komplikati.

bdil ta' skola

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li huwa persuna b'diżabilità jibdel l-iskola tiegħu miċ-Ċentru Vayrita, Wied il-Għajn għal Garden Angel, Hamrun.

Response (CRISTINA, DOLORES)

San Gorg Preca, Guardian Angel, Secondary Education Resource Centre hija Skola ta’ livell sekondarju. Il-persuna b’diżabilità, li d–dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandu ‘l fuq minn 22 u għaldaqstant jaqbeż l-età medja tal-istudenti li ċ-ċentri ta’ Riżorsi Edukattivi joffru programm għalihom.

Fondi mill-Good Causes Fund lit-timijiet tal-futbol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitqassmu l-fondi mill-Good Causes Fund lit-timijiet tal-futbol li applikaw għal xi fondi? Kemm kienu dawn it-timijiet li applikaw f'dawn l-aħħar sentejn u min ingħata u kemm kien l-ammont?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lil Onorevoli Interpellant li għall l-ewwel parti tal-mistoqsija il-Gvern flimkien mal-Malta Football Association se jkunu qed jinvestu €9 miljun ewro biex sas-sentejn li ġejjin kull klabb tal-futbol f’Malta jkollu grawnd tiegħu jew tal-anqas jedd ta’ użu ta’ grawnd modern u b’ħaxix sintetiku fuq xhiex jagħmel it-taħriġ tat-timijiet tiegħu. Għall daqstant il-Ministeru tal-Finanzi l-Ekonomija u l-Investiment se jalloka €400,000 assistenza finanzjarja mill-Fond tal-Kawzi Gusti lit-timijiet tal-futbol. Dsatax il-club se jkunu qed igawdu sabiex ikollom użu ta’ facilitajiet moderni b’grawnds attrezati. Għat-tieni parti tal-mistoqsija l-informazzjoni qed tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.

Siġġiewi — Kostruzzjoni ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta x-xogħol ta' kostruzzjoni fi Sqaq nru 2, Triq San Gwann, Siġġiewi se jitlesta? Dan ilu għaddej xhur sħaħ b'inkonvenjent għar-residenti u jidher ċar li d-dewmien huwa kkawżat mill-kuntrattur li qiegħed idum biex jesegwixxi x-xogħol.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li d-dewmien relatat max-xogħlijiet li qed isiru fi Sqaq Numru 2 fi Triq San Ġwann fis-Siġġiewi inqala’ minnħabba problemi tekniċi li sab il-kuntrattur. Persważ li l-Onorevoli Interpellant jifhem u japprezza li l-maltemp li qed jagħmel f’dawn l-aħħar ġimgħat mhu qed jgħin xejn biex isir progress fix-xogħlijiet. Hekk kif it-temp jippermetti jitkomplew ix-xogħlijiet biex jitlestew fil-jiem li ġejjin.

Dipartiment tat-Taxxa — Impjegati reġistrati

Question

Jista' l-Ministru abbażi tas-sena 2011 jagħti breakdown ta' kemm għandu impjegati full-time kif ukoll self employed registrati mad-Dipartiment tat- Taxxa li jaqilgħu: a. Sa €9000 fis-sena ; b. Bejn €9000 u €11000 fis-sena; c. Bejn €11000 u €17000 fis-sena; d. Bejn €17,000 u €25000; e. Bejn €25000 u €35000; f. Bejn €35000 u €50000; g. Aktar minn €50,000 . Jista' l-Ministru jgħid kemm iħallsu taxxa kollettivament kull kategorija?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar id-dħul tat-taxpayers impjegati għas-sena 2011 għadha dieħla fid-Dipartiment. Fir-rigward tas-self employed baqgħalhom sa’ Ġunju li ġej biex jibagħtu l-formoli tat-taxxa għas-sena bażi 2011. It-tagħrif mitlub jkun jista’ jingħata aktar tard matul din is-sena meta l-informazzjoni tkun miġbura kollha u pproċessata.

