Jista' l-Ministru jgħid x'tariffi nġabru mill-WasteServ dawn l-aħħar tliet snin mir-rimi ta' skart fil-miżbliet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tariffi li nġabru mill-WasteServ dawn l-aħħar tliet snin mir-rimi ta' skart fil-miżbliet jammontaw ghal € 8,273,072.
Dan l-ammont jinkludi figuri li jinkludu fihom rati differenti skond it-tip ta' skart. Minn l-1 ta' Ottubru 2009, uħud minn dawn ir-rati inbidlu skont l-Avviż Legali 382 tal-2009. Ir-rata applikabbli qabel kienet ta' € 0.77 għal kull tunellata
Interventi fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31802 u jgħid kemm saru interventi fl-Isptar San Luqa u f’Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011 ta'
Endoskopija;
Sistoskopija;
Gastroskopija;
Kolonoskopija;
ERCP u
Bronkoskopija?
Jista’ jgħid kemm minn dawn il-pazjenti kienu residenti f’Għawdex f’kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Operazzjoni fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31801 u jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa u f’Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011 fl-oqsma segwenti:
Kirurġija ġenerali;
Uroloġija;
Vaskulari;
Neurokirurkija;
Sider;
ENT;
Ginokoloġija;
Obstetrija;
Pedjatrija;
Kirurġija kardijaka u
Oqsma oħra?
Jista’ jgħid kemm minn dawn il-pazjenti kienu redsidenti f’Għawdex f’kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31800 dwar kemm pazjenti residenti f’Għawdex irċevew servizzi fl-Outpatients Department fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif skont il-kliniċi li attendew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Servizz ta' outpatients
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema kliniċi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jagħtu servizz ta’ outpatients? Tista’ tgħid kemm pazjenti ngħataw servizz minn kull klinika kull sena mill-2006 sal-2011?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu f'Għawdex fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 bħala: 1) full-time; 2) part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom; 3) part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom a) fil-lukandi u b) fir-ristoranti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm overtime u travelling expenses li għandhom jitħallsu lis-security officers impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2011? Jista' jgħid għaliex dawn għadhom ma tħallsux u meta se jitħallsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi sat-22 ta’ Frar ta’ din is-sena l-Korporazzjoni Enemalta għandha 27 siegħa overtime xi tħallas lill-security officers. Dan l-overtime li sar fl-2011, jammonta għal € 291.76 u ser jitħallas f’Payroll 3/2012. Il-korporazzjoni m’għandha l-ebda travelling expenses xi tħallas.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32073 u jgħid jekk irċeviex xi rapporti kemm bħala Ministeru jew bħala dipartiment dwar xi tip ta' abbuż jew ieħor fuq anzjani minn djar jew residenzi li tinkludi dik ta' San Vinċenz de Paul? Jekk fl-affermattiv, x'kienu dawn ir-rapporti u x'passi ttieħdu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-1 tas-sena kien hemm żewġ rapporti ta’ suspett ta’ abbuż minn djar jew residenzi li tinkludi dik ta’ St. Vincent de Paule kif spjegat hawn:
1. Residenti ta’ sess maskili li kien suspettat li kien qiegħed jiġi abbużat finanzjarjament minn membru qarib. Dawn l-allegazzjonijiet kienu infondati.
2. Suspett ta’ negliġenza f’sala ġewwa San Vinċenz. Dan il-każ qiegħed jiġi nvestigat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32072 u jgħid x'investigazzjonijiet saru dwar serq minn numru ta' djar tal-anzjani u residenzi fosthom San Vinċenz de Paul? Kemm-il rapport daħal fil-Ministeru u/jew fid-dipartiment kkonċernat? X'passi ttieħdu dwar dawn ir-rapporti? Kien hemm xi persuni li tressqu dwar dawn is-serqiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu u jindika għal-liema perjodu qed jirreferi.
Bulebel Industrial Estate — ħsara magħmula minn kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32071 u jgħid meta se tissewwa l-ħsara li saret minn kuntrattur imqabbad mill-Malta Enterprise sabiex jagħmel xogħol f'Bulebel Industrial Estate u minħabba f'din il-ħsara għal xhur sħaħ is-servizz tad-dawl fit-toroq tal-Industrial Estate huwa maqtugħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħol sabiex ikun jista’ jiġi rrestawrat is-servizz tad-dawl fiż-żona industrijali ta’ Bulebel, huwa ppjanat li jsir fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari 31887 però juża s-sena abbażi tal-2010, li sal-lum d-dipartiment żgur li għandu l-informazzjoni kollha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mosta — talba mill-kunsill lokali dwar toroq one-way
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-talba miktuba li saret mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li permezz tagħha talbet lill-Ministru biex numru ta' toroq fil-Mosta li jinkludu Triq il-Pont, Triq Baskal Buhagiar u toroq oħra fil-madwar isiru one-way?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jinvestiga u għaldaqstant ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-Kunill Lokali tal-Mosta li jindikaw meta saret il-konsultazzjoni pubblika rigward it-talba għal bidla fis-sistema ta' traffiku minn two-way għal one-way għat-toroq fl-inħawi ta' Triq il-Pont u Triq Baskal Buhagiar fil-Mosta? X'kien r-riżultat ta' din il-konsultazzjoni pubblika u meta saret d-diskussjoni u ġiet deċiża fil-laqgħat tal-Kunisll Lokali tal-Mosta l-proposti li Triq il-Pont, Triq Baskal Buhagiar u toroq fil-madwar isiru one-way?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li saret konsultazzjoni pubblika dwar it-talba għal bidla fis-sistema tat-traffiku minn two way għal one way għat-toroq fl-inħawi ta' Triq il-Punt u Triq Baskal Buhagiar fil-Mosta.
