Legislature:
Category:
Reset
Active:

Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-appartamenti vakanti fi Block 1, Flat 1 u Block 1, Flat 2 Misraħ San Gwann, Valletta hux se jibqgħu jintużaw għal skop residenzjali?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi l-flat 1, Block 1, Misraħ San Ġwann, Valletta, huwa mikri u kien dejjem mikri lill-istess familja għal żmien twil. Il-flat 2, Block 1, Misraħ San Ġwann, Valletta, huwa vojt u qatt ma kien mikri għal skopijiet residenzjali. L-inkwilin ta' qabel ġie żgumbrat u bħalissa hemm kawża quddiem il-Qorti dwar dan. Għaldaqstant għadu mhux deċiż x'se jsir minn dan il-flat.

self employed u SMEs — miżuri biex titnaqqas il-burokrazija

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'miżuri ħa l-gvern, partikolarment dawk leġislattivi, biex itaffi l-piż tal-burokrazija fuq (a) min hu self-employed u (b) għandu small and medium enterprises?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

anzjan li applika għar-Residenza San Vincenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ilu li applika biex jidħol fir-Residenza San Vincenz de Paul minn Ottubru 2010 u li qiegħed f'dar privata għall-anzjani, iżda issa spiċċawlu l-flus u ma jistax jibqa' f'din ir-residenza anke minħabba l-fatt li l-qagħda tiegħu qed tiddeterjora, peress li jeħtieg kura medika kontinwa u fid-dar privata fejn qiegħed din il-kura ma tingħatax?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-anzjan li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant applika biex jidħol fir-Residenza ta’ San Vinċenz fis-27 t’Ottubru 2010. L-applikazzjoni ġiet imqiegħedha fil-lista ta’ stennija għal-San Vinċenz. Jekk is-saħħa tal-imsemmi anzjan ideterjorat huwa mportarti li ssir applikazzjoni għall-upgrade tal-każ biex b’hekk il-każ jerġa jidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni. Din l-applikazzjoni tista’ tinkiseb mill-Kunsilli Lokali, mis-sit eletroniku u fiċ-Ċentru Servizz Anzjan il-Belt.

Għarb — Kumpens għall-art li se tittieħed biex titwessa triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32185 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31765 u 31594, peress li skont il-Ministru jidher li hemm diffikulta biex tiġi identifikata l-parti meħuda, peress li qed jintbagħtu separatament is-site plans minn fejn jirriżultaw id-dettalji kollha mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari, jista' issa l-Ministru jwieġeb u jgħid meta ser jingħata l-kumpens għat-teħid tal-art biex titwessa' t-triq?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Lista ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32153 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment f'din il-leġislatura sal-lum inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32153.

Mosta — toroq li saru mill-gvern ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32165 u jgħid liema kienu t-toroq ġewwa l-Mosta li saru mill-Gvern Ċentrali mill-2008 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari Nru. 31256, 31656, 31658, 31659.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — qtugħ ta' paga lill-ħadidema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-ħaddiema li jaħdmu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-Marsa (Swan Laundry) inqatgħatilhom il-paga minkejja li kien hemm ħsara fil-punch clock?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi meta jkun hemm ħsara f’xi wieħed mill-palm readers tal-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma u allura l-ħaddiema kollha ta’ dik is-sezzjoni partikulari ma jkunux jistgħu jużaw il-plam reader ma jsir l-ebda qtugħ mill-paga rispettiva tal-ħaddiema konċernati.

Enforcement Notice

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32175 u cioè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31417, issa li l-perjodu ta' ħmistax-il ġurnata kif imsemmi fir-risposta għadda, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħdu l-Enforcement Directorate dwar dan il-każ?

Response (DEMARCO, MARIO)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Żieda għall-għoli tal-ħajja

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-formulazzjoni tal-RPI kif imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32169?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l--RPI ikejjel il-bidla relattiva fil-livell tal-prezzijiet imħallsa għal ‘basket’ speċifiku ta’ oġġetti u servizzi minn familja medja. Il-weight li jingħata għal kull oġġett jew servizz jiddependi mill-ammont relattif li familja medja tonfoq fuqu. Dawn l-istimi ta’ weights jiġu maħduma abażi tal-Household Budgetary Survey li sar mill-NSO matul 2008/09. L-istħarriġ ikopri 3,732 familja rappreżentattivi tal-pajjiż kollu. L-indiċi huwa miġbur permezz ta għażla wiesa u rappreżentattiva ta’ aktar minn 355 oġġett u servizzi li l-prezzijiet tagħhom huma migbura regolarment. Aktar minn 9,000 kwotazzjonijiet tal-prezz separati jintużaw kull xahar fil-kumpilazzjoni ta' dan l-indiċi. Il-weights għall-kategoriji ewlenin tal-infiq huma: Weighting Food 21.23 Beverages and Tobacco 6.09 Clothing and Footwear 7.41 Housing 7.61 Water, Electricity, Gas and Fuels 3.36 H/hold Equip. and House Maint. Cost 6.59 Transport and Communication 22.76 Personal Care and Health 8.57 Recreation and Culture 9.28 Other Goods and Services 7.1 All Items Retail Price Index 100 L-RPI huwa miġbur u ppubblikat mill-NSO wara li jkun rivedut mill- RPI Advisory Committee . Dan il-Bord kien stabbilit fl-1990 permezz tal- Income Policy Agreement u hu kompost mid-Direttur tal-Istatistika (ex-officio), żewġ membri maħtura mill-Gvern, żewġ membri maħtura mit- trade unions , u żewġ membri maħtura mill-organiżżazzjonijiet tan-negozju. Dan l-indiċi, kif ukoll il- weights għall-kategoriji ewlenin tal-infiq, huwa ppubblikat kull xahar permezz ta’ stqarrija mill-NSO, kif wkoll fil-gażżetta tal-gvern.

