Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — flus f'konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — flus f'konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — flus f'konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — flus f'konsulenzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Tista' tgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Istitut għall-Istudji Turistici — ħaddiema fuq kuntratt indefinit
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31577, tista' l-Ministru tindika jekk dan japplikax għal ħaddiema oħrajn fi gradi aktar baxxi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull ħaddiem mhux akkademiku fl-Istitut għall-Istudji Turistici preżentement fuq kuntratt indefinit fil-grad ta' Officer in Grade kellu l-impjieg tiegħu mal-gvern regolarizzat.
Jista' l-Ministru jgħid l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kemm ilha bil-pilloli Neulin/Theophylline SA 250mg out of stock u meta dawn mistennija jkunu available għall-pazjenti li jbatu bl-asthma peress li l-persuni kkonċernati ġew mgħarrfa miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana li dawn ilhom out of stock f'Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment Centrali tal-Procurment u Supplies (Taqsima tas-Saħħa) għandu l-pilloli Neulin/Theophylline SA 250mg in stock. Kien hemm problema sabiex jinstab sors minn fejn tinxtara wara li żewġ tenders ġew ikkanċellati.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kuntratti ta' konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt short u/jew medium/long term ta' konsulenti li ġew imqabbda mill-Ministeru tiegħu matul din il-leġislatura flimkien mad-dettalji sħaħ dwar in-natura tax-xogħol mogħti lilhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għal Transport Malta l-mooring charges li qed jiġu imposti minn Sandy Yacht Marina Ltd (Ta' Xbiex Moorings) humiex aċċettabbli jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tariffi miġbura minn Sandy Yacht Marina Ltd għall-użu tal-irmiġġi f’Tax-Xbiex huma kif stabbilit fi ftehim li ntlaħaq bejn Sandy Yacht Marina Ltd u Transport Malta. Dan il-ftehim, li ntlaħaq wara sejħa pubblika għall-offerti, jistabilixxi li Sandy Yacht Marina Ltd hi obligata li tinvesti f’irmiġġi ġodda u b’mod organizzat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25002, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li bħalissa qed jingħataw taħriġ intensiv bħala uffiċjali tal-gvern sabiex ikunu jistgħu jħaddmu fuq livell amministrattiv il-provedimenti sħaħ tal-liġi tal-freedom of information? Meta beda u meta mistenni jintemm? Fir-rigward tal-investiment f’sistemi tal-informatika biex jiffaċilitaw dan il-proċess, kemm sar investiment s’issa u meta mistenni li l-investiment kollu meħtieġ ikun sar sabiex il-provedimenti tal-liġi jaħdmu b’mod sħiħ fuq dan il-livell loġistiku wkoll?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninsab infurmat li t-taħriġ lil madwar 400 foi officer beda fi Frar tal-2010 u effettivament għadu sejjer sal-lum. Dan kien ikopri elementi ta’ taħriġ dwar dak li għandu x’jaqsam mal-provvedimenti tal-liġi u l-ifformular tal-Kodiċi ta’ Prattika, kif ukoll, aktar riċentement, aspetti oħra li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-Informatika. Dan apparti taħriġ ieħor aktar ġeneralizzat għal faxex sħaħ ta’ uffiċjali pubbliċi fil-gradi kollha li huwa intiż l-aktar biex jagħti idea ċara ta’ xi tfisser eżattament il-liġi tal-freedom of information. Dan qed isir permezz ta’ korsijiet li jkunu organizzati minn żmien għal żmien miċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ (CDRT). Barra minn hekk is-suġġett huwa parti mis-sillabu tad-Diploma fl-Immaniġġjar Pubbliku, kors imħejji miċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ.
Infurmat ukoll li l-investiment fuq din is-sistema jammonta għal ta’ Eur 49,395.36. L-iżvilupp u konsolidazzjoni taghha mistennija jkun konkluż lejn nofs is-sena.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31693, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji sħaħ dwar il-proġett imsemmi kif ukoll meta u jekk intefgħet l-applikazzjoni mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar flimkien mal-file number?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm ħsieb li dan il-ġnien jitkabbar u jsir ferm iktar attrajenti. U barra hekk f’livelli differenti se jkunu żviluppati l-uffiċju l-ġdid tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann u sala komunitarja. Il-klabb tal-Boċċi eżistenti se jiġi mibni mill-ġdid ftit ’il fuq fl-istess triq fl-inħawi ta’ Taż-Żwejt.
Saru applikazzjonijiet lill-MEPA kemm għal dan il-proġett u għal dak tal-iżilupp tal-klabb il-ġdid f’Taż-Żwejt. L-applikazzjoni mal-MEPA rigward il-ġnien u bini tal-Kunsill kienet sottommessa fid-19 ta’ Jannar u għandha
tracking number
146374 waqt li dik tal-klabb tal-boċċi intbagħtet fis-27 ta’ Jannar u ġġib t
racking number
146662.
