għoti ta' materjal lill-għalliema dwar think and learn mental maths
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta ġie ppubblikat u ingħata f'idejn l-għalliema biex ikunu jistgħu jippreparaw lill-istudenti tagħhom il-materjal li fih think and learn mental maths tal-year 4, 5 u 6?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is-sensiela ta’ kotba mhix publikazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Il-kotba preżentement ipprovduti mid-Direttorat jaqdu tajjeb il-bżonnijiet tal-iskejjel u għalhekk qatt ma nħasset il-ħtieġa li dan il-ktieb,
think and learn mental maths
,
għandu jiġi pprovdut ukoll lill-għalliema.
ħlas tal-liċenzji tan-nassaba għall-istaġun li ma nfetaħx — kumpens
Question
Jista' l-Ministu jgħid jekk mill-flus li nġabru mill-ħlas tal-liċenzji tan-nassaba għall-istaġun li ma nfetaħx hux se jingħata kumpens għall-ispejjeż li għamlu biex ħallsu dawn il-liċenzji li baqgħu m'għamlux użu minnhom peress li l-istaġun baqa' magħluq?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li għalkemm mhux kbira fl-età, għandha bżonn operazzjoni tal-irkoppa li flimkien maċ-ċertifikat li ukoll qed jingħata separatament, dejjem qed jgħidulha li se jibagħtu għaliha xahar ieħor imma qatt ma jkollha risposta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din il-pazjenta ilha tistenna operazzjoni tal-irkoppa mit-13 ta’ Awwissu 2009. Qiegħda fuq lista ta’ prijorità normali però, peress li l-każ ġie rivedut, hi se titpoġġa fuq lista ta’ prijorità urġenti.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, fejn din qed titlob li tbiddel id-dar għal post ieħor li ma jkunx isfel?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm attentati ta' suwiċidju fl-2007, 2008, 2009, 2010 u 2011? X'etajiet kellhom il-persuni li ppruvaw jagħmlu dawn l-attentati ta' suwiċidju?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema Hospital Activity Analysis MDH, in-numru ta’ attentati ta’ suwiċidju fl- 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011 kienu hekk:
Gruppi ta’ Eta
2007
2008
2009
2010
2011
5-25
3
6
11
26
27
26-45
1
3
13
39
36
46-65
5
3
8
24
25
66+
0
0
1
8
9
Total
9
12
33
102
97
Dawn in-numri jirriflettu attentati ta’ suwiċidju li ddaħħlu għal-kura fl-isptarijiet ta’ Mater Dei u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Iż-żieda fin-numri ta’ bejn is-snin 2009 u 2010/2011 huwa r-riżultat ta’ titjib fil-ġbir tal-informazzjoni u fil-mod ta’ kif dawn il-każijiet qegħdin jiġu rraportati. Dan għaliex il-każijiet tal-attentati ta’ suwiċidju qegħdin jiġu mniżżla taħt kategorija speċifika.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30589, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet tad-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali rigward il-care orders u jekk humiex qegħdin jiġu segwiti mill-Aġenzija Appoġġ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Kif jitlob l-Att dwar Tfal u Żgħażagħ (ordnijiet għall-Ħarsien) ir-rwol tad-Direttur tad-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali fir-rigward ta’ care orders huwa li jisma l-oġġezzjonijiet tal-ġenituri Il-każijiet kollha tal-care orders jigu segwiti mill-Aġenzija Appoġġ.u r-rakkmandazzjonjiet fuq kull każ tal-care order isiru mill-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ.
Dipartimenti tas-Servizz Soċjali — risposta mogħtija lill-pubbliku
Question
B'referenza għaċ-ċirkulari tal-OPM numru 3/2001, jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali, dipartimenti oħra u entitajiet oħra li huwa responsabbli tagħhom humiex marbuta bi standards ta' din iċ-ċirkulari u jekk il-pubbliku hux qed jingħata risposta għat-talbiet tiegħu fi żmien qasir? Kemm għandha ddum biex tingħata tweġiba mibgħuta b'email?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, bħal kull Ministeru, Dipartiment u entità oħra li jaqgħu taħt l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, huwa marbut bid-Direttiva nru 4 maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-17 ta’ Marzu 2010.
Jien infurmat li d-dipartiment dejjem jimxi skont il-kriterji stabbiliti f’din id-direttiva, li tesiġi fost oħrajn li għandha tingħata tweġiba għal kull korrispondenza mibgħuta mill-pubbliku (inkluż b’imejl) fi żmien 5 jiem ta’ xogħol. Madankollu, minħabba l-kumplessità tal-mistoqsijiet u t-talbiet għall-informazzjoni li jagħmel il-pubbliku, mhux dejjem ikun possibbli li tingħata tweġiba definittiva fi żmien 5 jiem ta’ xogħol.
