Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti; - Sigurtà Soċjali; nil - Qrati tal-Gustizzja; nil - Awtorità ad-Djar; ‘Chairman’ li għandu onorarja, CEO li jitħallas gross anwali ta’ €36,302.64, 0-15% pb, karozza u ċellulari tal-awtorità, sundry expensis €2,400 anwali, €1,440 spejjeż telefonici anwali, skema tas-saħħa privata għal familja kollha u assikurazzjoni, flimkien ma’ fuel u maintanance tal-karozza. Financial Controller li jitħallas gross anwali ta’ €36,326.68, 0-10% pb, karozza u ċellulari tal-awtorità, assikurazzjoni u fuel għall-karozza u skema ta’ sahha privata ghal familja kollha, ‘Social Housing and Schemes li jithallas gross anwali ta’ €36,326.68, 0-10%pb, cellulari u karozza tal-awtorità, assikurazzjoni u fuel tal-karozza u skema ta’ saħħa privata għal familja kollha, ‘Property Services’ li jitħallas gross annwali ta’ €27,742.32, 0-10pb, cellulari u karozza tal-awtorità, assikurazzjoni u fuel tal-karozza u skema ta’ saħħa privata għal familja kollha. - Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali; Direttur li għandu gross annwali ta’ €29,405, allowance ta’ €931.84 annwali, allowance għaċ-ċellulari ta’ €815.28 anwali, fuel allowance għal 150ltr fix-xahar u 0-15% pb. - Kummissjoni Nazzjonali għal Promozzjoni tal-Ugwaljanza; chairperson li għandu renumerazzjoni u perks ta’ €2329.34 annwali u CEO li għandu renumerazzjoni u perks relatati ma’ skala 4. - Kummissjoni dwar Vjolenza Domestika; Chaiman li jitħallas l-onorarja ta’ €2,329.37 fis-sena - Kunsill Nazzjonali ghal Persuni b’Dizabiltà; Chairman li jitħallas gross annwali ta’ €25,958, allowance annwali ta’ €6,988.08 kif ukoll ċellulari u karozza, servizz ta’ adsl u telefon id-dar, Direttur Ezekuttiv li jitħallas gross annwali ta’ €29,405, 0-15%pb, flimine ma’ użu ta’ karozza u ċellulari, servizz ta’ adsl u telefon id-dar. - Kummisarju għat-Tfal; Kummisarju li ghandu renumerazzjoni ta’ skala 4. - Kummissjoni għall-Għaqdiet Volontarji; Kummissarju li għandu l-onorarja annwali ta’ €25,183. - Servizz għall-Ħarsien Soċjali; CEO li għandu gross annwali ta’ €35,429, sa 15% tas-salarju bażiku, spejjeż relatati maċ-ċellulari, assikurazzjoni medika annwali ta’ 349.41, spejjeż kollha relatati mal-karozza, 150litru fuel fix-xahar, allowance annwali ta’ €3,000, ‘ disturbance allowance ’ annwali ta’ €1,757 u l-ispejjeż kollha relatati mat-telefon, ‘Chief Operations Director’ li għandu gross annwali ta’ €32,432, sa 10% tas-salarju bażiku, l-ispejjeż relatati maċ-ċellulari, reimbursment of expenses annwali ta’ €2,329, assikurazzjoni medika annwali ta’ €349.41, l-ispejjeż relatati mal-karozza, 150litru fuel fix-xahar, ‘Operations Director’ li għandu gross annwali ta’ €25,729, sa 10% tas-salarju bażiku, l-ispejjeż kollha relatati maċ-ċellulari, ‘Reimbursment of expenses pro-rata anwali ta’ €2,329, assikurazzjoni medika anwali pro-rata ta’ €349.41, allowance għal karozza annwali pro-rata ta’ €3,913.35, 150litru fix-xahar fuel , ‘Operations Director’ li għandu gross annwali ta’ €29,404, sa10% tas-salarju bażiku, allowance ċellulari anwali ta’ €815.28, reimbursment of expenses annwali ta’ €2,239, assikurazzjoni medika anwali ta’ €349.41, allowance għal karozza ta’ €3,913.35, 150litru fuel fix-xahar, ‘Clinical Director’ li għandu gross annwali ta’ €29,404, reimbursment of expenses ta’ €1,165, special duty allowance annwali ta’ €4,658, on Call allowance annwali ta’ €698.81, merit allowance annwali ta’ €1,048 u tutorship allowance annwali ta’ €6,988, ‘Group Senior Manager, Administration, Marketing and Communications’ għandu gross anwali ta’ €29,404, sa 10%tas-salarju bażiku, allowance annwali għaċ-ċellulari ta’ €815.28, reimbursment of expensis annwali ta’ €2,329, assikurazzjoni medika anwali ta’ €349.41, allowanc e annwali għal karozza ta’ €3,913.35, 150litru fix-xahar fuel , ‘Group enior Manager, HR, Recruitment, Training and resources’ li għandu gross annwali ta’ €29,404, sa 10% tas-salarju bażiku, allowance annwali għaċ-ċellulari ta’ €815.28, reimbursment of expenses annwali ta’ €2,329, assikurazzjoni medika anwali ta’ €349.41, allowance annwali għal karozza ta’ €3,913.35, 150litru fuel fix-xahar, ‘Group Financial Controller’ li għandu gross annwali ta’ €29,404, sa 10% tas-salarju bażiku, allowance annwali taċ-ċellulari ta’ €815.28, reimbursment of expenses ta’ €2,329, assikurazzjoni medika annwali ta’€349.41, allowance għal karozza ta’ €3,913.35 u 150litru fuel fix-xahar.
Leg 11 PQ #32255 Sitting 452 2012-02-29 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Tista' tgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32256 Sitting 452 2012-02-29 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Tista' tgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex m'għandux entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu.
Leg 11 PQ #32321 Sitting 452 2012-02-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — servizz ta' occupational therapy

