B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 37652, fejn intqal li l-Prim Ministru ma jistax jifhem x'inhu qed jiġi mfisser b’xogħlijiet imwegħda, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-gvern ċentrali wiegħed aktar minn sena ilu li se jieħu ħsieb jagħmel dawn ix-xogħlijiet, hekk kif jirriżulta mill-estratti tal-minuti tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Lija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M’għandi xejn x’inżijd mar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 37652.
Transport Malta — spezzjonijiet fuq street furniture
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-uffiċjali ta' Transport Malta jagħmlux xi spezzjonijiet fuq il-bosta street furniture li għandna madwar il-pajjiż biex jiġi assigurat li dawn, bħal sinjali tat-traffiku, traffic lights u bosta sinjali oħra ma jkunux ta' periklu għat-traffiku u l-persuni li jkunu għaddejjin mill-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi madwar il-pajjiż għandna eluf ta' arbli tad-dawl u tat-telephone, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tagħmilx xi xogħol ta' kordinazzjoni biex l-entitajiet li huma sidien ta' dawn l-arbli jassiguraw li fil-fatt l-arbli jkunu l-ħin kollu fi stat tajjeb?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tagħmilx traffic counts b'mod regolari fuq it-toroq tagħna, b'mod partikulari fuq dawk arterjali u distributorji, biex jiġi assigurat li jkollha l-aħħar informazzjoni dwar l-istess traffiku? Billi skont risposta parlamentari riċenti intqal li Transport Malta se ddaħħal xi forma ta' intelligent traffic management, jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk hux qed issir koordinazzjoni mal-pulizija dwar dan il-fatt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tagħmel studji dwar il-volum tat-traffiku fuq it-toroq b'mod regolari. Infurmat ukoll li Transport Malta kienet tkellmet mal-pulizija rigward proġetti ta' Intelligent Traffic Management fejn il-pulizija spjegaw l-importanza li jkunu involuti fil-moniteraġġ tat-traffiku flimkien ma' Transport Malta.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn pulizija Għawdxin li qed iwettqu s-servizz tagħhom f'Malta? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk dawn il-pulizija jingħatawx xi preferenza biex jaħdmu kemm jista' jkun qrib Għawdex, minħabba l-inkonvenjenti ta' trasport, u tal-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 68 membru tal-Korp tal-Pulizija residenti Għawdex li jaħdmu Malta. Sakemm huwa possibli dawn jiġu stazzjonati fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, għajr għal dawk li huma stazzjoni fl-Iskwadri Speċjalizzati.
Tista' l-Ministru tgħid b'liema prodotti ta' hygiene u disinfetanti qed ikunu provduti mid-dipartiment fiċ-childcare centres u kindergartens in partikolari sabiex jintużaw fil-ħasil tal-idejn u affarijiet oħra sabiex ikunu megħluba r-riskji żejda ta' tifrix ta' mikrobi fost it-tfal u trabbi li jattendu fihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fejn hemm kindergarten, id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi jalloka l-fondi lil kull skola sabiex jixtru l-materjal u prodotti tal-indafa kollha li jkunu meħtieġa.
Il-prodotti li jintużaw fi Smart Kids Childcare Centres immexxija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi huma:
• Liquid Hand Soap PH 5.5 għal ħasil tal-idejn
• Room and Surface Anti-bacterial Surface Spray għat-tindif ta’
nappy changers
, uċuħ ta’ mwejjed, għamara eċċ.
• Detergent għal ħasil tal-art
• Descaling and Sanitizing Toilet Cleaner u Power Bleach għal ħasil tal-kmamar tal-banju u
toilets
Tista' l-Ministru tara li t-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatement, jingħata LSA peress li l-ġenituri ilhom snin jitolbu l-għajnuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istatementing Moderating Panel ma għandu l-ebda applikazzjoni pendenti għan-nom ta’ dan it-tifel. M’hemmx applikazzjonijiet pendenti ħlief dawk li waslu tul din is-sena u mhux qegħdin fuq lista ta’ priorità. Dawk meqjusa “priorità” diġà qegħdin jingħataw l-għajnuna.
Siġġiewi — Triq Karmenu Vassallo - kuntratt ta' akkwist ta' art
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37206, jista' l-Ministru jgħid meta l-kuntratt mas-sidien tad-djar se jkun konkluż? Jista' jagħti time frame?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalma għidt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 37206 il-kuntratti jistgħu jsiru wara li l-Awtorità tad-Djar toħroġ l-Avviż Legali dwar it-trasferiment tal-proprjetà.
Applikazzjonijiet għall-akkwist ta' oqbra tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li din id-darba applikazzjonijiet għall-akkwist tal-oqbra tal-gvern qed ikun suġġett għal depożistu ta' €2,500 kuntrarju għal li kien sar ftit qabel l-elezzjoni tas-sena 2008?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-akkwist għall-oqbra qiegħed ikun suġġett għal depożitu ta’ €2,500 peress li dan huwa mitlub skont Artiklu 9 tal-Avviż Legali 327 tal-2012 liema artiklu jgħid ‘Kull min jiġi mgħarraf bid-dritt li jkollu li jakkwista qabar għandu jħallas nofs l-ammont dovut fl-artikoli 6, 7 jew 8 malli jiġiffirmat il-konvenju dwar dak l-akkwist, hekk li l-bqija tal-ammont titħallas malli jiġi ffirmat il-kuntratt tal-akkwist.".
Il-prezz għall-akkwist ta’ qabar mibni huwa ta’ €5000.
