Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — rapporti tal-awditur

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'inhi r-raġuni li min hu inkarigat fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qiegħed jieħu żmien twil biex jirrispondi rapporti tal-awditur tal-awtorità b'rizultat li dawn idumu ma jiġu ppubblikati? X'inhi r-raġuni li r-rapport tal-awditur, relatat mar-riforma tal-awtorità, rigward impjegati tas-sezzjoni tal-barrieri li ġew trasferita fi ħdan l-Awtorità ta' Malta tar-Riżorsi għadu ma ġiex ippubblikat? Jista' l-Ministru jindika meta dan ir-rapport se jkun imwieġeb u ppubblikat?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-Awtorita għandha f’idejha rapporti preliminari li l-Awditur jkun bagħat liċ-Ċermen għar-risposta tiegħu qabel jippublika r-rapport finali tiegħu. Ir-rapport dwar it-trasferiment ta' ħaddiema tas-sezzjoni tal-barrieri mill-MEPA għall-MRA huwa wieħed minnhom. Ir-risposta taċ-Ċermen dwar dan ir-rapport qed tiġi finalizzata u fil-ġranet li ġejjin tintbagħat lill-Awditur. Wara l-Awditur jkun jista' jippublika r-rapport tiegħu.
Leg 11 PQ #32148 Sitting 450 2012-02-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni dwar assistenti parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'din l-aħħar sena jekk kienx hemm bdil jew żieda ta' assistenti parlamentari? Jekk fl-affermattiv, x'kien dan it-tibdil?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma kien hemm l-ebda bidla matul l-aħħar sena.

Ħaż-Żabbar — manutenzjoni fuq toroq

Question

Peress li Triq iż-Żagħrun f’Ħaż-Żabbar hemm bżonn ta’ manutenzjoni, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jitneħħa l-periklu? Jista’ l-Ministru jara li jitneħħa l-periklu li jinħoloq kull meta tagħmel ix-xita billi jsiru spralli fin-naħa ta’ fuq tat-Triq il-Kapuċċini l-Kalkara sabiex ma jibqax jinżel ammont kbir ta’ ilma tax-xita fi Pjazza Arcisqof Gonzi l-Kalkara?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.31658. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interrpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

E-ID Cards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati e-IDs fil-perjodu ta' bejn Jannar u Ġunju, bejn Lulju u Diċembru 2010, bejn Jannar u Ġunju u bejn Lulju u Diċembru 2011 u minn Jannar 2012 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32016.

Lista ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment f'din il-leġislatura sal-lum inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #32154 Sitting 450 2012-02-27 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Public Broadcasting Services — informazzjoni fuq l-impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-persuni li ġew impjegati fuq bażi full-time mal-Public Broadcasting Services fl-aħħar sena? Tista’ tgħid f’liema grad ġew impjegati u tindika s-salarju minimu ta' kull grad in-kwistjoni skont l-iskala ta' salarji tal-Public Broadcasting Services? Tista’ tgħid f’liema skala tal-grad tagħhom, idaħħlu dawn l-impjegati? F’liema parti tal-iskala salarjali tagħhom ingħataw meta daħħlu fl-impjieg?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Matul is-sena 2011, il-PBS impjegat 9 persuni kif kien indikat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31923. 3 Salespersons ETC205/2010MPO/2005 On contract 4 Studio Operators/Camerapersons ETC170/2011MPO70/2005 Scale D (€12975-€17375) 2 Journalists ETC100/2011/MPO70/2005 Scale F (€14050-€19650) Skont prassi li ilha sseħħ mill-2004 is-salarji tal-impjegati ġodda mal-PBS jiġu negozjati fil-parametru tal-Ftehim Kollettiv, skont l-esperjenza u l-abbiltà tal-individwu.
Leg 11 PQ #32155 Sitting 450 2012-02-27 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — għaqdiet rikonoxxuti

