Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — kuntratti għall-ingaġġ ta' skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul l-2011 ingħataw żewg kuntratti. Dawn kienu mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, liema kuntratt ingħata għal perjodu ta’ sitt xhur bir-rata ta’ €6.67 is-siegħa, u mis-Central Procurement and Supplies Unit bir-rata ta’ €9.35 is-siegħa.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — kuntratti għall-ingaġġ ta' skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ ta’ Malta tat-Turiżmu ħarġet żewġ kuntratti ta’ skrivani bir-rata ta’ €7 fis-siegħa. L-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma taw l-ebda kuntratt għal servizz ta’ skrivani.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kuntratti għall-ingaġġ ta' skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kuntratti għall-ingaġġ ta' skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #31947 Sitting 452 2012-02-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — kuntratti għall-ingaġġ ta' skrivani

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sussidju fuq dawn u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għandhiex dritt għas-sussidju fuq id-dawl u l-ilma issa li tinsab armla?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna kkonċernata qed tiġi infurmata dwar il-każ tagħha.

każijiet ġodda ta' mard infettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda ta' mard infettiv li jiġi trasmess mill-attività sesswali matul is-sena 2011? Jista' jagħti l-età tal-persuni li kienu nfettati b'dawn il-kundizzjonijiet u jikkategorizza x'kundizzjonijiet ta' mard infettiv kien hawn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li skont in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-informazzjoni mitluba dwar il-każijiet ġodda ta' mard infettiv li jiġi trasmess mill-attività sesswali matul is-sena 2011, l-età tal-persuni li kienu nfettati b'dawn il-kundizzjonijiet u l-kategoriji tal-kundizzjonijiet ta' mard infettiv, huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt. 0-4 5-14 15-24 25-44 45-64 ≥65 U/K Chlamydia - - 64 75 14 - 3 Gonorrhoea - - 14 31 2 - - Syphilis - Latent - - 3 20 - 1 2 - Primary - - 1 3 1 - - - Secondary - - - 10 2 - -

informazzjoni dwar tfal b'dyslexia fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tikkalkula li għandha tfal bid-dyslexia fl-iskejjel tal-poplu u dawk tal-Knisja? Tista' tgħid jekk dan l-ammont huwiex wieħed aċċettat fl-Unjoni Ewropea u meta jitqabbel mal-pajjiżi Ewropej f'liema post tinstab Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ tfal li ġew identifikati bħala dyselxic mill-SpLD Service hu ta’ 1,646 (1,400 fi skejjel tal-istat, 246 fi skejjel tal-knisja u independenti). L-istatistika ta’ pajjiżi Ewropej ta’ min hu dyslexic tvarja minn 5% - 10% tal-popolazzjoni. In-numru ta’ tfal identifikati mill-SpLD Service hu inqas minn 5%. Dan huwa ammont aċċettat fl-Unjoni Ewropea.

żgħażagħ bid-dyslexia li jkomplu l-Università

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ikun hemm żgħażagħ li jirnexxilhom ikomplu għall-università allavolja jkunu jbatu mid-dyslexia?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni dwar l-għadd ta’ studenti li nfurmaw lill-Università li għandhom specific learning diffcilty (li ma jinkludix dyslexia biss) qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

għajnuna għal min għandu d-dyslexia biex ikompli l-istudji

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema proċess jista' jgħin biex tfal li jbatu mill-kundizzjoni tad-dyslexia jiġu nkoraġġuti jkomplu fl-istudji tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għajnuna meħtieġa għal dawk l-istudenti li jbatu mill-kundizzjoni tad-dyslexia hu t-tagħlim multisensorjali. Id-Direttorat għandu għalliema li huma mħarġa biex jassesjaw u jissapportjaw kemm lill-istudent, lill-għalliem u lill-ġenitur f’dan il-qasam. Għandu wkoll diversi programmi li jintużaw skont il-bżonnijiet tal-individwu biex l-istudent ikun kapaċi jkompli bl-istudji tiegħu.

tfal bi bżonnijiet speċjali li jmorru l-iskola

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hija l-popolazzjoni tat-tfal li għandhom bżonnijiet speċjali u li għadhom imorru l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bejn l-iskejjel tal-Istat, Knisja u Indipendenti hemm 3231 tifel u tifla li għandhom bżonnijiet speċjali u li għadhom imorru l-iskola. Dan in-numru jinbidel regolarment peress li jiġu iddentifikati tfal bi bżonnijiet speċjali kontinwament.

proċess biex tifel ikollu LSA

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hija l-waiting list u l-waiting time biex student jibdielu l-proċess, jiġi idendifikat bħala student li għandu bżonn għajnuna partikolari u tingħatalu learning support assistant?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Tfal li huma “New Entrants” jew li għandhom xi di¿abilita’ jew imġieba diffiċli jingħataw appuntament mill-aktar fis possibli. Każijiet oħra jingħataw appuntament skont il-waiting list u li ġeneralment dan ikun matul is-sena skolastika li fiha tkun intbagħtet l-applikazjoni.

informazzjoni dwar art mogħtija lill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31515 u jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar art agrikola li tingħata lill-bdiewa? Din tingħata jew tinkera bħala art kummerċjali jew b'rati aktar favorevoli? Jekk hemm politika dwar dan jista' jelabora?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 32067.

