Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-entità pubblika li tifforma parti mid-dekasteru ta' dan il-Ministeru hija l-Aġenzija għal Ħarsien ta' Persuni li jkunu qed ifittxu l-Ażil (AWAS) li hija mmexxija minn Direttur (Operations) u li jitħallas salarju ekwivalenti għal skala 4, allowance ta' €1,750 fis-sena, jutilizza karozza u mobile phone imħallsin mill-Aġenzija.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

MCAST — kors tal-care f'Għawdex

Question

Peress li l-istudenti tal-kors tal-care fl-MCAST Għawdex qed jilmentaw għaliex f'dawn l-aħħar xhur ħadu stipendju mnaqqas, tista' l-Ministru tgħid għalfejn qed jiġri dan u meta se jingħataw dak kollu li huwa dovut lilhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skont il-proċedura tal-MCAST, is-sena akkademika tinqasam fi 13-il perjodu, hekk kif ġej: Perjodu Bidu u Tmiem Data tal-Hlas 1 29/8/11-23/9/11 02/12/2011 & 30/12/2011 (irreferi għall-ispjegazzjoni) 2 26/9/11-21/10/11 3 24/10/11-18/11/11 4 21/11/11-16/12/11 28/01/2012 5 19/12/11-13/1/12 25/02/2012 6 16/1/12-10/2/12 24/03/2012 7 13/2/12-9/3/12 21/04/2012 8 12/3/12-6/4/12 19/05/2012 9 9/4/12-4/5/12 16/06/2012 10 7/5/12-1/6/12 14/07/2012 11 4/6/12-29/6/12 11/08/2012 12 2/7/12-27/7/12 07/09/2012 13 30/7/12-24/8/12 06/10/2012 L-istudenti jitħallsu b’lura wara li tkun ġiet irreġistrata l-attendenza tagħhom. Din is-sena, l-ewwel stipendju ġie depożitat fil-kontijiet tal-istudenti fit-2 ta’ Diċembru. It-tieni stipendju ġie depożitat fit-30 ta’ Diċembru. Dawn iż-żewġ pagamenti kienu jkopru l-ewwel tliet perjodi. Peress li l-istudenti tal-kors tal-Care offrut miċ-Ċentru tal-MCAST f’Għawdex bdew is-sena akkademika fit-3 ta’ Ottubru (jiġifieri fit-tieni ġimgħa tat-tieni perjodu, l-istipendju tagħhom kien kif ġej: 2 ta’ Diċembru 2011: €83.86 (erba’ ġimgħat sħaħ) 30 ta’ Diċembru 2011: €62.89 (tliet ġimgħat li kien jonqos għall-perjodu ta’ seba’ ġimgħat bejn it-3 ta’ Ottubru u t-8 ta’ Novembru) Mill-pagamenti imsemmija hawn fuq setgħu ukoll tnaqqsu xi ħlasijiet għal xi lezzjonijiet li l-istudenti jkunu fallew milli jattendu.

żieda fid-dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dejn pubbliku konsolidat u tal-gvern ġenerali kellux jiżdied matul l-2011 minħabba s-self li l-gvern ta lill-Airmalta? Jekk iva, b'kemm żdied id-dejn pubbliku ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-effett tas-self tal-Airmalta fuq id-dejn pubbliku ammonta għal 37 miljun Ewro fis-sena 2011.

Airmalta — dokument bl-assi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-assi li għandha l-Air Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni tinstab fl-aħħar Audited Financial Statements tal-kumpanija li ġew ippublikati f’Jannar ta’ din is-sena. Qed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.

MEPA — strutturi li nbnew għal skopijiet agrikoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' strutturi li nbnew qabel ma twaqqfet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal skopijiet agrikoli, fis-sens, jekk dawn jiġux sanzjonati mill-awtorità jew le?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont artiklu 70 tal-Att tal-2010 dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, "l-Awtorità tista’ tagħti li jingħata permess biex jinżammu fuq art bini jew xogħolijiet oħra mibnija jew magħmula fuqha, jew biex jitkompla kull użu ta’ art, li jkun sar mingħajr permess taħt dan l-Att". F'każijiet bħal dawn, xorta trid issir applikazzjoni għall-permess ta' żvilupp u l-Awtorita` hija obbligata li tipproċessa tali applikazzjoni skond il-provvedimenti kollha tal-Att, tal-policies u tar-regolamenti oħra li huma applikabbli għall-każ.