Question

B’referenza għal dak li ntqal lill-ġurnal lokali fit-18 ta’ Jannar mill-amministrazzjoni tal-MCAST, li qed joħolqu struttura apposta biex għaqdiet studenteski fl-MCAST ikunu rikonoxxuti, tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar din l-hekk imsejjħa struttura apposta u tgħid meta l-awtoritajiet tal-MCAST se jindenjaw ruħhom li jimplimentaw? Kif ċertu organizazzjonijiet studenteski li l-amministrazzjoni tal-MCAST stess għad mhux tirrikonoxxi qed jitħallew jaħdmu u joperaw on campus u oħrajn qed ikunu miżmuma milli jagħmlu dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST ma ta l-ebda permess biex organizzazzjonijiet studenteski jaħdmu u joperaw ‘on campus’, u lanqas ma żamm lil xi organizzazzjoni milli tagħmel dan. Kif ġie rrapurtat fit-18 ta’ Jannar, l-MCAST qed jaħdem biex fil-ġimgħat li ġejjin jiffinalizza struttura li permezz tagħha jkun jista’ jilqa’ t-talbiet ta’ għaqdiet studenteski li jkunu jixtiequ jirrapreżentaw l-istudenti fl-MCAST. Fl-istess waqt, fil-jiem li ġejjin l-MCAST se jiltaqa’ mal-uniku għaqda studenteska li għamlet talba biex tiġi rikonoxxuta uffiċjalment, biex jiddiskuti l-proposti li tixtieq tressaq din l-organizzazzjoni. Għaqda oħra li ftit tax-xhur ilu ħabbret li se tibda tirrapreżenta l-istudenti tal-MCAST għadha m’għamlitx talba biex tiltaqa’ mal-amministrazzjoni tal-MCAST.
Leg 11 PQ #32156 Sitting 450 2012-02-27 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — Għaqdiet li għadhom mhux rikonoxxuti

Question

Peress li l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi f’Jannar 2011, wieġbet li ma tara l-ebda problema li fl-MCAST ikunu rikonoxxuti għaqdiet bħala rappreżentanti tal-istudenti, tista’ l-Ministru tgħid għalfen għaddiet sena sħiħa u baqa’ ma sar xejn f’dan ir-rigward?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Niinforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST s’issa rċieva biss talba waħda biex għaqda studenteska tibda tirrapreżenta l-istudenti tal-MCAST. Id-dettalji dwar din it-talba ingħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 32155.

VAT lura fuq funeral

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għadhom qed jistennew li jingħataw lura l-ammont ta’ VAT li huma ħallsu għal funeral ta’ xi qarib tagħhom? Kemm ilhom jistennew biex jingħatw dan ir-refund? Kemm huwa l-ammont globali ta’ refund għal VAT fuq funeral li jridu jingħataw lura mid-dipartiment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ħal Tarxien — xogħol fuq it-Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta Transport Malta se tibda x-xogħol fuq Triq Palma, Triq Birżebbuġa u Triq Żejtun, lkoll f’Ħal Tarxien u li kienu mwiegħda li se jsiru fil-programm li kien tħabbar mill-Gvern Nazzjonalista għall-perjodu 2006-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawn it-toroq ma jagħmlux parti mil-programm tax-xogħlijiet għal din is-sena. *Ara PL 9302 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 28 ta' Frar 2012 f'Seduta 451

Malta Enterprise — tenders għal street lighting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħargu s’issa tenders mill-Malta Enterprise għall-provvista ta’ dawl għal skop ta’ street lighting fl-industrial parks? Jista’ jgħid x’tip ta' dawl u bozoz qed jiġu mitluba għal dan l-istess għan?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-2011 sal-lum, ħarġu żewġ tenders għax-xiri ta’ servizzi, xogħlijiet u provvista ta’ materjal relatat mad-dawl tat-triq fiż-żoni industrijali. It-tip ta’ bozoz li kienu msemmija fl-iskeda tat-tenders kienu: · Low pressure 90W Sodium lamp (SOX) · High pressure 70W Sodium lamp (SON) · High pressure 150W Sodium lamp (SON) · High pressure 250W Sodium lamp (SON) · Metal Halide 400 W · High pressure mercury vapour lamp 125W

