San Pawl il-Baħar — inspections fuq is-sistema tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar inspections bis-CCTV cameras, fuq is-sistema tad-drenaġġ ta' San Pawl il-Baħar? X'irriżulta minn dawn l-inspections? Jista' jagħti tagħrif jekk irriżultax li hemm xi ħsarat partikolari li għandhom jiġu rranġati fi żmien qasir?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-inspections fuq is-sistema tad-drenaġġ ta’ San Pawl il-Baħar huma kontinwi. Ġew spezzjonati 7378 metru ta’ mains tad-drenaġġ matul l-aħħar sentejn. Il-ħsarat jiġu klassifikati skond it-tip u jiġu msewwija skont l-urġenza ta’ dawn il-ħsarat speċjalment meta jkun qed isir xogħol fuq l-asphalt mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jew Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk pajjiżna huwiex qiegħed jikkontempla li jottjeni xi fondi għall-interconnector bejn Malta u Sqallija mill-fond Connecting Europe Facility; li huwa intiż li jiġbor fondi biex jitwettqu proġetti infrastrutturali kbar? Jista' jagħti ħjiel meta dan il-pjan se jitressaq quddiem il-Kunsill tal-Ministri u l-Parlament Ewropew biex jingħata l-aħħar approvazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li pajjiżna se jkun qed jibbenefika minn finanzjament Ewropew ta’ madwar €20miljun għall-bini tal-interconnector ma’ Sqallija. Dan l-ammont se jkun qed jiġi finanzjat mill-European Energy Programme for Recovery.
Il-Connecting European Facility huwa intenzjonat għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 u għalhekk, l-
interconnector
preżenti, li se jkun lest fl-2013, ma jistax jiġi kkunsidrat għal finanzjament minn dan il-programm.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21747 u 29693, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija GO? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija GO, jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21747.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013 f’Malta u f’Għawdex
separatament? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jpoġġi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għal-Għawdex.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi f'dak li jikkonċerna l-bejgħ jew it-tħaddim tas-Selmun Palace Hotel? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji tal-iżvilupp li seħħ? Jekk le, jista' jassigura li din il-lukanda ma tispiċċax vandalizzata u żarmata? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-istess post għadx għandu security għassa mal-bini?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31680.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid f'liema grad jew mansjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet tal-applikazzjonijiet relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31158.
San Pawl il-Baħar — spezzjonijiet fuq is-sistema kollha tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlitx spezzjonijiet fuq is-sistema kollha tad-drenaġġ fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar permezz tas-CCTV? Jekk le, jista' jitlob li ssir tali spezzjoni biex jiġu identifikati l-ħsarat kollha li jista' jkun hemm fis-sistema ta' dawn l-inħawi biex b'hekk ikun jista' jitfassal programm ta' manutenzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30557.
Jista' l-Ministru jgħid x'riċerka saret biex isir użu ta' hazard waste li jkun qed jirriżulta mill-power station il-ġdida? Jekk fl-affermattiv, min ikkummissjona din ir-riċerka u kemm swiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31629.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21747, 29693 u 30702, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija Go? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija Go jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21747.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' kontijiet tad-dawl/ilma li jintbagħtu kull sena? Kemm minn dawn huma kontijiet li jintbagħtu fir-residenzi u kemm jintbagħtu lil konsumaturi oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kontijiet tad-dawl u ilma li jintbgħatu kull sena, skont il-kategorija ta’ dawk residenzjali u oħrajn, huwa kif ġej:
· Fl-2010 intbagħtu 534,761 kont residenzjali u 426,670 kont taħt kategoriji oħra; u
· Fl-2011 intbagħtu 672,643 kont residenzjali u 609,644 kont taħt kategorija oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex jitneħħew il-barriers li saru proviżorjament fuq il-moll taċ-Ċirkewwa wara l-inċident fatali li seħħ dan l-aħħar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31155.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30795 u jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid f'liema grad jew mansjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet tal-applikazzjonijiet relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 31158.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le, li l-uffiċċjal tal-Gozo Channel li kien tneħħa mill-kariga tiegħu xi żmien ilu, kien għamel rakkmandazzjoni qawwija biex isiru barriers propju biex jiġi evitat li jsiru traġedji, bħalma ġara fil-każ tal-pulizija Kurt Gauci li minn hawn nixtieq nuri sogħba għall-mewta traġika tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Gozo Channel m’għandha l-ebda dokumentazzjoni dwar dak li qed jiġi mistoqsi.