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif u minn fejn jingħata s-servizz ta' occupational therapy f'Għawdex u kemm hemm terapisti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-servizz ta’ Occupational Therapy jingħata minn żewġ partijiet: (a) Sptar tal-Ibraġġ fejn jingħata servizz lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali kemm dawk rikoverati fis-swali Short Stay u Long Stay kif ukoll lill-klijenti li jiġu fid-Dipartiment tal- Occupational Therapy fuq bażi regolari mid-djar tagħhom għal sezzjonijiet varji ta’ terapija kemm fuq bażi individwali kif ukoll fi gruppi, liema terapija tingħata kemm fl-isptar kif ukoll fil-komunità. (b) Sptar Ġenerali fejn jingħata servizz ta’ Occupational Therapy fis-swali akuti (Swali Rġiel u Nisa), Swali Residenzjali (Residenza Sant’Anna u Xjuħ Irġiel), servizz lit-tfal b’diffikultajiet varji kemm fuq bażi ta’ Out-Patients , servizz fl-iskejjel kif ukoll servizz fl-iskola Speċjali ta’ Sannat meta jkun jeħtieġ. Tingħata wkoll terapija fuq bażi ta’ Out Patients kif ukoll servizz ta’ home visits . Kull klijent li jkun jeħtieġ is-servizz ta’ Occupational Therapy irid ikollu referral mingħand konsulent / tabib fejn jindika r-raġuni għaliex il-klijent jeħtieġ is-servizz. Bħalissa hemm 5 Occupational Therapists li qegħdin jagħtu dawn is-servizzi fl-isptarijiet t’Għawdex.

mediċina għal min għandu d-diabete

Question

Peress li iktar persuni dijabetiċi qed jużaw il-eucreas minflok l-insulina, peress li din mhix disponibbli mill-iskema Spiżeriaj tal-Għażla Tiegeħek u lanqas mill isptar, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-mediċina hix se tibda tingħata b'xejn lil persuni bid-dijabete?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina Eucreas® hija mediċina li fiha s-sustanzi attivi vildagliptin u metformin. Din il-kombinazzjoni ta’ mediċini ma tinstabx fil-Formularju tal-Gvern. S’issa m’hemm ebda ħsieb li tibda tingħata.