Jista' l-Ministru jgħid id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali kemm ilu located fil-Continental Business Centre, Cutrico Buildings, ġewwa Triq Old Railway Tracks f'Santa Venera? Dan il-post inxtara jew qiegħed jintuża b'kera? Jekk il-post huwa mikri kemm titla' l-kera?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ilu allokat fl-indirizz indikat fil-Mistoqsija, mit-13 t’ Awwissu 2012. Il post qiegħed jintuża’ b’kera bir-rata ta’ €126,474.00 fis-sena.
San Ġwann — Triq il-Għargħur u Dun Karm Psaila bypass - speed cameras
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jitwaħħlu speed cameras fl-inħawi ta' fejn tisbokka Triq il-Għargħur f'San Ġwann fit-Triq Dun Karm Psaila bypass minħabba l-frekwenza ta' over speeding, inċidenti u anke ħbit mal-crash barriers li ta' spiss ikun hemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rreferejt il-każ għall-kunsiderazzjoni ta' Transport Malta.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ex Direttur għal Corporate Services, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament tal-Awtorità ta' Malta tal-Abjent u l-Ippjanar kienx ħallas lura l-flus tal-allowance tal-karozza li kien ħa żejda?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Imsida — Conception Street - stallazzjoni ta' bus stop
Question
Jista' l-Ministru jara li Transport Malta flimkien mal-Arriva tara li jkun hemm bus stop oħra apparti minn dik li hemm ħdejn il-Kennedy u qrib il-BOV fil-Pietà/Imsida Marina, għaliex in-nies li joqgħodu fl-akwati ta' Conception Street, l-Imsida fosthom anzjani, jkollhom jimxu dik id-distanza kollha biex jmorru l-Isptar Mater Dei?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nies li joqgħodu fl-akwati ta’ Conception Street jistgħu jagħmlu użu mill-bus stop ‘MSIDA’ li jinsab quddiem il-Każin tal-Banda u jaqbdu r-rotta 22 li għandha frekwenza ta’ karozza kull għoxrin minuta. Dan il-bus stop jinsab biss madwar 75 metru bogħod mit-triq imsemmija u huwa kkumplimentat b’bus shelter kif ukoll b’pedestrian lights li jinsabu eżatt kif wieħed ikun se jaqbad Triq M.A. Vassalli, mal-ġenb tal-Każin Laburista.
San Pawl il-Baħar — Triq Għajn Rażul - cables mal-faċċata tal-bini
Question
Billi fi Triq Għajn Rażul, San Pawl il-Baħar hemm cables li huma mdendli b'mod perikoluż mal-faċċata ta' bini li għadu kif tela', jista' l-Ministru jara li dawn l-istess cables perikolużi jitneħħew minn fejn qegħdin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Triq Għajn Rażul - cables mal-faċċata tal-bini
Question
Billi fi Triq Għajn Rażul, San Pawl il-Baħar hemm cables li huma mdendlin b'mod perikoluż mal-faċċata ta' bini li għadu kif tela', jista' l-Ministru jara li dawn l-istess cables perikolużi jitneħħew minn fejn qegħdin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi peress li l-Onor. Interpellant ma indika l-ebda indirizz fejn hemm il-cables perikolużi u wara investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta rriżulta li l-unika bini ġdid fit-triq li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant hu "Gliding View". Kopja tar-ritratti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn il-
cables
mhumiex proprjetà tal-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' omm ta' żewġt itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna risposta mill-Bord tal-Invalidità fejn meta kelmithom qalulha li trid tistenna xi 5 xhur imma s'issa għadha ma rċeviet xejn?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu ma ħax il-flus taż-żieda tat-Tarzna u kull meta jċempel l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali jgħidulu li se jirċievih dalwaqt?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara x'ġara mill-applikazzjoni tas-sussidju tal-kera tat-telefon ta' koppja anzjana li d-dettalji dwahra qed jidhru separatamet li minkejja li ilha li applikat tliet xhur għadha bla sussidju?
Response (SAID, CHRIS)
Nitlob lill-Onor interpellant biex jgħaddi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru tas-Saħħa u Kura għall-Anzjani.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li wara seba' snin, se jneħħilha l-blue sticker meta l-kundizzjoni fiżika tagħha marret għall-agħar?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant applika ghall-Blue Badge l-ewwel darba fis-sena 1999 u kkwalifika. Hargitlu Blue Badge li kienet tiskadi fis-sena 2004. Din giet ritornata meta skadiet.
Rega' applika fis-sena 2005 u kkwalifika ghal mod temporanju sal-bidu tas-sena 2009. Qabel ma skadiet applika fis-sena 2008 ghal wahda gdida u din id-darba ma kkwalifikax. Il-Blue Badge skaduta giet ritornata.
Rega' applika fl-ahhar tas-sena 2009 u ma kkwalifikax. Din id-darba appella imma l-Bord xorta wahda ra li l-persuna ma jikkwalifikax.
Rega' applika fl-ahhar tas-sena 2010 u t-tabib tal-KNPD tah il-Blue Badge b'mod temporanju ghal sentejn.
F'Settembru 2012 rega' applika biex igedded il-Blue Badge u t-tabib ra li l-persuna ma tikkwalifikax ghall-Blue Badge.
L-ufficjal inkarigat mis-Servizz tal-Blue Badge fil-KNPD bghatitlu ittra biex jirritorna l-Blue Badge skaduta u sal-lum dan ghadu ma rritornahiex.