Legislature:
Category:
Reset
Active:

tariffi għall-użu tal-inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tariffi nġabru għall-użu tal-inċineratur ta' Malta u Għawdex mill-WasteServ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tariffi li nġabru mill-użu tal-inċineratur ta' Malta mill-WasteServ f’dawn l-aħħar tliet snin kienu ta' €952,878. Dan l-ammont jinkludi figuri li jinkludu fihom rati differenti skont it-tip ta skart. Minn l-1 ta' Gunju 2011, uħud minn dawn ir-rati inbidlu skont l-Avviż Legali 203 tal-2011 Ir-rata applikabbli qabel kienet ta' €0.77 għal kull tunellata

Periti inkarigati mill-bini tal-estenzjoni tal-Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti inkarigati mix-xogħlijiet ta' estenzjoni tal-Qrati li tinsab fi Strada Stretta Valletta li tasal sa Old Bakery Street?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Periti inkarigati mix-xogħlijiet ta’ estenzjoni tal-Qrati li tinsab fi Strada Stretta, Valletta li tasal sa Old Bakery Street huma Raniolo & Associates Ltd., Architects Civil Engineers & Structural Consultants.

Lista ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ngħataw skont l-Att ta' Kurazija minn mindu twaqqfet il-Liġi tal-Patrimonju Kulturali sal-lum? Lil min ingħataw? Għal liema skop u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (DEMARCO, MARIO)

Mindu twaqqfet il-Liġi tal-Patrimonju Kulturali fl-2003 sal-lum ġew iffirmati tlettax-il Att ta’ Kurazija. L-Att ta’ Karazija sar biex il-proprjetà jkun: - Restawrat; - Mantnut; - Ikun aċċessibbli għal-pubbliku. L-Atti ta’ Kurazija saru għal perijodu preskritt u li jista’ jiġi mġedded. L-Atti ta’ Kurazija huma indikati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

proposta biex jitnaqqas il-carbon footprint

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-proposta msemmija fid-diskors tal-Budget 2010 li jitkejjel il-carbon footprint tad-dipartimenti u entitajiet governattivi u tiddaħħal skema biex dawn jitnaqqsu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-inizjattiva hija waħda inter-ministerjali Min-naħa ta’ dan il-Ministeru, bħala l-ewwl fa¿i, saru energy audits tal-binjiet amministrattivi. B’ri¿ultat ta’ dan tnisslu numru ta’ rakkomandazzjonijiet li eventwalment servew bħala parti mill-ba¿i biex fuqu tista’ titfassal strateġija li għandha twassal sabiex Malta tilħaq it-targets stabbiliti. Dan il-pjan ta’ azzjoni propost jinkorpora fih numri ta’ mizuri u prattiċi li diġa qegħdin jitwettqu biex dan il-carbon footprint mhux biss jitre¿¿an imma wkoll eventwalment jitnaqqas. Ninsab infurmat li fl-istess waqt mal-evalutazzjonijiet u inizjattiva meħuda minn dan il-Ministru, Ministeri oħra għaddejjin bi studji oħra biex komplessivament l-kontribuzzjonijiet kollha jipprovdu informazzjoni u proposti ta’ inizjattivi biex titfassal strategija ħolistika msemmija hawn fuq li pre¿entement qiegħda tkun iffinalizata.

flus mill-eko kontribuzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-eko kontribuzzjoni f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid jekk dawn humiex fondi ipotekati?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-eko kontribuzzjoni inġabru €31,088,308 f’dawn l-aħħar tliet snin. Dan id-dħul mar f'fond konsolidat.

parteċipazzjon ta' strateġija

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-parteċipazzjoni fl-istrateġija roadmap to a simple European transport area - towards a competitive and resource efficient transport system?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-“Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti" ġie preżentat lill-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport mill-Kummissjoni Ewropea fis-16 ta’ Marzu 2011. Fid-29 t’April 2011, saret preżentazzjoni lill-"MEUSAC Core Group" mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni. Il-Core Group kien mistieden biex jipprovdi feedback sabiex tiġi stabbilita il-pożizzjoni nazzjonali ta’ Malta rigward il-pjan tal-Kummissjoni Ewropea. F’Mejju 2011, Malta ssottomettiet formalment il-pożizzjoni tagħha fuq din l-istrateġija lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Fuq livell Ewropew, Malta pparteċipat fid-diskuzzjoni kemm fil-Grupp ta’Ħidma kif ukoll fid-dibattitu li seħħ waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’Ġunju 2011.

Għarb — Kumpens għall-art li se tittieħed biex titwessa triq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31765 u 31594, peress li skont il-Ministru jidher li hemm diffikulta biex tiġi identifikata l-parti meħuda, peress li qed jintbagħtu separatament is-site plans minn fejn jirriżultaw id-dettalji kollha mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari, jista' issa l-Ministru jwieġeb u jgħid meta ser jingħata l-kumpens għat-teħid tal-art biex titwessa' t-triq?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’sdeduta oħra.