Għawdex — Munxar - Triq ta' Luvier- asfalt

Question

Peress li r-residenti ta' Triq ta' Luvier Munxar Għawdex qed jilmentaw minħabba l-istat ħażin tat-triq, jista' l-Ministru jgħid għaliex din it-triq għadha ma ġietx asfaltata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi Triq il-Luvier ġewwa l-Munxar, Għawdex ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali peress li hija proprjetà privata.

Qorti — impjegati mal-customer care

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhuma impjegati l-uffiċjali tal-customer care fil-Qorti? Jista' jagħti dettalji tal-kuntratt tax-xogħol tagħhom u għal kemm żmien jgħodd dan il-kuntratt?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-uffiċċjal tal-Customer Care fid-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja hija skrivana impjegata full-time mad-dipartiment.

Xogħol ta' restawr — għajnuna minn fondi Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti ta' restawr li hu mistenni li jinbdew matul din is-sena? F'liema każijiet se jkun hemm għajnuna minn fondi Ewropej biex dan ix-xogħol ikun jista' jsir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #32344 Sitting 452 2012-02-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — qasam tax-xjenza, riċerka u innovazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed isir f'Għawdex fil-qasam tax-xjenza, riċerka u innovazzjoni senjatament dwar baġit, miżuri u faċilitajiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jimplimenta l-miżuri fir-rigward tal-oqsma tax-Xjenza, Riċerka u Innovazzjoni inklużi fil-Pjan t'Azzjoni ta' Eko-Għawdex, fosthom, it-trasformazzjoni tal-Farm Sperimentali tax-Xewkija f'Ċentru ta' Innovazzjoni fl-Agrikoltura u l-Ambjent u t-tisħiħ tal-Programm Hands on Farming (Science Popularisation).

ċensiment dwar Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk miċ-ċensiment hix se tittieħed u tiġi analazzata informazzjoni biex ikun hemm data speċifika dwar Għawdex u l-kwalità tal-ħajja f'Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti d-dettalji relattivi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni kollha li kienet miġbura miċ-ċensiment tkun ippubblikata b’mod separat għal Malta u għal Għawdex, kif sar f’ċensimenti oħra fil-passat riċenti. Fit-tieni kwart ta’ din is-sena se jkun ippubblikat ir-rapport preliminari, filwaqt li kmieni s-sena d-dieħla, ikun ippubblikat ir-rapport finali.
Leg 11 PQ #32352 Sitting 452 2012-02-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

San Pawl il-Baħar — tfal li jużaw Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal li jattendu l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, u li għandhom is-sapport tal-learning support assistants?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa hemm 34 tifel jew tifla li jattendu l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar li għandhom is-sapport tal-learning support assistants.
Leg 11 PQ #32353 Sitting 452 2012-02-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skola primarja tal-San Pawl il-Baħar — tfal fil-kindergarten

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' tfal li daħlu fil-kidergarten, fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar fil-bidu tas-sena skolastika u fil-bidu tat-tieni term? Kemm hu mistenni li jkun hemm tfal ġodda li jidħlu f'dan il-livell fit-tielet term?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’Ottubru daħlu 108 student fis-sezzjoni tal-Kinder 1 Fl-ewwel term daħlu 8 student oħra ġodda fil-Kinder. Fit-tieni term daħlu 34 student ġdid fil-Kinder. Bħalissa n-numru tat-tfal fil-Kinder 1 hu ta’ 150, peress li man-numru ta’ tfal li tajna għall-bidu taż-żewġ terms hemm ukoll tfal li daħlu matul is-sena. Fit-tielet term nistennew tfal ġodda bħal dejjem u naħsbu li l-medja tkun ta’ 8 ġodda.

Lukandi f'San Pawl il-Baħar u Mellieħa — skemi mill-MTA

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm lukandi li jinsabu fil-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (inkluż Buġibba u Qawra) li talbu biex jingħataw għajnuna mill-iskemi mħabbra mill-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu għal dan it-tip ta' għajnuna?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-Iskema tat-Turiżmu Sostenibbli għall-Intrapriżi hija skema taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu, Kultura u Ambjent. Inħargu tliet sejħiet taħt din l-iskema li fihom kien hemm 31 lukanda li jinsabu fil-Mellieħa u San Pawl il-Baħar li tefgħu applikazzjoni għall-fondi.

