Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-2009 sal-2011? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba rigward it-trasferiment tal-ilma minn Malta għal Għawdex tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Nadur - Triq il-Qortin - sistema tad-drenaġġ
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31504, peress li fi Triq Qortin huma biss żewġ residenzi li qed jitbattlilhom id-drenaġġ b'xejn, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan mhux qed isir għar-residenzi kollha fi Triq Qortin u jgħid ukoll meta se jsir ix-xogħol biex ir-residenzi jiġu komunikati mas-sistema tad-drenaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31969.
Ħaddiema fis-settur tal-lukandi u ristoranti — impjieg full-time
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-lukandi u ristoranti f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-Edukazzjoni f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħaddiema fis-settur tas-saħħa u xogħol soċjali — impjieg full-time
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-saħħa u xogħol soċjali f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Family Friendly measures
Question
B’referenza għat-tweġiba li kien ta' xi xhur ilu għall-mistoqsija parlamentari 25673, jista' l-Ministru jagħti kif kien mitlub fiha, it-tweġiba għall-mistoqsija (b), jiġifieri l-breakdown ta’ kemm kienu (dakinhar li ta t-tweġiba) l-ħaddiema fid-dipartimenti li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kienu qegħdin jibbenefikaw minn dawk il-miżuri msemmijin f’(a) u dan qed jintalab għax huwa biss mill-Ministri ma kienx ta dan it-tagħrif mitlub?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi billi t-tarmac ċeda qrib ir-roundabout li hemm ħdejn il-ħanut Junior's fit-tarf ta' Vjal ir-Rihan, San Ġwann?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tiswija tal-ħsara li qed isemmi l-Onor Interpellant għadha ma saritx minħabba l-maltemp ta' dan l-aħħar. Infurmat ukoll li dan ix-xogħol għandu jsir hekk kif ikun possibli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew l-ismoking areas il-ġodda li hemm fl-Isptar Mater Dei? X'inhu d-daqs ta' kull waħda minnhom? Jistgħu jittieħdu passi biex ikun hemm ilquħ aħjar kontra l-maltemp billi kelli ilmenti li xi nies li użawhom spiċċaw ma kellhomx kenn biżżejjed meta kienu qed jagħmlu użu minnhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ammont tal-kont sottomess mill-kuntrattur li għamel ix-xogħol fuq l-ismoking shelters, bħalissa qed jiġi vverifikat mit-tekniċi tal-Isptar Mater Dei, u għaldaqstant ma jistax jingħata qabel dan l-eżerċizzju jkun lest.
Id-daqs ta’ kull waħda minn dawn l-i
smoking shelters
hija ta’ 7.2m x 2.4m x 3.0m
L-istruttura fejn jista’ jsir tipjip trid tkun tali li trid tkun konformi mar-Regolamenti tal-2010 dwar it-Tipjip f’Postijiet Pubbliċi Avviż Legali 23 tal-2010, u għalhekk tali spazju jrid ikun mgħotti b’saqaf u mhux magħluq b’aktar minn ħajt jew naħa waħda u għalhekk ma jistax ikun hemm aktar ilquħ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Tista' tgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipatimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jghid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infumat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipatimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2011 sar pagament mill-Head Office, Malta ta' €11,646 lil Konsulent Legali li qed fuq kuntratt fuq bażi ta' sena biex jagħti konsulenza legali u wkoll ħlas mill-Ambaxxata u l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea fi Brussell ta' €33,086 għal konsulenzi legali meta dawn is-servizzi kienu meħtieġa (as required).
Ninforma li l-Konsulent Legali f'Malta hu Prof David Attard u fi Brussell hu Uffiċċju ta' Konsulenza Legali Lorenz
Miniteru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — flus f'konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija s-segwenti:-
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — flus f'konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jghid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — flus f'konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jghid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn huma l-konsulenzi li ngħataw ‘l fuq minn €10,000;
- KNPD; €20, 166.20 wara ħruġ ta’
tender
għal rapporti dwar applikazzjonijiet tal-MEPA,
site visits
u konsulenza dwar l-aċċess fiziku mill-Perit Joseph Spiteri; u €15, 698.30 wara ħruġ ta’
tender
għal eżaminazzjoni medika ta’ applikazzjonijiet għall-ID Specjali u Blur Badge minn Dr Joe M Pace
- Kummisarju ghat-Tfal; nil
- Kummissarju ghal Vjolenza Domestika; nil
- Ufficju tal-Arbitru; nil
- Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali; nil
- Awtorità tad-Djar; nil
- Kummissjoni ghall-Ghaqdiet Volontarji; nil
- Servizzi ghal Harsien Socjali; nil
- Awtorità Nazzjonali ghall-Impjiegi; nil
- Qrati tal-Gustizzja; nil
- Servizzi Soċjali; €47,027.55 għal servizz ta’ konsultazzjoni għal bidla fil-pensjonijiet, liġi tal-kera u MPVI (Market Property Value Index) lis-Sur David Spiteri Gingell
- Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza; nil
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-performance bonus li ngħata lill-Heads ta' ARMS Ltd wara li huwa kien iddikjara li se jingħatalhom dan, meta għamel iż-żjara fl-uffiċini tal-ARMS Ltd ġo Ħal-Luqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma nħossx li huwa prudenti li wieħed jiżvela ammonti speċifiċi individwali. Ngħid iżda li l-performance bonus li ngħata lil Heads ta’ ARMS kien f’konformità stretta mal-kuntratti tagħhom.