Lista ta' proprjetajiet li ġew devoluti lill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ġew devoluti lill-kunsilli lokali f'din il-leġislatura? Għal liema skop ingħataw u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f’din il-leġislatura kien hemm 50 devoluzzjoni ta’ proprjetà lil diversi kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda Tal-Kamra Lista tal-proprjetajiet devoluta bid-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Kunsill Malti għall-Isport

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ngħataw mill-Kunsill Malti għall-Isport minn mindu dan il-kunsill ġie mwaqqaf? Lil min ingħataw? Għal liema skop u taħt liema kondizzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reklutaġġ fil-korp tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux se jsir reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija matul din is-sena? Jekk fl-affermattiv, meta hu ppjanat li jsir?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija jsir meta l-esiġenzi tas-servizz ikunu hekk jirrikjedu wara li tkun ippublikata sejħa għall-applikazzjonijiet.

Strategic Environment Assessment Focal Point

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tas-Strategic Environment Assessment Focal Point?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-membri tal-punt Fokali dwar Stima Ambjentali Strateġika huma: Ċerperson: Arch. Kevin Gatt Membru: Dr Joe Borg Bartolo Membru: Dr Louis Cassar

Proċeduri tas-SEA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma t-time lines tal-istadji varji tal-proċeduri tal-SEA (Strategic Environment Assessment) inkluż dawk għall-konsultazzjoni pubblika?

Response (DEMARCO, MARIO)

Avviż Legali 497 ta’ l-2010 jobbliga lill-awtorità responsabbli tal-pjan jew programm biex tiddetermina jekk il-plan jew programm propost humiex ser ikollhom effetti ambjentali sinifikanti. Dan il-proċess huwa magħruf bħala Screening u l-SEA Focal Point ipprovdiet template għal dan l-istadju. Meta stima ambjentali strateġika tkun meħtieġa, għandu jiġi ppreparat rapport dwar l-ambjent li fih jiġu identifikati, deskritti u valutati l-effetti sinifikanti li x’aktarx ikun hemm fuq l-ambjent b’konsegwenza ta’ l-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm, u alternattivi raġjonevoli. Għal skop ta’ konsultazzjoni pubblika, l-abbozz tal-pjan jew tal-programm u r-rapport dwar l-ambjent għandhom ikunu mqiegħda, mill-awtorità responsabbli, għad-disposizzjoni tal-awtoritajiet nominati, tal-awtorità kompetenti u tal-pubbliku. Il-limitu ta’ żmien għal din il-konsultazzjoni m’għandux ikun iktar minn sittax-il ġimgħa mill-publikazzjoni tal-pjan jew programm u r-rapport dwar l-ambjent tiegħu. Huwa għalhekk li t- timelines tal-istudji huma varji u jiddependu mill-pjan jew programm konċernat u kif dan ikun qiegħed jiżviluppa. Filwaqt li huwa fl-interess ta’ l-entita li tħaffef kemm jista’ jkun il-proċess, il-fatt li l-istima ambjentali strateġika trid issir pari passu mat-tfassil tal-programm, dan jimplika li ma hemmx terminu fiss biex jiġi konkluż dan il-proċess. Li hu ċert huwa li pjan jew programm ma jistgħax jiġi adottat qabel dan il-proċess ma jkun konkluż kif mitlub fir-regolamenti.

Delimara — power station - rimi ta' skart tossiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid il-pjanijiet ta' kif skart tossiku se jkun dispost mill-power station ta' Delimara? Se jkun suġġett għal strategic environment assessment?

Response (DEMARCO, MARIO)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat għall-livell ta’ dettal mitlub, irrid niċċara li Strategic Environmental Assessment huwa applikabbli għal pjanijiet u programmi u mhux għal policies jew proġetti.