Ninsab infurmat ukoll illi l-uffiċċjal li għal dawn l-aħħar sentejn kien responsabbli mill-operat tal-kumpanija qed jassigura li t-tqegħid ta’
barriers
isir skont l-esiġenzi ta’ xogħol li jkun għaddej fuq il-moll, kemm mill-kuntrattur kif ukoll mill-Gozo Channel, u anke skont l-esiġenzi ta’ aċċess ta’ vetturi għall-parti tal-moll li hi lil hinn minn
Quay
Nru. 1.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' back office
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31208.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' żewġ persuni li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li waħda minnhom hija Għawdxija li tikri post furnished u li issa għalqilha l-kuntratt? Peress li dawn għandhom post Marsaxlokk u applikaw għad-dawl u ilma jista' l-Ministru jara li dan is-servizz jingħatalhom mill-aktar fis biex ikunu jistgħu jidħlu fih?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31404.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali biex tkun magħluqa l-Magħtab u biex jinbena l-proġett kollu tal-Magħtab? Jikkonferma jekk il-proġett tal-Magħtab huwiex lest jew inkella jonqsux spiża oħra? Jekk iva, kemm?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett ta' tisfija tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex komplessivament? Jista' jindika l-ispiża ta' kull proġett individwalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proġett għat-Trattament tad-Drenaġġ b’kollox se jiġi jiswa madwar €108 miljun, eskluż il-VAT.
L-impjant tat-trattament fix-Xgħajra u l-infrastruttura fin-Nofsinahar ta’ Malta jiswa €87 miljun eskluż il-VAT.
L-impjant tat-trattament f’ Għawdex u l-infrastruttura relatata jiswa €9.2 miljun eskluż il-VAT.
L-impjant tat-trattament fil-Mellieħa u l-infrastruttura fit-Tramuntana ta’ Malta jiswa €11.1 miljun eskluż il-VAT.
Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jittieħdu passi dwar l-għadd ta’ rapporti li għamlet il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li l-meter tagħhom il-ġdid jinsab wieqaf minkejja li dan suppost ħa post meter ieħor antik li ġie mibdul għax spiċċa wieqaf ukoll?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-meter imsemmi reġa’ nbidel fl-4 ta’ Jannar u dan qed jaħdem sewwa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom tinħadem u tingħata l-market correction allowance lil ċerti ħaddiema fis-settur pubbliku?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-market correction allowance tingħata f'każijiet fejn is-Settur Pubbliku jħoss li għandu bżonn jattira lejh persuni li huma meqjusa esperti fil-qasam tax-xogħol tagħhom. Dan isir fejn, fil-biċċa l-kbira tagħhom, is-salarji offruti mis-Settur Privat huma ferm aktar attraenti, u b'hekk is-Settur Pubbliku jitlef ħafna mir-riżorsi umani tant neċessarji għall-operat tiegħu. L-allowance tinħadem billi jiġu kkunsidrati l-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-individwu, flimkien mar-responsabbiltajiet meħtieġa fil-pożizzjoni partikolari.
Il-market correction allowance tiġi maħduma billi jiġu kkunsidrati ukoll is-salarji attwalment imħallsa fis-Settur Privat għall-persuni li jokkupaw gradi ekwivalenti.
L-allowance tingħata l-aktar f'dawk is-setturi fejn hawn nuqqas ta' nies imħarrġa sew, speċjalment fil-qasam tat-teknoloġija u l-IT, u fil-każ ta’ konsulenti esperti f'diversi oqsma.
Filwaqt li wieħed jawgura li jkompli l-impenn favur it-tisħiħ tal-munita tagħna lkoll l-ewro, jista' l-Ministru jgħid jekk xi dipartimenti, aġenziji jew entitajiet governattivi, jew inkella xi korporazzjonijiet jew istituzzjonijiet li fihom għandu xi sehem il-Gvern Malti jew xi entitajiet ikkontrollati minnu, f'dawn l-aħħar xhur għamlux xi studji dwar worst-case scenario fl-eventwalità li tikkollassa l-munita ewro?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31569.