Għal dettalji tal-kuntratti in kwistjoni l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi għal PQ 19365.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar festini u riċivimenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdowns separati tal-infiq fuq diversi festini u riċevimenti li hu u/jew il-Ministeru tiegħu organizza matul din il-leġislatura fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' diversi proġetti infrastrutturali u/jew ambjentali madwar il-gżejjer Maltin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ urġenti tal-Housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilu pendenti għaxar snin sħaħ? Tista' tiġi kkunsidrata b’mod urġenti għal akkomodazzjoni alternattiva ground floor peress li għandha għadd ta’ ċertifikati mediċi on file?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tas-sinjura in kwestjoni hija proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. Peress li l-istock ta’ postijiet vojta huwa limitat ħafna, ninforma lilll-applikanta li f’kaz li hija tikri post mill-privat hija tkun tista tapplika għal sussidju fuq il-kera dejjem jekk hija tkun konformi mall-kundizzjonijiet tal-Iskema fi dhan l-Awtorità tad-Djar.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex l-individwu, li r-referenza tal-każ tiegħu qed tintbagħat separatament, qed jiġi mċaħħad milli jgħix fil-libertà tant li meta l-ġenituri jkunu morda lanqas jista' jżurhom biex jorqod magħhom biex ikun ta' wens għal matul il-lejl ? Jista' jara li din l-inġustizzja tiġi rimedjata bla aktar inkonvenjent lejn d-drittijiet umani?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn investigazzjonijiet li għamlet l-Awtorità tad-Djar irriżulta li l-inkwilin ma kienx qed jagħmel użu mill-fond kif suppost li jagħmel. Evidenza ta' dan kien l-konsum baxx hafna tad-dawl u l-ilma. Għalhekk l-Awtorità tad-Djar kompliet tinvestiga aktar fil-fond.
Ninsab ċert li l-Onoveroli Interpellant jifhem tajjeb li postijiet residenzjali tal-Gvern m'għandhomx jitħallew vojta iżda jiġu utilizzati kif suppost mill-inkwilini. Dan, min-naħa l-oħra ma jiffirsx li l-inkuwilin ma jistax jżur u jieħu ħsieb il-ġenitur tiegħu iżda huwa mistenni li jagħmel użu kontinwu mill-fond mikri lilu mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jispjega r-raġuni li l-Ministeru avża u ddikjara li bdiewa part-time se jintalbu jirrevedu lura sussidji finazjarji li ngħataw? Jista' jinforma ukoll min kien resposabbli biex laqqa' lill-bdiewa u fehemhom kundizzjonijiet differenti? Jista' jinfurmana bil-kopji tal-komunikati li ġew indirizzati lill-bdiewa biex dawn issottomettew l-applikazzjonijiet?
B'referenza għas-sussidju finanzjarju li l-bdiewa qed jintalbu jirrifondu lura lid-dipartiment wara li d-dipartiment skopra li dawn mhumiex intitolati għalihom, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija ċ-ċifra globali li trid tinġabar mingħand dawn il-bdiewa? Jista' jgħid kemm hu n-numru totali tal-bdiewa li jridu jirrifondu l-flus in kwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ tħaddim ta’ skemi ta’ sussidju finanzjarju u għanjuniet oħra mħaddma mill-Aġenzija għall-Pagamenti ma ssirx distinzjoni bejn bdiewa full-time u dawk part-time. Ninfurmah ukoll li l-Aġenzija għall-Pagamenti ma sejħitx laqgħat għall-bdiewa f’dan ir-rigward.
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jikkjarifika għal liema skemi ta’ sussidju qiegħed jirreferi għalihom.
Rabat — sistema ta' parkeġġ f'erba' toroq partikolari
Question
Jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata, mingħajr ta’ aktar telf ta’ żmien, is-sistema ta’ parkeġġ li teżisti fi Triq San Publiju, Triq il-Konti Ruġġieru, Triq Santa Marija u Triq Sant Antnin, ir-Rabat fejn ir-resident ta’ dawn it-toroq qed isibuha ferm diffiċċli li jipparkjaw il-vetturi tagħhom? Tista' issir, imqar bi prova, sistema fejn mis-7.00 ta' filgħaxija sas-7.00 ta' filgħodu, il-parkeġġ f’dawn it-toroq ikun esklussivament għar-residenti ta’ dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li talbiet għal skemi kontrollati għal Parkeġġ Residenzjali għandhom isiru mill-Kunsill Lokali rispettivi u li fil-każ in kwistjoni ma saret l-ebda talba mill-Kunsill lokali tar-Rabat fil-konfront tat-toroq msemmija. Skemi bħal dawn, meta jkunu approvati minn Transport Malta jitħaddmu fuq il-prinċipju li fil-ġranet u ħinijiet li jkunu stipulati, dawk li ma jkunux residenti ikunu jistgħu jipparkjaw biss għal tul ta' ħin limitat.