Legislature:
Category:
Reset
Active:

abbuż fuq anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex xi rapporti kemm bħala Ministeru jew bħala dipartiment dwar xi tip ta' abbuż jew ieħor fuq anzjani minn djar jew residenzi li tinkludi dik ta' San Vincenz? Jekk fl-affermattiv, x'kienu dawn ir-rapporti u x'passi ttieħdu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

tnaqqis fil-budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget ghas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Fondazzjoni għal Servizzi tal-Ħarsien Soċjali — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar il-waiting lists tal-Fondazzjoni għal Servizzi tal-Ħarsien Soċjali? Jista' jgħid kemm huma dawn il-waiting lists u għal liema servizz?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 32075 mill-Onor. Abela, il-waiting lists tal-Aġenziji tal-Fondazzjoni għal Servizzi Soċjali tidher hawn taħt: Aġenzija Sapport: Servizz fil-Komunità: 24 Servizz ta’ Residenza: 52 - 32 maskil; 20 femminil Servizz għal Ħaddiema Soċjali: 5 Servizz ta’ Ċentri matul il-Jum: 191 Aġenzija Sedqa: Sedqa m’għandiex waiting lists fuq is-servizzi residenzjali li toffri, iżda, jekk persuna tkun se tiddaħħal f’wieħed mis-servizzi għandu jkun hemm preparamenti anterjuri mill-persuna, fejn jekk ma tilħaqx il-kriterji mistennija minn Sedqa, jista’ jkun li tiġi mwaqqfa milli tiddaħħal fis-servizz. Għaldaqstant, jista’ jkun li għalkemm ikun hemm postijiet vakanti fis-servizzi offruti, ma jkunx hemm nies li jissodisfaw il-kriterji li bihom wiehed ikun jista’ jagħmel użu minn dawn is-servizzi. Aġenzija Appoġġ: WAITING LIST AS AT JANUARY 2012 SERVICES WAITING LIST Domestic Violence Unit 15 M en’s Services 0 G habexShelter 0 P sychological Services 106 F amily Therapy Services 51 C hild Protection Services 164 L ooked After Children 44 Court Services 0 S upervised Access Visits 6 Y outh in Focus 60 I nitial Response Services/Generic Services 107 P rogramm Ulied Darna 38 Q ormi Health Centre 7 M ater Dei 0 S t Vincent De Paule 0 B offa 2 M ount Carmel Hospital 0 H igh Support Services 2 Cottonera Community Services Social Work 17 Cottonera Community Services Housing 0 Cottonera Community Services - Paulo Freire Institute 0 Homestart 21 Valletta Social Work 26 B'Kara Social Work 36 Qawra Social Work 9 Fostering 0 Pre Adoption 48 Post Adoption 0 E mployment Support Programme 0

Birżebbuġa — informazzjoni dwar dar għall-perusni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq id-dar għall-persuni b'diżabilità ġewwa Birżebbuġa? Kemm se tiġi tiswa din id-dar u kemm hi l-allokazzjoni fil-budget għal din is-sena?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

B’referenza għall-mistoqsija mill-Onor. Abela, ix-xogħol strutturali fuq id-dar għall-persuni b’diżabilità ġewwa Birżebbuġa li tikkonsisti f’żewġ appartamenti u li mistenni takkomoda tfal b’diżabilità huwa lest. Huwa l-ħsieb li l-ewwel appartament jibda’ jilqa’ l-ewwel persuni f’Ottubru li ġej u l-ispiża neċessarja għal din is-sena hi stmata ghal €142,730.37, li tinkludi wkoll għamara u apparat domestiku.
Leg 11 PQ #31465 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dħul tal-Prim Ministru, Ministri, Segretarji Parlamentari u Assistenti Parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Prim Ministru, Ministri, Segretarji Parlamentari u Assistenti Parlamentari u membru parlamentari qabel ma ttieħdet iż-żieda fil-2008, wara li ttieħdet iż-żieda u issa li parti miż-żieda reġgħu qed ineħħuha mid-dħul annwali tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-iStqarrija Ministerjali li għamilt fid-19 ta’ Jannar 2011 u għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 15499. Mill-bidu ta’ din is-sena, l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari ma baqgħux jirċievu l-honoraria ta’ Membru Parlamentari.
Leg 11 PQ #31466 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — spezzjonijiet fuq is-sajjieda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq is-sajjieda minn laneċ tal-Forzi Armati ta' Malta fuq il-baħar matul is sena 2011? Jista' jgħid b'liema mod u b'liema laneċ jew qxur oħra jsiru dawn il-spezzjonijiet u jekk hemmx standard partikolari li jrid jinzamm meta qed isiru dawn l-ispezzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li matul is-sena 2011 saru 255-il spezzjoni fuq laneċ tas-sajd mnn laneċ tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn saru kemm waqt rondi ta’ rutina kif ukoll waqt programmi speċifiċi ta’ spezzjonijiet marbutin mas-sajd tat-tonn.