Jista' l-Ministru jgħid il-pazjenti, fosthom il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandhom bżonn intervent fl-irkoppa minħabba li għandhom il-ligament maqtugħ se jkollhom l-intervent indirizzat stante li ilhom is-snin jistennew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjenta li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kellha żewġ irkupptejn mibdulin fis-26 ta’ Mejju 2009. Wara xi xhur instab li kellha problema fil-ligament tal-irkoppa li kien inqata' u din il-problema kienet indirizzata fil-15 ta’ Frar 2011.
Il-pazjenta baqgħet tiġi għal-visti fl-outpatients però instab li għalkemm il-problema tal-ligaments naqset, ma ġietx megħluba għal kollox. L-aħħar li din l-pazjenta ġiet għal vista kien f’Novembru 2011 fejn kien deċiz li l-irkoppa tinbidel għal waħda li hi iżjed constrained.
Il-pazjenta qiegħda fil-lista biex din issir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tfal li għandhom jew li nħareġ fil-konfront tagħhom, care order però dawn għadhom taħt il-kustodja tal-ġenituri rispettivi?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi attwalment hemm 24 minuri li l-kura tagħhom ġiet delegata lil ġenituri. F’xi każijiet minn dawn dan seħħ bħala ri-integrazzjoni lura mal-familja.
Jista' l-Ministru jikkonferma li se joħroġ permessi għall-ġarr ta' turisti f'Wied iż-Żurrieq u dan in linea mad-direttiva tal-Unjoni Ewropea? Jekk f'affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li ġie deċiż li saret inġustizzja magħhom meta ma ngħatawx il-permess wara l-1987 hux se jingħataw il-permess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' CJD 2 rapportati f'Malta? Meta kienu u x'nazzjonalità kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-kondizzjoni li jista’ jkun qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija vCJD għaliex CJD2 ma teżistix fil-letteratura.
Fil-każ ta’ vCJD ma kien hemm ebda notifikazzjoni ta’ din il-kondizzjoni lil Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' helicobacter pylori ġie ttestjat matul dawn l-aħħar tliet snin f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom kienu pożittivi? Jista' ukoll jagħti l-istess breakdown għax-xahar ta' Jannar 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-perjodu 1/1/2009 – 31/1/2012 saru 1,397 test għal H. pylori (bil-metodu Enzyme Induced Assay (EIA)), li minnhom 300 (22%) ġew rapportati li kienu pożittivi, u 227 test (bil-metodu Polynerase Chain Reaction (PCR)) li minnhom 17 (8%) ġew rapportati li kienu pożittivi.
Fil-perjodu 1/1/2010 – 31/1/2012 intbagħtu 7 testijiet oħra għal H. pylori ġo laboratorju barra minn Malta, u l-ebda wieħed minnhom ma ġie pożittiv.
F’Jannar 2012 saru 30 test għal H. pylori (bil-metodu EIA), li minnhom 5 (17%) ġew rapportati li kienu pożittivi, u 20 test (bil-metodu PCR) li minnhom 0 (0%) ġew rapportati li kienu pożittiv.
Jista' l-Ministru jindirizza l-problema ta' Triq il-Pluvieri ġewwa Ħal Far limiti taż-Żurrieq stante li ta' kull darba li tinżel ix-xita, din issir inaċċessibli minħabba li tinbidel f'reservoir b'detriment kbir għar-raħħala u residenti li jiġu sprovisti mill-aċċess għall-proprjetajiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti lista lokalità b’lokalità tal-pjazez u l-ġonna pubbliċi kollha li fihom hemm servizz b’xejn ta’ wi-fi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm servizz ta’ free wi-fi f’kull binja ta’ kunisll lokali. B’eċċezzjoni tal-Kunsilli ta’ Marsaskala, Paola u San Lawrenz, il-Kunsilli kollha qedin fi skema li qed titħaddem bejn l-Awtorita` Maltija Dwar il-komunikazzjoni u D-Dipartiment Għall-Gvern Lokali.
Barra minn din l-iskema l-MCA ikkolaborat ma’ bosta entitatjiet pubbliċi oħra u waqfet bosta servizzi ta’ Wi-Fi madwar Malta u Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ Wi-Fi points li nstallat l-MCA li b'kollox huma sebgħa u disghin (97). Din il-lista ma tinkludiex is-servizzi li jinsabu fil-bini tal-Kunsilli Lokali.
Il-Gvern ma jżommx rekord tas-servizzi ta’ wi-fi b’xejn offruti mill-privat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix servizz ta’ wi-fi b’xejn fil-bus stops? Jekk iva, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-bus stops u f’liema lokalità jinsabu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma jeżistix servizz ta’ Wi-Fi b’xejn fil-bus stops.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix servizz b’xejn ta’ wi-fi fit-terminal taċ-Ċikewwa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi peress li bħalissa m’hemmx terminal permanenti ċ-Ċirkewwa , huwa ppjanat li dan is-servizz jingħata f’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta meta jinfetaħ it-terminal il-ġdid.
infiq ta' flus fil-kostruzzjoni u manutenzjoni tat-toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-kostruzzjoni u manutenzjoni tat-toroq mill-1987 'l hawn, f'Malta u f'Għawdex? Jista' jagħti dawn il-figuri sena b’sena sal-2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.