Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bugibba — informazzjoni dwar proġetti li qed isiru

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk jistax ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti marbutin mal-water park f'Bugibba, l-estensjoni tal-masġar ta' Kennedy (Kennedy Grove) u x-xogħol li qed isir fuq is-salini fis-Salina?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’ xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar - ħtieġa ta' servizz

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32070, billi skont risposti parlamentari preċedenti Triq is-Simar, San Pawl il-Baħar għandha tingħata t-tarmac matul l-2012, jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar fiex waslu d-diskussjonijiet dwar it-tqegħid ta' mains kemm tad-drenaġġ u kif ukoll tal-ilma f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet f'din it-triq se jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin. Id-diskussjonijiet mal-Water Service Corporation qegħdin fi stadju avvanzat ħafna.

Qawra/Buġibba — Triq it-Turisti - tneħħija ta' arblu tad-dawl

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28732, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu l-iżviluppi minn meta ngħatat ir-risposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi x–xogħol biex jitneħħa l-arblu msemmi diġà beda u s’issa tneħħa l-cable. Il-linji u l-arblu nnifsu għandhom jitneħħew dalwaqt.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ageing Report Economic and Budgetary Projections

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32032 u cioè: Billi jidher li d-dipartimenti governattivi għaddejjin minn eżerċizzju mal-Unjoni Ewropea dwar it-2012 Ageing Report Economic and Budgetary Projections for The European Union Member States (2010 - 2060), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar draft report ta' dawk id-dipartimenti li jaqgħu taħtu u li qed jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju? Jista' jgħid kemm huma l-projections ta' kull spiża ta' kull proġett imsemmi f'kull rapport?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kunsill tal-ECOFIN inkariga lill-Economic Policy Committee (EPC) biex jaġġorna u jidħol f’aktar dettall tal-estimi relatati man-nefqa fuq l-anzjani. Din ibbażata fuq estimi ġodda mill-Eurostat dwar il-popolazzjoni. Dan ir-rapport għandu jkun approvat mill-Kunsill tal-ECOFIN aktar tard din is-sena, u għandu jkopri estimi dwar long-term age relations għall-perjodu 2010-2060 għall-penzjonijiet, kura tas-saħħa, kura akuta, edukazzjoni u benefiċċji tal-qgħad. L-estimi, partikolarment dawk marbuta mal-penzjonijiet, huma suġġett għal peer to peer review qabel ma’ dawn jiġu adottati mill-working group. Ix-xogħol qiegħed fi stadju avvanzat, avolja għad irid jibda jiġi ċirkolat abbozz tar-rapport peress li għad hemm diskussjonijiet tekniċi għaddejjin.

Awtorità tad-Djar — tiswija fuq apramorta

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità tad-Djar tirranġa l-periklu li hemm f'partijiet mill-apramorta ta' Blokk 9 fi Triq il-Ġnien, Ħal Qormi peress li ilha ma tingħata manutenzjoni u partijiet mill-ġebel qegħdin jitmermru u għandhom bżonn jiġu rranġati?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, bi tweġiba għall-mistoqsija tiegħu, illi l-Awtorità tad-Djar qatt ma ġiet innotifikata qabel dwar dawn l-allegati ħsarat. Minkejja dan, l-awtorità ħadet nota tal-interpellanza u se ssir ispezzjoni fil-jiem li ġejjin.

Siġġiewi — Triq San Nikola - stallazzjoni ta' lampa

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra t-talba tar-residenti ta' Triq Nikol Bonello fis-Siġġiewi biex il-Korporazzjoni Enemalta tistalla lampa f'din it-triq minħabba d-dlam li hemm u l-inkonvenjent li jiġi kkawżat lir-residenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li hija r-responsabbiltà tal-kunsill lokali li tistalla bozoz ġodda. Wara, dawn jiġu kkonnetjati mas-sistema tal-elettriku mill-Enemalta. Għaldaqstant ma saret l-ebda talba mill-kunsill lokali għal dan ix-xogħol.