Turisti li żaru Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew turisti fis-sena 2011 b'kollox? F'liema klassi ta' hotels tpoġġew kemm damu f'Malta?

Response (DEMARCO, MARIO)

Matul is-sena 2011 żaru Malta 1,411,748 turist, żieda ta’ 5.6% meta mqabbla ma’ l-istess perjodu tas-sena 2010. 70.3% tat-turisti li żaru Malta f’dan il-perjodu qagħdu f’hotels, żieda ta’ 4.2% meta mqabbla ma’ l-istess perjodu tas-sena 2010. Statistika uffiċjali mill-NSO, (Tourstat Survey), li tinsab f’Tabella ‘A’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, turi li t-turisti li żaru Malta użaw din it-tip ta’ akkomodazzjoni. Skond statistika oħra ppublikata mill-NSO (Accomm Stat) li tinsab f’Tabella ‘B’ li wkoll qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, huwa stmat li fl-ewwel ħdax il-xahar tas-sena 2011, 1,140,139 turist qagħdu f’collective accommodation , żieda ta’ 7.5% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena 2010. Din il-figura ma tinkludix turisti li qagħdu f’akkomodazzjoni privata. Il-maġġoranza (46.5%) qagħdu f’lukandi ta’ erba’ stilel, filwaqt li 25.6% qagħdu f’lukandi ta’ ħames stilel u 19.1% qagħdu f’lukandi ta’ tliet stilel.

Turisti li żaru Malta — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li kull turist ħalla flus f'Malta f'kull ġurnata li dam hawn? Kemm huwa kkalkulat li nefqu flus ras għal ras it-turisti li ġew iżuru Malta matul is-sena 2011?

Response (DEMARCO, MARIO)

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, matul is-sena 2011, huwa kkalkulat li t-turisti li ġew Malta nefqu €872 ir-ras, żieda ta’ 3.1% meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. In-nefqa totali tat-turisti li żaru Malta fl-2011 qabżet il-1.2 Biljun Ewro.

Turisti li żaru Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ġew it-turisti li żaru Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin u jekk hemmx it-tendenza li qed jiżdiedu t-turisti minn xi pajjiż partikolari?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-istatistika ta’ l-NSO turi li matul il-perjodu Jannar sa Novembru 2011, it-turisti li żaru Malta u Għawdex ġew l-aktar mill-Ingilterra, mill-Italja, mill-Ġermanja, minn Franza, mill-Iscandinvaja u minn Spanja. Matul l-aħħar ħames snin kien hemm l-akbar żieda ta’ turisti mill-pajjiżi ta’ l-Italja, Spanja, Skandinavja u Franza. Aktar informazzjoni rigward dan qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Swieq tat-turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema suq qed jippjanaw li jinġieb numru ikbar ta' turisti fix-xhur u s-snin li ġejjin? Jista' jgħid x'qed jiġri biex dan il-pjan iseħħ?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-istrateġija ta’ żvilupp ta’ swieq addottata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tikkonsisti fil-konsolidazzjoni ta’ swieq maturi bħal dak Ingliż, Taljan, Franċiż u Ġermaniż; it-twessiegħ ta’ swieq sekondarji inkluż dak Spanjol, Skandinav u Russu u l-iżvilupp ta’ swieq emerġenti bħal Polonja u ċ-Ċina. Dawn is-swieq jistgħu jkunu kemm ġeografiċi kif ukoll motivazzjonali. L-istrateġija timmira sabiex testendi kemm jista’ jkun l-appell staġjonali tal-gżejjer tagħna billi tattira turisti minn pajjiżi differenti li jsiefru għall-varjeta wiesgħa ta’ raġunijiet li kapaċi nissodisfaw bl-offerta diversa tagħna. Niddistingwu wkoll bejn swieq li kapaċi jiġġeneraw tkabbir fi żmien qasir jew medju u dawk, bħal swieq aktar imbegħda bħal dawk Ażjatiċi u mill-Amerika Latina li jeħtiġilhom aktar żmien sabiex jibdew juru tkabbir. L-istrateġija tagħna hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ aċċessibilita’ bl-ajru (kemm b’mod dirett f’każ ta’ swieq viċini jew permezz ta’ code shares f’każ ta’ swieq aktar imbegħda), il-proviżjoni ta’ prodott u servizz adegwat kif ukoll marketing iffokat u effettiv li jimmira lejn popolazzjonijiet distinti ta’ turisti potenzjali.

kwestjoni dwar residenti li jridu jsiru sidien ta' darhom

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tar-residenti, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, għax minkejja li ħafna residenti saru sidien ta' darhom permezz tal-iskema, huma għadhom ma ffirmawx il-kuntratt?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tad-Djar giet infurmata mid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Propjeta’ li l-art fejn jinstabu dawn id-djar issa saret propjeta’ tal-Gvern. L-Awtorità tad-Djar talbet lill-Avukat Generali tar-Repubblika joħrog Avviz Legali sabiex din l-art tigi ttrasferita lill-istess Awtorita’. Meta jitlesta dan il-proċess l-Awtorita’ tad-Djar tkun f’pożizzjoni li tiffirma l-kuntratti finali tal-postijiet imsemmija.