Kors ta' avukat jew nutar — warrant

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx gradwati li spiċċaw il-kors ta' avukat/nutar, li għamlu l-eżami tal-warrant u li għadhom qed jistennew biex jingħataw dan il-warrant? Jekk iva, kemm huma dawn l-istudenti?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hemm 87 avukat u prokuratur legali wieħed, li qed jistennew biex jingħataw il-warrant.

Tribunal tal-konsumatur — każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet li jinsabu pendenti quddiem it-tribunal tal-konsumatur, bħalissa? Kemm ilu pendenti l-iktar wieħed minn dawn il-każijiet?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li hemm 575 każ pendenti quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur. L-aktar każ li ilu pendenti hu dak li ġie rreġistrat mat-Tribunal fis-16 ta’ Ottubru 2008 u li l-aħħar seduta tiegħu saret fil-15 ta’ Novembru 2011. Dan il-każ qiegħed għas-sentenza. Nixtieq inżid li biex kemm jista' jkun jitnaqas id-dewmiwn tal-każijiet quddiem it-Tribunal u l-konsumatur ikun mgħoqdi aħjar, ġew maħtura tliet arbitri ġodda u bħalissa hemm erba' arbitri jisimgħu l-każijiet.
Leg 11 PQ #534 Sitting 451 2012-02-28 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex -Xagħra — klassi mingħajr għalliem

Question

Peress li l-istudenti tal-year 2 tal-Iskola Patri Mattew Sultana tax-Xagħra qegħdin mingħajr għalliema, tista' l-Ministru tara li dawn it-tfal jingħataw għalliema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għalliema tal-Klassi tal-Year 2 tinsab indisposta. Fl-istess skola hemm għalliema oħra mingħajr klassi li ħadet il-klassi tal-Year 2 waqt li l-għalliema l-oħra tinsab nieqsa mill-iskola.

libreriji pubbliċi — kategoriji ta' kotba

Question

Tista’ l-Ministru tagħti breakdown tal-kotba li għandna fil-libreriji pubbliċi u tgħid f'liema sena kienu ppubblikati f’kategoriji ta’ ħames snin kull intervall u x’suġġetti huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

self ta' kotba minn libreriji fl-iskejjel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm libreriji fl-iskejjel tagħna u kemm jagħmlu użu mill-kotba li hemm fihom l-istudenti tal-istess skola? Tista’ tgħid jekk studenti minn skejjel oħra jmorrux jissellfu kotba minn dawn l-iskejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

nefqa tal-Ministeru biex jixtri kotba ġodda għal-libreriji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru biex jixtri kotba ġodda għal-libreriji matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

konsultazzjoni dwar bdil fis-sillabu tal-maths

Question

Tista' l-Ministru tgħid ma' min saret il-konsultazzjoni sabiex is-sillabu jinbidel u jidħol fih think and learn mental maths tal-year 4, 5 u 6?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Mental Maths ilu tul dawn l-aħħar għaxar snin jifforma parti mis-sillabu tal-Primarja, mill-Year 1 sal-Year 6. Dan ġie inkluż minħabba l-fatt li jgħin lit-tfal jiżviluppaw tajjeb kunċetti matematiċi relatati man-numri kif ukoll “number sense” li permezz tagħhom it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu kalkulazzjonijiet ġo moħħom b’metodi effikaċi, xi kultant aktar milli bil-kitba. Il-Mental Maths ġie assessjat għall-ewwel darba fil-Benchmark fi tmiem il-Primarja f’Ġunju 2011 fuq rakkomandazjonijiet tal-għalliema li kienu qed jaħdmu fuq is-suġġett u issa se jibda jiġi eżaminat ukoll fil-Years 4 u 5 fl-eżamijiet annwali ta’ Ġunju 2012.