applikazzjoni għar-relief

Question

Jista' l-Minsitru jara l-każ ta' omm b'żewġt itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għar-relief fl-1 ta' Lulju, 2011 imma s'issa għadha ma rċeviet xejn u ħadd għadu ma taha risposta?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Kumpanija BWSC — ilment fuq il-kwalità tad-diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija BWSC ilmentatx f’dawn l-aħħar ġimgħat u/jew jiem dwar il-kwalità tad-diesel li tuża l-Korporazzjoni Enemalta? Kemm-il darba dan huwa minnu kif wieħed jista' jinkwadra dan kollu meta l-impjant huwa maħsub li se jaħdem fuq il-heavy fuel oil u suppost li jaħdem anki bl-agħar tip ta’diesel?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kumpanija BWSC ma lmentatx dwar il-kwalità tad-diesel li tuża’ l-Enemalta, li fil-fatt huwa ta’ kwalità akar superjuri minn dak speċifikat minn BWSC.
Leg 11 PQ #32062 Sitting 452 2012-02-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Istitut għall-Istudju Turistiċi — staff li saru tal-post mal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma rapporti li wasluli li meta staff mhux akkademiku tal-Istitut għall-Istudju Turistiċi saru tal-post mal-gvern kien hemm każi fejn skrivani tpoġġew fi skala 18 – l-ekwivalenti ta’ deffiena tal-oqbra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-regolarizzazzjoni tal-impjegati mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi sar billi dawn l-impjegati inħatru uffiċjali fuq skala tal-Gvern li hi komparabbli mal-paga li qed jirċievu.
Leg 11 PQ #32063 Sitting 452 2012-02-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Istitut għall-Istudji Turistiċi — informazzjoni dwar iċ-chairperson

Question

Tista' l-Ministru tgħid min qed jaqdi l-funzjoni ta’ chairperson tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi bħalissa billi għal raġunijiet li wieħed jista' jifhem, iċ-chairperson ilha ma tirrapporta għax-xogħol? Hija kellha rwol mhux eżekuttiv jew eżekuttiv? Jekk ir-rwol tagħha kien eżekuttiv, min assuma din ir-responsabbiltà f’dawn il-jiem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Viċi Chairman qed jaqdi l-funzjoni minflok ic-Chairperson li m'għandux rwol eżekuttiv.

Trasport Malta — Chief Office Enforcement

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandha l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bħala Chief Office Enforcement ma’ Trasport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nqisx li hu xieraq li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-impjieg mitlub.

ARMS Ltd — fee lil dawk li jitolbu kont aġġornat

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ARMS Ltd twaħħalx xi fee lil dawk il-konsumaturi kollha li jitolbuha kont tad-dawl u l-ilma aġġornat, anki f’każijiet fejn ikunu ilhom madwar sena ma jirċievu l-aħħar kont mhux estimate (stima)? Jekk iva, x’inhi din iċ-charge?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm miżata ta’ €4.66 sabiex jinħareġ kont b’data speċifika (u fuq qari ta’ meters indikati mill-konsumatur) li jkun jeħtieġ konsumatur. F’każ li konsumatur jkun jeħtieġ kont għax ikun ilu ma jinħareġ, ma jkun hemm l-ebda miżata applikabbli.

ARMS Ltd — persuni li ma jħallsux fi żmien 45 ġurnata

Question

F’każ fejn persuna tirċievi xi tliet jew erbgħa kontijiet tard għax tkun ġiet invoiced tard minn ARMS Ltd, jista' l-Ministru jgħid jekk il-klijent xorta waħda jiġi charged l-interessi bħal kull min ma jħallasx fi żmien 45 ġurnata mid-data tal-invoice u jista’ saħansitra jiġi mhedded ukoll li jaqtgħulu s-servizz tad- dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li meta jinħarġu diversi kontijiet f’daqqa, jingħata kreditu ta’ 120 ġurnata mid-data tal-kont, minflok 45 ġurnata tas-soltu. L-interessi jiġu applikati wara dawk il-120 ġurnata. Fuq dawn il-kontijiet partikolari, ma tinħariġx l-ittra tas-sospensjoni fil-perijodu tal-120 ġurnata li tkun ġiet mogħtija u għaldaqstant m’hemmx riskju li jiġi sospiz is-servizz tad-dawl, dement li ma jkunx hemm xi djun sostanzjali minn qabel ma jkunu inħarġu l-kontijiet partikolari li fuqu jkunu ngħataw 120 ġurnata. Konsumaturi li xorta jkollhom xi forma ta' diffikultà, jistgħu jikkontatjaw l-ARMS Ltd sabiex jgħamlu arranġament għal ftehim ta’ pagamenti bin-nifs. Dan il-metodu jista' jelimina ir-riskju ta’ sospensjoni tas-servizz, dement li l-ftehim jiġi onorat u pagamenti jsiru regolari kif jkun stipulat fil-ftehim. Niġbdu l-attenzjoni għall-fatt li meta jsir ftehim ta’ dan it-tip, xorta japplikaw l-interessi. Konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu pagamenti kull xahar skond kif jeħtieġu huma jew inkella bħala payment on account anke jekk dawn ma jkunux irċivew kont u mitluba sabiex jħallsu. Dan il-metodu jservi sabiex jinqasmu l-ispejjeż tal-konsum, fuq varji pagamenti.