Siġġiewi — servizz tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li s-servizz tat-trasport pubbliku lejn is-Siġġiewi ikun estiż għall-inħawi ta' Binja Hesri u l-Housing Estate li jinsabu hemmhekk minħabba li diversi familji qed ikollhom bogħod ħafna biex jilħqu t-trasport pubbliku f'dan il-lokal? Jista' jikkunsidra li dawn il-familji kienu diġà ressqu numru ta' petizzjonijiet lill-awtoritajiet koncernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minħabba l-wisgħa tat-toroq fl-inħawi msemmija, mhux possibbli li x-xarabanks jiġu mmanuvrati biex jidħlu u joħorġu minn dawn it-toroq u għaldaqstant ma jistax jingħata servizz tat-trasport pubbliku. Infurmat ukoll li qed jiġi mistħarreġ l-eqreb post sa fejn tista tidħol ir-rotta sabiex jiġu modqija aħjar in-nies ta’ dawn l-inħawi.

Proġett tal-Magħtab

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija 31091 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali biex tkun magħluqa l-Magħtab u biex jinbena l-proġett kollu tal-Magħtab? Jikkonferma jekk il-proġett tal-Magħtab huwiex lest jew inkella jonqsux spiża oħra? Jekk iva, kemm?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30427.

Informazzjoni dwar niċeċ u statwi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex informazzjoni kollha dwar niċeċ u statwi li għandna f'kull belt u raħal f'Malta

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra

ħlas għas-servizz tat-Telecare

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija r-rata ta' ħlas li l-anzjani jħallsu għas-servizz tat-Telecare: [a] meta issir l-istallazzjoni; [b] il-kera kull xahar u [c] xi ħlas ieħor?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li r-rati ta’ ħlas kif mitluba mill-Onor. Interpellant dwar is-Servizz tat-Telecare huma hekk: a) Meta ssir l-istallazzjoni ma jsir ebda ħlas. b) Il-kera għas-servizz hija ta 5 euro u 3 cents kull xagħrejn. Ma jsir l-ebda ħlas jekk persuna jkollha il-Karta r-Roza valida. c) M'hemm l-ebda ħlas ieħor għas-Servizz tat-Telecare.

ilmet dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni u jindirizza d-diffikultà li qiegħda tħabbat wiċċha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, stante illi qiegħda tirċievi żewġ kontijiet għal żewġ servizzi fl-istess fond residenza tagħha meta attwalment għandha kont wieħed u għad li ġibded l-attenzjoni tal-ARMS Ltd dawn ma remedjawx is-sitwazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

ITS — sejħa ta' għalliema

Question

B'referenza għas-sejħa ta' għalliema fuq bażi ta' kuntratt definit għat-tieni semestru fis-sena akkademika 2011/2012 fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi, kif avżat fil-mezzi tal-istampa f'Jannar, tista' l-Ministru tgħid, għal kull suġġett avżat li kien hemm vakanza għalih, il-kwalifiċi u l-esperjenza akkademika fis-suġġett in kwestjoni, ta' kull persuna magħżula biex tgħallem skont din is-sejħa? Kemm ingħatat siegħat biex tgħallem u f'liema suġġetti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ITS — lecturers part-time

Question

B'referenza għas-sejħa ta' għalliema fuq bażi ta' kuntratt definit għat-tieni semestru fis-sena akkademika 2011/2012 fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi, kif avżat fil-mezzi tal-istampa f'Jannar, tista' l-Ministru tgħid kemm se jiġi jiswa kull suġġett lill-Istitut għall-Istudji Turistiċi bħala ħlas lill-lecturers part-time matul it-tieni semestru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi ma impjega l-ebda lecturer fuq bażi part-time iżda fuq bażi ta’ definite service contract. Rigward kemm se jiġi jiswa kull suġġett lill-ITS l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ITS — sejħa ta' għalliema fuq bażi ta' kuntratt definit

Question

B'referenza għas-sejħa ta' għalliema fuq bażi ta' kuntratt definit għat-tieni semestru fis-sena akkademika 2011/2012 fl-Istitut ghall-Istudji Turistici, kif avżat fil-mezzi tal-istampa f'Jannar, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tal-intervisti hekk kif diġà ppubblikati mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Salini — ilment dwar dgħajsa

Question

Jista' l-Minsitru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex titneħħa d-dgħajsa, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ipparkjata illegalment u ilha żmien twil abbandunata fi Triq il-Bajja tas-Salini?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi d-dgħajsa msemmija mill-Onorevoli Interpellant tneħħiet.