Tribunal tal-Konsumaturi — deċiżjoni pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Konsumaturi tal-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tat-Tribunal tal-Konsumaturi, ilha pendenti ħdax-il xahar, għaliex is-seduta tas-smiegħ inżammet f'Marzu 2011?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

INCO — interviews

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru l-interviews għall-INCO? Kemm applikaw? Huma kollha eliġibbli dawk li applikaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Interviews għall-Inclusion co-ordinator se jsiru fit-8 ta’ Marzu 2012. Kien hemm 20 applikazzjoni. Bħalissa għaddej il-proċess biex ikun deċiż kemm hemm applikazzjonijiet eliġibbli.

Qawra — Triq il-Turisti - xogħol ta' tarmac

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex trinka mħaffra mill-Korporazzjoni Enemalta fi Triq it-Turisti, l-Qawra, tibqa' mhux mogħtija l-aħħar wiċċ, minkejja li x-xogħol fuq il-cable kien lest? Meta tħaffret l-istess trinka?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-aħħar saff ta’ tarmac ġie mgħoti nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar u x-xogħol issa tlesta.

swieq tal-bdiewa

Question

Jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar jekk għadx hemm il-ħsieb li jitwaqqfu iktar swieq tal-bdiewa f'diversi nħawi ta' Malta? Jekk iva, meta u fejn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21264, ninfurmah li bħalissa qed isir e¿erċizzju biex tkun evalwata l-esperjenza miksuba sabiex tkun stabbilita x’titjib hemm b¿onn li jsir sabiex ikun stabbilit ukoll jekk l-għanijiet li għalih twaqqfu dawn is-swieq humiex filfatt qiegħdin jintlaħqu.

prodotti agrikoli fis-suq lokali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Ministeru jkunx infurmat meta f'Malta jiddaħħlu prodotti agrikoli fis-suq lokali, kemm għal dak li jikkonċerna kwantità, kif ukoll it-tip tal-prodott li jitqegħed fis-suq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal prodotti mpurtati li joriġinaw minn pajjiżi terzi hemm sistema ta’ Border Inspection Post f’liema sistema l-impurtatur jrid jinnotifika u jiċċertifika l-informazzjoni neċċessarja. Din id-dikjarazzjoni tinkuldi kemm x’jkun il-prodott kif ukoll il-kwalità tiegħu. Rigward prodotti li oriġinaw minn stati membri li jitpoġġew fis-suq trid tingħata notifika li tinkudi l-isem tal-prodott u l-kwalità skont kif determinat fl-Avviż Legali 315 tal-2004 maħruġ taħt kap 449.
Leg 11 PQ #32349 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

pulizija involuti fit-tqassim tal-voti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm pulizija li kienu involouti fit-tqassim tal-voti madwar Malta u Għawdex għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-10 ta' Marzu? Kemm kien hemm pulizija f'kull lokalità u kemm kien in-numru li tqassam, ras għal ras, f'kull lokalità, minn kull pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #32350 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

voti li ma tqassmux

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti taghrif dwar kemm kien f'kull lokalità n-numru ta' voti li ma tqassmux? X'wassal biex f'ċerti lokalitajiet in-numru ta' voti mhux imqassma kien wieħed kbir ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #32351 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

San Pawl il-Baħar — xogħol mistenni fuq l-iskola

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'tip ta' xogħol hu mistenni li jinbeda fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, matul iż-żmien li ġej?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’din l-iskola hu mistenni li jsiru xogħolijiet sabiex jinbnew sitt klassijiet ġodda, se jitkabbru sitt klassijiet eżistenti u se jsir xogħol sabiex ikun jista’ jiġi installat lift biex b’hekk din l-iskola tkun aċċessibli għall-kulħadd.

Ħal Farruġ — rilokazzjoni ta' arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li twaħħal arblu tad-dawl quddiem l-istabbiliment tagħha fiż-żona industrijali ta' Ħal Farruġ u qed joħloq inkonvenjent qawwi għall-vetturi li jiġu jidħlu f'dan il-post biex isewwu l-vetturi tagħhom? Jista' jikkunsidra li dan l-arblu tad-dawl jiġi riallokat ftit metri 'l bogħod?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ħal Farruġ — master plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu li jattwa l-master plan fiż-żona eżistenti ta' Ħal Farruġ fejn diversi kumpaniji investew fuq dan il-pjan fejn illum binjiet antiki li suppost kellhom jitneħħew f'dan il-master plan baqgħu hemm u ma jistgħux jaħdmu tajjeb minħabba problemi ta' parkeġġ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-master plan qiegħda għand il-MEPA sabiex tiġi approvata.