Infurmat ukoll illi dawn is-sinjali tpoġġew fit-toroq wara li saret konsultazzjoni ma’ Trasport Malta fejn uffiċjali ġew fuq il-post u saret spezzjoni kif ukoll kienet l-istess Trasport Malta li iddeċidiet liema sinjali għandhom jitwaħħlu .
Kif appena irriżulta li xi residenti opponew għal din il-bidla mill-ewwel ittieħdet azzjoni (dan sar nhar l-Erbgħa 22 ta’ Frar 2012) u temporanjament ġew mgħottija l-istess tabelli.
Infurmat ukoll illi għandha ssir laqgħa oħra ma’ trasport Malta biex tirrevedi d-deċiżjoni tagħha għal din il-bidla bil-possibilita' li jsibu karreġġjati ġodda minn fejn jgħaddi t-traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' units ta' social housing f'Malta u f'Għawdex?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant la darba il-housing estates tal-gvern huma proprjetà tad-Dipartiment tal-Artijiet, din il-mistoqsija għandha issir lill-Ministeru responsabbli minn dan id-dipartiment.
Min-naħa l-oħra l-Awtorità tad-Djar għandha proprjetà li hija bniet f’
housing estates
u li qegħdin preżentament jinkrew. L-informazzjoni tidher fit-tabella ta’ hawn taħt:-
Lokalità
Nru. Tal-Blokkijiet
Sena Meta Tlesta l-blokk
Units
f’housing estate
Titolu
KeraBejg]
B’Buga Triq Tal-Ġebel
5
Jannar 2005
30
30-
Bormla Triq San Mikiel
2
Lulju 2003
16
16-
Bormla Triq Mariano Gerada Ent 5
1
Lulju 2003
8
8-
Bormla Triq Mariano Gerada Ent 13
1
April 2007
8
8-
Bormla Ent 71, 67, 68, 69 Blk 3 Triq Mariano Gerada
4
Diċembru 2007
25
25-
Bormla Ent 87 Triq Erin Serracino Inglott
1
Settembru 2005
6
6-
Bormla Triq Wigi Rosato
1
Mejju 2003
4
4-
Bormla Triq Santu Rokku
1
Lulju 2000
4
4-
Bormla Triq Sqaq l-Erwieh
1
Majju 2002
4
4-
Bormla 18 Triq San Gwann
1
Frar 2001
6
6-
Bormla 95 Triq San Gwann
1
Frar 2001
6
6-
Fgura Triq l-G]arnuq
5
Mejju 2002
27
27-
Floriana Triq il-Kappuccini
1
April 2004
8
8-
Isla Triq San Filippu
1
Mejju 2004
3
3-
Kirkop Triq il-Fieres
5
Jannar 2002
24
24-
Mgarr Triq il-Karamelli
2
Mejju 2008
17
17-
Msida Triq il-Kuncizzjoni
4
Mejju 2005
35
341
Msida Triq il-Wied
4
Mejju 2005
24
24-
Pembroke Triq Profs Walter Ganado
2
Settembru 2001
12
12-
Paola – Triq Salvatore Imbroll
1
Frar 2009
2
2-
Qawra – Tal-Qortin
1
Diċembru 2007
8
8-
Tarxien – Sqaq Brittaniku
2
Jannar 2001
7
7-
Tarxien – Triq Alfier de Medran
3
April 2002
21
21-
Tarxien – Sir Temi Zammit
2
Diċembru 2009
12
12-
Valletta – Triq Sant’Ursola
2
April 2004
18
18-
Valletta – Tirq il-Bjar
1
April 2004
2
2-
Valletta – Triq San Nikola
1
Frar 1999
9
9-
Valletta – Triq il-Merkanti
1
Mejju 2001
8
8-
Żebbuġ - Triq l-Indipendenza
2
Ġunju 2008
12
12-
Żurrieq – Triq ir-Rettur
1
Frar 2002
4
4-
Jista' l-Ministru jgħid in-numru ta' każijiet ta' rapporti ta' vjolenza domestika fis-sena 2011? Jista jgħid kemm minnhom tressqu l-qorti? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kazijiet tneħħa mid-dar min kien qed iwettaq il-vjolenza?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, il-Pulizija kellha 848 rapport ta’ vjolenza domestika, filwaqt li matul l-istess sena bdiet proċeduri kriminali kontra 1005 persuna fuq akkuzi ta’ vjolenza domestika. Peress illi l-aħħar domanda tenħtieġ informazzjoni mill-Qorti ġentilment nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant tagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal lill-ommijiet ta' sittax-il sena u taħt dik l-età fis-sena 2011? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin l-ommijiet f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infumat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru m'għandux entitajiet pubbliċi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — toroq li għandhom bżonn it-tarmac
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol preparatorju biex Triq il-Konventwali u Triq Ġdida fi Triq Konventwali, San Pawl il-Baħar ikunu jistgħu jingħataw it-tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.