Awtorità tad-Djar — akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jiċċekja fiex wasal il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li ilu fuq il-waiting list tal-Awtorita tad-Djar sa mill-1993 u qatt ma ngħata akkomodazzjoni alternattiva?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevili Interpellant li mir-records tal-Awtorità tad-Djar ma jirrizultax li l-persuna indikata għandha xi applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tad-Djar u jirriżulta ukoll li qatt ma ġiet sottomessa applikazzjoni għall-ebda servizz tal-Awtorità tad-Djar mill-istess persuna

exposure tal-gvern Malti — informazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27603 u t-tweġiba mogħtija, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun il-garanzija meta jidħol in vigore l-ESM fis-sena 2013?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ESM mhux se topera fuq bażi ta’ garanziji imma fuq bażi ta’ Kapital. Fil-fatt l-ESM se jkollha kapital sottoskritt totali ta’ Euro 700 biljun. Minn dan l-ammont, Euro 80 biljun se jiġu mħallsa fil-forma ta’ kapital ‘paid-in’ ipprovdut mill-Istati Membri li jibda jithallas minn Lulju 2012 f’ħames pagamenti ugwali u annwali. Barra minn hekk, l-ESM se jiddisponi wkoll minn kapital disponibbli garantit minn Stati Membri għal total Euro 620 biljun. Irrid nghid li wara diskussjonijiet fuq livell Ewropej, l-ESM se jidħol fis-seħħ f‘Lulju tal-2012 minflok f‘Lulju tal- 2013. Matul id-diskussjonijiet fuq livell Ewropew, punt ta’ importanza kbira għal Malta u li ntlaħaq qbil dwaru kien dak li l-Istati Membri bi Prodott Domestiku Gross ta’ anqas minn 75% tal-medja tal-UE, li jinkludu lill-Malta, jibbenefikaw minn korrezzjoni temporanja għal perjodu ta’ tnax-il sena wara d-dħul tagħhom fil-eurozone. Bħala riżultat ta’ din il-korrezzjoni, l-ishma allokati għal Membru tal-ESM jiġu riallokati fost il-Membri tal-ESM li ma jkunux qed jibbenefikaw minn din il-korrezzjoni temporanja fuq bażi tal-parteċipazzjoni tagħhom (shareholding) fil-Bank Ċentrali Ewropew. Għaldaqstant, is-sehem ta’ Malta fil-‘paid-in capital’ totali tal-ESM (li nfakkar huwa total ta’ 80 biljun ewro u ‘callable capital’ ta’ 620 biljun ewro) se jkun ta’ 511.7 miljun ewro fuq bażi ta’ ‘contribution key’ temporanja ta’ 0.0731%. Madankollu, il-pagament attwali ta’ Malta jinaħdem biss fuq il-paid in capital li se jkun ta’ 58.4 miljun ewro, li jinqasam f’ħames pagamenti indaqs, darba fis-sena għal ħames snin.

Gozo Channel — Public Service Contract

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29303 u jgħid min huwa r-related party li flimkien miegħu il-Gozo Channel co. għamlet l-offerat biex tkompli topera is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim, jekk sar, bejn il-Gozo Channel Co u r-related party? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-Gozo Channel Co – u msieħba oħra jekk hemm – dwar it-tmexxija tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt it-tender il-ġdida? Sar Public Service Contract mal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30082.

Kumpanija Go — art fil-Qawra

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21747, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija GO? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija GO, jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21747.

Taxxi u tariffi — prinċipju tal-polluter pays

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-taxxi u tariffi viġenti li japplikaw il-prinċipju tal-polluter pays? X'inhu d-dħul tal-gvern minn dawn it-taxxi u tariffi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.