informazzjoni dwar priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm daħlu priġunieri mis-sena 1992? Kemm minnhom daħlu fuq serq, traffikar ta' droga, użu ta droga, frodi, qtil, attentati ta' qtil u vizzji oħra każ b'każ u sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Persuni miżżewwġa li jieħdu ħsieb l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jindirizza l-inġustizzja ta' persuni miżżewwġa li jieħdu ħsieb il-ġenituri tagħhom iżda ma jingħatawx il-benefiċċju ta' carers bħal fil-każ ta' dawk ix-xebbiet jew ġuvintur u dan għaliex ħafna minn dawn il-persuni għandhom bżonn jaħdmu bil-qliegħ, iżda biex jieħdu ħsieb dawn l-anzjani, qed jibqgħu d-dar b'sagrifiċċju għall-familja tagħhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lil Onor Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet bejn numru ta’ dipartimenti tal-Gvern bil-għan li l-anżjani tagħna jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu aktar fil-komunità. F’dawn id-diskussjonijiet qed jiġi kkunsidrati wkoll l-aspett tal-benefiċċji soċjali li jitħallsu lil persuni li jkunu qed jassistu anzjani fid-dar tagħhom.

Sptar Mater Dei — Maintenance Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-stocks u l-ordnijiet fil-maintenance department tal-Isptar Mater Dei huma miżmumin jew neqsin? Ma jidhirlux li f'ċirkostanzi bħal dawn jekk jinqalgħu xi ħsarat fl-Isptar b'mod urġenti mhux se jkunu jistgħu jiġu rranġati? F'dawn iċ-ċirkostanzi x'se jagħmel l-Ministru?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-stocks u l-ordnijiet fil-maintenance department tal-Isptar Mater Dei ma humiex miżmumin izda hemm uħud minnhom li huma neqsin. Il -maintenance department għandu f’idejh spare parts li huwa ikunsidrat importanti biex jintużaw immedjatament meta jkun hemm bżonn. Minn żmien għal żmien din il-lista ta’ dan it-tip ta’ spare parts tiġi riveduta u dan it-tip ta’ spare parts jiżdidu kif u jekk ikun meħtieġ. Hemm ukoll arranġameti biex meta jkun hemm bżonn urġenti ta’ xi stock u dan ma jkunx għand il - maintenance department, dan jinxtara immedjatament.

Childcare Assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm childcare assistants impjegati? Tista' tgħid humiex full-time jew part-time? Kemm hemm full-time u kemm part-time u f'liema childcare centre? Fir-rigward ta' childcare assistants impjegati part-time, tista' tgħid jekk hiex se timpjegahom full-time? Jekk iva dan meta? Jekk le, għaliex? Tista' tgħid għaliex fil-ħinijiet tal-ftuħ u tal-għeluq, peress li childcare assistants jidħlu u joħorġu f'ħinijiet varji, qed ikun hemm childcare assistant li jkollha tieħu ħsieb aktar tfal milli huwa stabbilit skont ir-regolamenti? Tista' tassigura li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata u dan sabiex ikun assigurat is-saħħa u sigurtà tat-tfal? Għaliex mhemmx childcare assistants li jkunu bħal relievers biex jieħdu post dawk iċ-childcare assistants li jkunu bil-vacation leave jew bis-sick leave, u dan sabiex ikun assigurat li f'kull ħin it-tfal li jattendu jkollhom il-ħarsien meħtieġ? Tista' tgħid kemm-il ċentru taċ-childcare se jinfetaħ ġdid, f'liema lokalità, meta u kemm childcare assistants se jkunu impjegati? Kif se jkunu impjegati ċ-childcare assistants? Full-time jew part time?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Isptar Mater Dei — Nuqqas ta' stocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-jiem li għaddew ma kienx hemm faxex ta' lastiku u stick zinc oxide strapping għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk hemmx aktar affarijiet out of stock fl-Isptar? X'inhuma? X'qed isir biex ma jibqax ikun hemm affarijiet out of stock fl-Isptar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li Stick Zinc Oxide Strapping huwa in stock u l-faxex tal-lastiku hemm żewġ tipi ta’ qisien li huma in stock. Hemm qies ieħor li għandu jasal fl-stores fi żmien ġimgħatejn.