Skema V

Question

Jista' l-Ministru jara li tinħareġ il-kartuna s-safra Schedule V tal-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li wara li ġie ċċekjat fl-Uffiċċju tal-Medicines Entitlement Unit (MEU), jekk hemmx applikazzjonijiet għall-kartuna s-safra tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, rriżulta li ma kienx hemm. Din il-persuna ġiet ikkuntattjata fuq in-numru pprovdut. Mid-dehra hija kellha l-applikazzjoni f’idejha, imma marret f’diversi postijiet żbaljati biex tapplika. Ġie spjegat eżatt il-post u l-ħinijiet ta’ ftuħ, tal- MEU sabiex din il-persuna tapplika għall-kartuna s-safra personalment.

Għawdex — Għarb - kumpens għar-raba' meħuda biex titwessa' triq

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif il-porzjon raba', li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġiet meħuda biex titwessa' triq li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament fl-Għarb Għawdex u dan meta s-sidien tagħha ma ġew infurmati b'xejn u lanqas ħadd ma avviċinhom biex jieħu l-kumpens spettanti lilhom skont il-ligi u skont r-records jidher li l-esproprju sar mill-Ministru għal Għawdex u mhux mill-Kummissarju tal-Artijiet? Jista' jagħti spjegazzjoni għal dan kollu u jgħid kif u meta se jingħataw il-kumpens dawn in-nies?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31765.

applikazzjoni għal post tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu seaparatament, li ilha li applikat għall-post tal-gvern mill-2007 u s'issa għadha mingħajr post? Jista' jara x'jista' jsir peress li din il-perusna għandha erbat itfal u għadha qed tgħix mal-ġenituri tagħha?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Każ quddiem l-arbitru

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga każ quddeem l-arbitru fejn is-sinjur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separtament, qed iħoss li saret inġustizzja miegħu u jaħseb li kien hemm żball u għalhekk jixtieq li jkollu ċ-ċans li jitkellem għax jidher li ma fehmux il-każ tiegħu? Jista' l-Ministru jara li l-bord jikkuntatjaw lil dan is-sinjur biex jiċċaraw il-każ għax jidher li sar żball fix-xhieda?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qrati tal-Gustizzja l-uniku każijiet li jinstemgħu minn arbitru huma każijiet tat-Tribunal dwar il-Qsim ta’ Wirt. Mir-records tal-Qorti ma jidhirx li kien hemm xi każ tal-persuna indikata. Il-każijiet l-oħra li jinstmegħu minn arbitru huma każijiet quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ li jinstemgħu quddiem il-Bord tal-Arbitragg u li ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Qorti.

Kontijiet tad-dawl u ilma pendenti

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma ta' koppja, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li ilhom ma jirċievu dawn il-kontijiet ix-xhur?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ kont tal-koppja anzjana, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li ilhom ma jirċievu l-kont u kienu wkoll ilmentaw li kienu jiġuhom kontijiet għolja?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Użu tal-hazard waste tal-power station il-ġdida

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31506, 31153 u 30945 u jgħid x'riċerka saret biex isir użu ta' hazard waste li jkun qed jirriżulta mill-power station il-ġdida? Jekk fl-affermattiv, min ikkummissjona din ir-riċerka u kemm swiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31629.

Power station — hazard waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li se tipproduċi hazard waste kull ġimgħa l-power station il-ġdida?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi meta tkun qed topera l-estensjoni tal-power station ġewwa Delimara, din se tkun qed tuża 0.7% sulphur fuel oil biex topera. Meta l-impjant ikun qieghed fully operational, dan se jkun qed jipproduċi 160m3 ta’ solid waste fil-gimgha li se jingabar f’1.4 containers kuljum. Dan kollu se jkun fil-limiti permessi mill-Unjoni Ewropea u skont l-IPPC permit tal-MEPA that l-IPPC Directive.
Leg 11 PQ #31696 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kulleġġ ta' Santa Tereża Birkirkara — trasferiment ta' form 3s

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu jew le li l-form 3's tal-Kulleġġ ta' Santa Tereża Birkirkara humiex se jiġu trasferiti minn Ta' Paris għall-iskola fejn hemm il-forms 1 u 2 fi Psala Street Santa Venera tal-istess kulleġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Form IIIs li hemm bħalissa fil-Kulleġġ Santa Tereża, Sekondarja Subien, B’Kara (Ta’ Paris) mhux se jiċċaqalqu għall-Kulleġġ Santa Tereża, Sekondarja Subien, Sta. Venera. Mis-sena d-dieħla l-istudenti tal-Form 3 (li din is-sena qegħdin Form 2) se jibqgħu fil-Kulleġġ Santa Tereża, Sekondarja Subien Santa Venera u mhux se jmorru fil-Kulleġġ Santa Tereża, Sekondarja Subien B’Kara (Ta’ Paris).