F’każi bħal dawn, id-dipartiment jibgħat tweġiba temporanja sakemm ikun jista’ jiġbor l-informazzjoni kollha mitluba mill-pubbliku li imbgħad tintbgħat fl-iqsar żmien possibbli, kif konsentit mill-istess direttiva imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li kemm ilu li applika għall-penzjoni tal-irtirar ma jafx eżatt kemm irid jirċievi u kemm se jkollu kull xahar, jgħidulu bil-miktub kemm hija l-pensjoni tiegħu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna kkonċernata qed tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tagħha matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Tista' tgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti għas-servizz ta' skrivani
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li matul s-sena 2011 ma ngħata l-ebda kuntratt mid-dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru sabiex jingħata servizz ta’ skrivani.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — kuntratti għas-servizz ta' skrivani
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill- Onorevoli Interpellant li fl-2011 ma sar ebda kuntratt ta' dan it-tip għal servizz ta' skrivani f'Malta mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin
Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — kuntratti għas-servizz ta' skrivani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2011 ir-Reġistru Pubbliku u tal-Artijiet ta kuntratt lill-Kumpanija Bizfront għal servizz ta' skrivani. Infurmat ukoll illi l-ħlas kien jammonta għal €11.65 għal kull siegħa.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — kuntratti għas-servizz ta' skrivani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinghata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — kuntratti għas-servizz ta' skrivani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba fuq servizz ta’ skrivan huma s-segwenti:
- Kummissjoni għal Vjolenza Domestika; nil
- Uffiċċju tal-Arbitru; nil
- Kummissarju għat-Tfal; nil
- KNPD; nil
- Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali; nil
- Awtorita’ tad-Djar; nil
- Kummissjoni għall-Għaqdiet Volontarji; nil
- Awtorità Nazzjonali għall-Impjiegi; nil
- Qrati tal-Ġustizzja; nil
- Servizzi għall-Ħarsien Soċjali; nil
- Servizzi Soċjali; 1 li jitħallas €7 is-siegħa
- Kummissjoni Nazzjonali għal Promozzjoni tal-Ugwaljanza; nil
Kollaborazzjoni bejn Forzi Armati ta' Malta u l-awtoritijiet tal-Qatar
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji dwar il-kollaborazzjoni diskussa bejn il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta' pajjiżna u l-ogħla awtoritajiet tal- Qatar waqt iż-żjara riċenti tiegħu hemmekk?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żjara tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) kienet fuq stedina uffiċjali tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Qatar, u serviet sabiex tkompli tibni r-relazzjoniet bejn iż-żewġ Forzi. Waqt il-kriżi ġewwa l-Libja, il-FAM ikkontribwixxew fl-isforzi nazzjonali u internazzjonali sabiex għajnuna umanitarja twasslet lill-poplu Libjan. Dan irriżulta f’kooperazzjoni ma’ bosta entitajiet, kemm ċivili, kif ukoll militari, fosthom dawk tal-Qatar.
Iż-żjara tad-delegazzjoni kienet okkażjoni biex l-ogħla entitajiet militari ta’ Malta u l-Qatar jiddiskutu l-possibilità li fil-ġejjieni r-relazzjonijiet ikomplu jissaħħu, u suldati taż-żewġ pajjiżi jkollhom l-opportunità li jsegwu korsijiet jew attivitajiet ta’ taħriġ f’kuntest ta’ kooperazzjoni bilaterali militari ġewwa l-Qatar, iż-żewġ partijiet qablu li l-kooperazzjoni bilaterali li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi għandha sservi ta’ qafas għal aktar kooperazzjoni f’dawk l-oqsma li jiġu identifikati li jkun hemm possibilità ta’ benefiċċju reċiproku għaż-żewġ pajjiżi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx stabbilita data għaż-żjara kummerċjali li kellu jmexxi hu stess fil-Libja u li jidher li ġiet posposta minħabba ċerta instabbilità mill-aspett tas-sigurtà li rriżulta s’issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed isiru tħejjijiet għal din iż-żjara li se ssir fil-mument opportun.
Billi l-gvern ġie mġiegħel inaqqas €40 miljun mill-budget tiegħu mill-Unjoni Ewropea, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bħala cost cutting u cost control method iddaħħlitx xi prassi min-naħa tiegħu li x-xogħol ta' konsultazzjoni mill-Ministeri jikseb qabel xejn l-approvazzjoni tiegħu jew tal-Kabinett?
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm kien hemm applikanti li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom taħt il-High net worth individuals scheme dwar residence permits li ħareġ il-Gvern f'Settembru li għadda? Kemm minnhom ġew approvati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li s’issa kien hemm 8 persuni li tefgħu l-applikazzjoni taħt il-High Net Worth Individuals Scheme. Minn dawn l-applikazzjonijiet, 2 ġew approvati, filwaqt li s-6 l-oħra qiegħdin jiġu pproċesssati.
MEPA — applikazzjonijiet għal ċentru ċiviku fis-Swieqi
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni mill-Gvern innifsu lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinbena ċentru ċiviku ġewwa s-Swieqi? X’inhu l-file number? Jekk huwa minnu li nbeda x-xogħol mingħajr il-permessi meħtieġa, x’passi ttieħdu mill-awtoritajiet dwar dan?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni għall-iscreening, numru 145527 għall-"Proposed civic centre and recreational area" ġiet sottomessa fil-31 t'Ottubru 2011 u ma jirriżultax li inbeda xi żvilupp marbut ma' dan il-proġett, ħlief li tqabbdet gaffa għal ftit siegħat biex tikxef xi punti fuq is-sit (test holes) sabiex ikun stabbilit il-livell tal-blat. Għaldaqstant mhux il-każ li jittieħdu xi passi t'infurzar min-naħa tal-Awtorità.
Sptar Mater Dei — Applikazzjonijiet għal medical lab scientists
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għall-medical lab scientists mal-Isptar Mater Dei wara s-sejħa li saret f’Jannar 2012? Meta mistennija jsiru l-interviews? Kemm mistennija jimtlew postijiet battala?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.