Sptar Mater Dei — pazjenti li jkunu għamlu operazzjoni - professjoni jew status

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-professjoni jew status tal-pazjent skont it-tip ta' operazzjoni li għamel fl-Isptar Mater Dei, matul is-sena 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-professjoni jew status ta’ pazjent ma jiġix imniżżel fir-reġistru tal-operazzjonijiet (surgical operations register). Għaldaqstant, din l- informazzjoni ma tistax tiġi elenkata.

Estenzjoni tal-Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet biex ġiet kostruwita l-estenzjoni tal-Qrati li tinstab fi Strada Stretta, Valletta u kemm se tiġi tiswa biex din tiġi mħotta in toto jew in parte jew fiżikament mibdula kif suġġerit mill-Ministru?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-estensjoni tal-Qrati li s’issa ġiet tiswa €370,935,13. Għada ma saret ebda stima kemm se tiġi tiswa biex tiġi mħotta u irranġata kif suġġerit mill-Ministru. Dwar it-tieni parti ta l-interperllanza tal-Onor membru iried jingħad li għaddejin diskussjonijiet mal-periti u l-kuntrattur biex ikun hemm qbil fuq rati għax-xogħol li hemm bżonn isir. (Ara PL 9248 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 448 nhar it-Tlieta 21 ta’ Frar 2012)
Leg 11 PQ #31897 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti li applikaw għall-B.Ed

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw studenti għall-B.Ed [1st year] fis-sena skolastika kurrenti 2011-2012 u f'liema suġġetti? Kemm kien hemm postijiet available għal kull suġġett? Kemm ġew aċċettati studenti u f'liema suġgetti? Sal-aħħar ta' Jannar 2012 kemm kien hemm studenti li għazlu li jirriżenjaw mill-kors, jekk kien hemm? F'liema suġġetti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

informazzjoni dwar films maħduma f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħadmu films f'pajjiżna mis-sena 2010? Kemm dam jinħadem kull film f'pajjiżna u kemm tħaddmu Maltin f'kull film inklużi extras? Jekk hemm proġettat aktar filming ta' films f'pajjiżna, kemm hemm films proġettati, meta u kemm se jitħaddmu Maltin f'kull film inklużi l-extras?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #31899 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti li spiċċaw il-Form 5

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra sena b'sena mill-2000 sal-2012 kemm studenti spiccaw il-Form 5? Kemm minnhom kienu subien u kemm minnhom kienu bniet? Kemm minnhom kienu fi skola indipendenti, pubblika jew tal-Knisja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31900 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti li jbatu minn global development delay

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kif il-Gvern jitratta ma' studenti li jbatu minn global development delay meta dawn jispiċċaw l-edukazzjoni primarja? F'liema skola jiġu assenjati biex ikomplu bl-istudji tagħhom fil-livell sekondarju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħal kull student ieħor b’dizabilita`, tfal li jbatu minn ‘Global Development Delay’ jibdew imorru l-iskejjel sekondarji tal-Kulleġġ tagħhom, wara pjan ta’ tranżizzjoni. Hemmhekk, b’għajnuna tal-Learning Support Assistants, jagħmlu l-programm edukattiv bażat fuq l-ħtigijiet individwali tagħhom, imma f’Kuntest tal-klassi li jkunu fiha.

kuntratti u servizzi relatati ma' perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti u servizzi relatati lill-perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw sepatarament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li ngħataw xi kuntratti u servizzi relatati mal-perit li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant.

Siġġiewi — Triq San Ġwann - xogħlijiet weqfin fi sqaq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex xogħlijiet li qed isiru mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi fi Sqaq Numru 2 Triq San Ġwann is-Siġġiewi ilhom weqfin għal diversi ġranet b'dannu u periklu kontinwu għar-residenti li jgħixu f'dan l-isqaq?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31884.