Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31627, 31488, 31044 u 30642 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settembru 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma li nġabret mill-ħlas tal-liċenzji tal-armi tal-isports tal-isparar, tal-kolletturi u tal-kaċċa f'dawn l-aħħar għaxar snin , kull kategorija u kull sena separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:32181 - Hlas ta' Licenzja tal-Armi.doc
B'referenza għall-aħħar regolazzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà li ġiet approvata mill-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti finali kollha li saru sal-lum?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29303 u 29688 u jgħid min huwa r-related party li flimkien miegħu il-Gozo Channel Co. għamlet l-offerat biex tkompli topera is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim, jekk sar, bejn il-Gozo Channel Co u r-related party? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-Gozo Channel Co – u msieħba oħra jekk hemm – dwar it-tmexxija tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt it-tender il-ġdida? Sar Public Service Contract mal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30082.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kemm-il vjaġġ bir-ritorn sar mill-Gozo Channel bejn l-Imġarr u Sa Maison xahar xahar minn Settembru 2011 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn Settembru 2011 sa Jannar 2012 il-Gozo Channel Co. Ltd għamlet dawn il-vjaġġi bejn l-Imġarr u Sa Maison :
Settembru 2011 16-il vjaġġ
Ottubru 2011 16-il vjaġġ
Novembru 2011 14-il vjaġġ
Dicembru 2011 10 vjaġġi
Jannar 2012 13-il vjaġġ
Jista’ l-Ministru jgħid kemm vetturi kummerċjali qasmu (a) minn Għawdex għal Malta u (b) minn Malta għal Għawdex bil-vapuri tal-Gozo Channel mill-2000 sas-sena 2011? Jista’ jagħti dan it-tagħrif separatament għaċ-Ċirkewwa u għal Sa Maison?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-2000 sas-sena 2011 il-Gozo Channel Co. Ltd biegħet 54,557 billjetti lill-vetturi kummerċiali ; 4,410 minn Sa Maison u 50,147 miċ-Ċirkewwa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiegħu biljetti mill-Gozo Channel għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex xahar xahar minn Settembru 2008 sa Awwissu 2009 u minn Settembru 2009 sa Awwissu 2010 lill-:
a) passiġġieri residenti f’Għawdex bil-vettura;
b) passiġġieri residenti f’Għawdex bla vettura;
ċ) passiġġieri residenti Malta bil-vettura
d) passiġġieri residenti Malta bla vettura;
e) passiġġieri barranin bil-vettura; u
f) passiġġieri barranin bla vettura?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex kull xahar fl-2011?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2011 saru 14-il Att Pubbliku dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Ghawdex. Dawn l-atti pubbliċi saru f’dawn ix-xhur, kif gej:
Jannar 1
Frar 1
Marzu 1
April 0
Mejju 3
Ġunju 4
Lulju 2
Awwissu 1
Settembru 1
Ottubru 0
Novembru 0
Diċembru 0
Total 14
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tewġiba tingħata f'xi seduta oħra.