Impjieg fil-qasam ambjentali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30256 u 31407, fejn il-Ministru qalet li ma teżistix klassifikazzjoni u qbil fuq difinizzjoni ta' green jobs fl-Unjoni Ewropea, tista' l-Ministru tgħid għalfejn qed tinjora d-definizzjoni mogħtija fl-ETC report tal-2007 - Employment in the Environmental goods and services in Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ETC bl-ebda mod m’hi qegħda tinjora d-definizzjoni li ngħatat fl-istudju li sar fl-2007 iżda wieħed għandu jispeċifika illi dan l-istudju kien wieħed inizjali fuq is-suġġett relatat; liema suġġett huwa kumplessivament vast f’terminu ta’ definizzjonijiet. Għaldaqstant, ninfurma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ETC, kif ukoll entitatijiet oħra konċernati, qegħdin isegwu r-riċerka u diskussjoni li qed issir fuq livell Ewropew sabiex tinstab definizzjoni komprensiva li tirrapreżenta denjament is-settur imsemmi hawn taħt.

lista ta' enforcement cases pendenti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' enforcement cases pendenti għall-azzjoni diretta (direct action)? Jista' jara li din il-lista tinkludi l-enforcement number, data ta' meta nħareġ l-avviż tal-infurzar, id-data ta' meta l-każ ġie mgħoddi għad-direct action, lokalità u deskrizzjoni tal-illegalità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Ilma li jiġi trasferit minn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31752 u jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-2009 sal-2011? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32195 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ftehim dwar tkabbir ta' siġar u pjanti ta' valur ġenetiku

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistaqsijiet parlamentari 30436, 30940 u 31751 dwar ftehim għat-tkabbir ta' siġar u pjanti ta' valur ġenetiku, tista’ l-Ministru tgħid meta huwa mistenni li jiġi ffirmat il-ftehim?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ftehim mal-Università ta' Malta dwar il-proġett ta' Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni ser jiġi ffirmat fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #32196 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini mill-ġdid ta' Triq Mġarr, Rabat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31803 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett tal-kontinwazzjoni tal-bini mill-ġdid tat-Triq Mġarr-Rabat u Rabat Proġett Nru 117 iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li din it-triq tifforma parti minn “Major Project ” kif miftiehem taħt l-Artiklu 39 tar-Regolament 1083/2006. F’dan il-każ qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tad-Deċiżjoni relevanti tal-Kummissjoni Ewropea, li hi d-Deċiżjoni Prinċipali li qed tapprova l-proġett. L-Implementation u Disbursement Schedule kif wieħed isib fil-Grant Agreements ta’ proġetti “normali” jiġifieri mhux “major” ma teżistix. F’dan ir-rigward, Anness II tad-Deċiżjoni tirrapreżenta l-pjan għall-fini ta’ “impenji finanzjarji” mill-baġit Ewropew. Minħabba li dan il-proġett ġie approvat fl-2010, l-impenji għas-snin ta’ qabel jiġu trasferiti awtomatikament għas-snin ta’ wara kif deskritt fl-Artiklu 94 ta’ l-istess Regolament. Fl-aħħar nixtieq nagħrraf li skont il-pjan tat-Transport Malta t-triq imsemmija f’din il-mistoqsija hi mistennija li tkun lesta għal nofs din is-sena.
Leg 11 PQ #32197 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Titkabbar il-kapaċita tal-ħażna tal-ilma fil-widien

Question

B’referenza għat-tweġiba li tat għal mistoqsija parlamentari 31754 fejn intalbet tgħid jekk sarux xi studji jew hemmx xi pjan biex titkabbar il-kapaċità tal-ħażna tal-ilma fil-widien f’Għawdex, tista' l-Ministru tgħid xi trid tfisser meta qalet li “sa issa huwa ppjanat li tiżdied il-ħażna tal-ilma iżda mhux fil-widien”? Tista’ tgħid kif inhu maħsub li tiżdied il-ħażna tal-ilma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ħażna tal-ilma ser tiżdied peress li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jaħdem fuq il-bini ta' ġibjuni ġodda fil-proġetti li qed jitwettqu fejn dan ikun possibbli, ir-restawr ta' ġibjuni eżistenti u li tingħata għajnuna permezz ta' l-iskemi eżistenti għall-bini ta' ġibjuni ġodda minn għaqdiet u kunsilli lokali.
Leg 11 PQ #32198 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ħsarat li saru fi Triq ix-Xlendi

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31753, tista' l-Ministru tgħid jekk sarx rapport tal-ħsarat li saru fit-Triq tax-Xlendi u jekk fl-affermattiv tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport? Jekk ma sarx rapport, għaliex ma sarx? Min hu l-kuntrattur li assuma r-responsabbiltà tal-ħsarat li saru? X’kienu dawn il-ħsarat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja tar-rapport mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kuntrattur responsabbli mix-xogħlijiet huwa JPF JV.

Volum tad-drenaġġ iġġenerat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta’ drenaġġ iġġenerat kull sena f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2000 sal-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha records biss mill-2007 ‘l quddiem dwar kemm jinġabar drenaġġ fis-sena. Din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32230 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012 huma: Personal Emoluments: € 155,663 Operational and Maintenance Expenses: € 383,000 Programmes and Initiatives: € 168,000 Contributions to Government Entities: € 9,000

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni hija s-segwenti:- Personal Emoluments €1,344,663 Operations and Maintenance €396,000 Programmes & Initiatives €1,114,000 Contributions to Government Entities €114,000

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.