Legislature:
Category:
Reset
Active:

WasteServ — informazzjoni dwar skart maħżun

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kien l-iskart li kellhom maħżun fil-WasteServ fi tmiem din il-ġimgħa u li ma kenux għadhom jafu x’se jaqbdu jagħmlu bih? Jista' jgħid jekk kienx skart perikoluż li qed jistenna liċenzja għall-esportazzjoni jew RDF – refuse derived fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi ma jirriżultax li ddaħħal skart li l-Wasteserv mhix ippreparata għalih. U għalhekk din il-mistoqsija hi mibnija fuq premessa żbaljata.

kwestjoni dwar boathouse

Question

B’referenza għall-boathouse li d-dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid taħt liema proċeduri din il-boathouse għaddiet lill-istess inkwilini li kienu ilhom disa' snin ma jħallsu kera għaliha u li kienet u għadha qed tiġi użata minn terzi, mhux bħala boathouse iżda bħala store għall-iscrap u ħwejjeġ oħra marbutin ma’ negozju ta’ restaurant li jinsab sovrappost għall-istess boathouse u dan tul dan il-perjodu kollu? Jista' jgħid taħt liema titolu reġgħet ġiet assenjata l-boathouse lill-istess inkwilini? Jista' jikkonferma li din il-boathouse reġgħet ġiet assenjata lill-istess inkwilin f’Jannar 2011 b’direct order u mingħajr talba għall-offerti b’tender pubbliku? Jista' jikkonferma li l-inkwilini ħallsu multa nominali mingħajr ma ġew imġiegħla jħallsu l-arretrati tal-kera?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Il-permess tal-boathouse ġie itterminat żmien ilu wara li mietet il-persuna li kellha l-permess f’isimha. Minn spezzjoni li saret riċenti irriżulta li l -boathouse baqgħet tiġi użata mill-armla tal-persuna li kellha l-permess fuqha u għalhekk id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permess ġdid lil armla b’kera ogħla kif normalment jagħmel f’każijiet bħal dawn. Dan il-permess kien ukoll soġġett għall-ħlas ta’ darba għas-somma ta’ €250 bħala kumpens għal okkupazzjoni li jkopru s-snin li din il-boathouse kienet qed tiġi okkupata mill-armla.

Dejn globali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31509 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30416, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bi tweġiba to date abbażi ta' dak li jirriżulta bħala dejn globali?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dejn globali sal-aħħar ta’ Settembru 2011 kienet ta’ €4.47 biljun.

informazzjoni dwar it-trattat tal-ACTA

Question

B'referenza għat-trattat tal-ACTA dwar il-mediċini li ġie ffirmat f 'Tokjo mill-Unjoni Ewropea u mill-ambaxxatur Malti għan-nom ta' pajjiżna , jista' l-Ministru jinfurmani jekk sarx studju dwar kif dan se jaffettwa l-prezzijiet għall-komsumaturi? Jekk fl-affermattiv, min għamel dawn l-istudji u jista' jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li l-ACTA hu ftehim plurilaterali bil-għan li jsaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali. L-ACTA ma jaffetwax il-kummerċ leġittimu fil-mediċina ġenerika. Għaldaqstant ma kienx meħtieġ li jsiru studji f’dan ir-rigward.

trattat tal-ACTA — effett fuq il-ħaddiema fl-industrija lokali tal-mediċina

Question

B'referenza għat-trattat tal-ACTA dwar il-mediċini li ġie ffirmat f 'Tokjo mill-Unjoni Ewropea u mill-ambaxxatur Malti għan-nom ta' pajjiżna , jista' l-Ministru jinfurmani jekk sarx studju dwar kif dan se jaffettwa lill-ħaddiema fl-industrija lokali tal-mediċina? Jekk fl-affermattiv, min għamel dawn l-istudji u jista' jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31788.

trattat tal-ACTA — effett fuq il-kompetittività tal-industrija lokali tal-mediċina

Question

B'referenza għat-trattat tal-ACTA dwar il-mediċini li ġie ffirmat f 'Tokjo mill-Unjoni Ewropea u mill-ambaxxatur Malti għan-nom ta' pajjiżna , jista' l-Ministru jinfurmani jekk sarx studju dwar kif dan se jaffettwa l-kompetittività tal-industrija lokali tal-mediċina? Jekk fl-affermattiv, min għamel dawn l-istudji u jista' jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31788.

informazzjoni dwar intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011 li kienu qed iwettqu attività ta’: a) innovazzjoni teknoloġika; b) innovazzjoni mhix teknoloġika; ċ) innovazzjoni sew teknoloġika kif ukoll innovazzjoni mhix teknoloġika? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont id-daqs ta’ kemm iħaddmu nies dawn l-intrapriżi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi filwaqt li l-Malta Enterprise toffri għadd ta’ skemi lill-kumpaniji ta’ kull daqs biex tħeġġiġhom jkunu iktar innovattivi, l-istatistika miġbura tinkludi l-benefiċjarji u għaldaqstant ma tagħtix l-istampa kollha tal-attività innovattiva fil-pajjiż. Ta’ min jgħid li m’hemm l-ebda obbligu biex il-kumpaniji li jkunu qed iwettqu innovazzjoni fil-prodotti, servizzi jew proċessi tagħhom jinfurmaw lill-awtoritajiet dwar dan.

Investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Diċembru 2010, fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra News Release 33/2012 li l-NSO ħarġet fis-16 ta’ Frar 2012.
Leg 11 PQ #31812 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Studenti barranin fl-iskejjel f'Malta u Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti barranin fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011 fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Malta u f’Għawdex separatament? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti u skont in-nazzjonalità tal-istudenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fir-rigward ta' Għawdex hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-informazzjoni dwar studenti fi skejjel statali f'Malta nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #31813 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti barranin fl-iskejjel Maltin u Għawdxin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti barranin fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011 fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Għawdex? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti u skont in-nazzjonalità tal-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Likwidazzjoni tal-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji bir-residenza tagħhom f’Malta u f’Għawdex ġew likwidati kull xahar matul l-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-Reġistru tal-Kumpaniji, ma jinżammux reġistri tal-kumpaniji separati għal Malta u għal Ghawdex, imma reġistru uniku kif tirrikjedi il-liġi. Ninsab infurmat ukoll illi ir-Registru tal-Kumpanniji ma jżommx l-istatistika dwar kemm kumpaniji li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom f’Għawdex ġew likwidati fl-2011.

mergers ta' kumpaniji reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm mergers ta’ kumpaniji reġistrati f’Għawdex fl-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-Reġistru tal-Kumpaniji, ma jinżammux reġistri tal-kumpaniji separati għal Malta u għal Għawdex, imma Reġistru uniku kif tirrikjedi il-liġi, u ma tinżammx statistika dwar mergers ta’ kumpaniji li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom f’Għawdex.

Paċeville, San Ġiljan u Buġibba — permessi għall-amplified music

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm permessi għall-amplified music ġewwa stabbiliment f'Paċeville, San Ġiljan u Buġibba u f'liema toroq jinstabu? Meta ħarġu l-permessi meħtieġa? Għad hemm xi talbiet pendenti? Kemm minnhom ġew rifjutati mis-sena 2010 sal-lum?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Oltre għall-informazzjoni mogħtija li tirrigwarda ħruġ ta’ permessi għal daqq ta’ mużika amplifikata fis-sens għolja, jeżistu wkoll numru ta’ permessi fl-istess lokalitajiet indikati li jippermettu d-daqq ta’ mużika f’livell baxx magħrufa bħala soft background music kif ukoll permessi ta’ daqq ta’ mużika live. Ma hemmx talbiet pendenti għal daqq ta’ mużika amplifikata fil-lokalitajiet indikati. Matul is-sena 2011, ġie rrifjutat permess wieħed fi triq Santu Wistin, Paceville, St Julians. Dan il-permess ingħata wara li l-applikant issottometta appell quddiem il-Bord tal-Appelli tat-Turiżmu u rebaħ l-istess appell.

Noise pollution minn stabbiliment fi Triq Rue D'Argens

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu dwar ilmenti formali li saru mir-residenti dwar noise pollution minn stabbiliment fin-naħa t'isfel ta' Triq Rue D'Argens anki fil-ħinijiet bikrin ta' filgħodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal club li hemm fl-imsemmija triq, il-Pulizija nvestigat u ħadet passi fuq ir-rapporti li sarulha dwar storbju li kien ġej minn dan il-club. Fil-fatt ninsab infurmat ukoll illi nbdew proċeduri quddiem il-Qorti dwar dawn l-ilmenti

Rabat/Dingli — sit medjevali fis-Simblija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31303 li oriġinajrament saret lill-Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li bħalma jaf kulħadd, is-sit medjevali fis-Simblija limiti tar-Rabat/Dingli f’Malta, ġie riabilitat b’fondi pubbliċi kif ukoll b’fondi Ewropej u l-post ġie inawgurat fi Frar tas-sena 2003 mill-Ministru tar-Risorsi u Infrastruttura, l-Onor. Francis Zammit Dimech u peress li ma tidher l-ebda informazzjoni fuq fondi tal-Unjoni Ewropea taħt is-sit tad-dipartiment tal-Planning and Priorities Coordination, jista’ l-Ministru jgħid: a) Kemm kienu l-fondi li ngħataw mill-Unjoni Ewropea; b) Kemm kienet il-kontribuzzjoni tal-Gvern Malti; ċ) Taħt liema skema jew programm tal-Unjoni Ewropea ngħataw il-fondi; d) Jekk kienx hemm kundizzjonijiet jew wegħdi mill-Unjoni Ewropea marbutin ma’ dan il-proġett , u jekk fl-affermattiv, x’kienu; e) Jekk xi partijiet mill-fondi ntużaw sabiex jiġu mibnija jew irranġati strutturi privati ta' familja partikolari li għandha l-użu temporanju tal-art tal-gvern fl-intorni; f) Jekk dan il-lok storiku kulturali għadux miftuħ għall-pubbliku; u ġ) X'inhi s-sitwazzjoni fuq l-aċċess għall-pubbliku mill-passaġġi li jagħtu għal dan il-lok li ilhom jeżistu minn żmien il-Medju Evu u li issa huwa mhedded mill-istess familja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-proġett ta’ restawr u riabilitazzjoni tas-sit medjevali tas-Simblija sew madwar Lm 20,000, li minnhom Lm 5,000 ġew minn fondi li nghataw mill-Unjoni Ewropeja Taħt l-iskema tar-Raphael Project. Min informazzjoni li għandi, ma jidhirlix li kien hemm kundizzjonijiet jew wegħdi mill-Unjoni Ewropea marbutin ma' dan il-proġett. Peress li parti minn dan is-sit kienet qiegħda tintuża mill-bidwi li għandu l-kirja agrikola tal-arja ta’ madwar, inbnew żewġ garaxijiet bħala rilokazzjoni lill-familji li kienu qed jagħmlu użu mill-ispazju tal-kappella u l-għar tal-mithna biex dawn tal-aħħar ikunu vakati. Għar-rigward l-aċċessibiltà għal dan is-sit, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall Mistoqsija Parlamentari numru 31284.

San Ġwann — Triq Mensija - probelma ta' ilma fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31381 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jiġi indirizzat l-ilment tar-residenti tat-triq twila u prinċipali, Triq Mensija ġewwa San Ġwann li jmur lura għadd ta’ snin u li anki l-kunsill lokali jafu bih, biex tiġi indirizzata l-problema tal-ilmijiet ikkawżati allegatament minn għoti ta’ tarmak fuq tarmak, li ħafna drabi qed iwassal għal flooding f’ħafna djar u anki bjar u btieħi tan-nies u dan b’żieda mal-ilmijiet li jkunu ġejjin minn triqat oħrajn fil-qrib?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill huwa konxju b’din il-problema li ilha teżisti minn qabel ma twaqqaf il-Kunsill Lokali San Ġwann. Is-soluzzjoni ta’ din il-problema tirrikjedi ammont sostanzjali ta’ riżorsi. Bħal kull entita' oħra l-Kunsill irid jistabbilixxi lista ta’ prijoritajiet li jkunu jistgħu jlaħħqu mar-riżorsi tiegħu.

Transport Malta — tindif fil-vened

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ġie inkarigat minn Transport Malta sabiex jesegwixxi xogħol ta' tindif fil-vened tal-Belt, Qormi u Buġibba? Jista' jgħid jekk Transport Malta ħarġitx tender għal dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enforcement Department — Chief Office, Senior Manager u l-Manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-Chief Officer, is-Senior Manager u l-Manager tal-enforcement department kenux preżenti fuq il-post tax-xogħol nhar il-Ħamis, 26 ta' Jannar 2012? Jekk jirriżulta li dawn kienu reġistrati bħala leave, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li l-istess persuni daħlu u ħarġu mill-post tax-xogħol regolarment? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li dawn kienu assenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-ġurnata msemmija, iċ-Chief Officer Enforcement kien ġurnata leave, is-Senior Manager kien leave in-nofs ta' nhar ta' fil-għodu, u l-Manager kien duty. Infurmat ukoll li hi ħaġa normali li mpjegati fi gradi maniġerjali jkunu preżenti fil-post tax-xogħol anke meta jkunu bil-leave.

Transport Malta — - uffiċjali li huma intitolati għall-fuel b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali tat-Transport Malta li huma intitolati għal fuel b'xejn? Jista' jindika liema sezzjoni fi ħdan Transport Malta dawn jaqgħu? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fi fuel fis-sena 2011 u kemm minn din in-nefqa marret sabiex tagħmel tajjeb għal dawk intitolati jieħdu fuel b'xejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — lista ta' konferenzi

Question

Jista' l-Ministru jindika u jippubblika lista ta' konferenzi li Transport Malta attendiet għalihom matul is-sena 2011? Jista' jgħid x'kienet it-tema ta' kull konferenza? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa għal kull konferenza partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.