Trasferiment ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32183 u cioè: B'referenza għall-aħħar regolazzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà li ġiet approvata mill-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti finali kollha li saru sal-lum?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32183.

Marfa Action Plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern fuq il-kmamar tal-Armier li nbnew qabel l-1992? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni fuq il-Marfa Action Plan li kien inħareġ fl-2002 mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (DEMARCO, MARIO)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEUSAC — għarfien dwar l-ambjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet torganizza l-MEUSAC sabiex jiżdied l-għarfien dwar l-ambjent u responsabbiltajiet ambjentali għad-diversi stakeholders?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Matul it-tlett snin u nofs li ilu mwaqqaf il-MEUSAC saru diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni u informazzjoni dwar proposti leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dwar il-politika tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dik nazzjonali dwar l-ambjent u dwar ir-responsabbiltajiet ambjentali. Dawn il-laqgħat saru kemm għall-membri tal-Core Group u tal-Kumitati Settorjali kif wkoll għal entitajiet pubbliċi u privati rilevanti. Sal-lum saru b’kollox 29 laqgħa ta’ konsultazzjoni u 5 sessjonijiet ta’ informazzjoni relatati mal-ambjent u responsabilitajiet ambjentali, kif ġej: Laqgħat ta’ Konsultazzjoni Data Suġġett diskuss 25 ta’ Marzu 2009 - Proposta għal Direttiva dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (Riformulazzjoni) - Proposta għal Direttiva dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku - L-implimentazzjoni tal-miżuri li joħorġu mid-Direttiva 2005/32/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija. 2 ta’ April 2009 - Komunikazzjoni mill-Kumissjoni - Lejn qbil komprensiv dwar it-tibdil fil-klima f’Kopenħagen - Il-Pjan ta’ Malta għall-kwalità tal-arja u t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/50/KE fuq kwalità ta’ arja aħjar għall-Ewropa. 24 ta’ April 2009 White Paper L-addatament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni 5 ta’ Mejju 2009 Proposta għal Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali (il- prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Riformulazzjoni) 18 ta’ Ġunju 2009 Direttiva 92/75/EEC dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ittikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar. 2 ta’ Lulju 2009 It-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart. 30 ta’ Settembru 2009 L-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/10/KE li temenda d-Direttiva 2008/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fil- Greenhouse Gas Emissions Trading Scheme. 21 ta’ Ottubru 2009 - Proposta għal Direttiva dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (Riformulazzjoni) - Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi. 3 ta’ Diċembru 2009 Il-pożizzjoni ta’ Malta fuq Organiżmi Modifikati Ġenetikament. 27 ta’ Jannar 2010 - Il-prijoritajiet tal-Presidenza Spanjola f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent. - It-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/105/KE fuq l- istandards tal-kwalità tal-ambjent fil-qasam tal-politika tal-ilma; u - Il- General Binding Rules. 22 ta’ Frar 2010 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Alternattivi għal viżjoni Ewropea u mira għall-bijodiversità wara l-2010 21 ta’ April 2010 L-istrateġija Futura “Ewropa 2020”. 21 ta’ Mejju 2010 - It-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/50/KE fuq kwalità ta’ arja aħjar għall-Ewropa. - Green Paper dwar il-ġestjoni tal-bijoskart fl-Unjoni Ewropea 12 ta’ Lulju 2010 Pjan Abbozz dwar l-Immaniġġjar tal-Ġbir tal-Ilma għall-Gżejjer Maltin. 10 ta’ Settembru 2010 Proposta għal Regolament li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta ċerti tipi ta’ metall skreppjat ma jibqgħux jitqiesu bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE 8 ta’ Ottubru 2010 Il-pakkett leġiżlattiv dwar Organiżmi Modifikati Ġenetikament propost mill-Kummissjoni fl-Lulju 2010. 23 ta’ Novembru 2010 Proposta għal Direttiva li tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni tal-ħamrija u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE 15 ta’ Diċembru 2010 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar “Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) lejn l-2020 – Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali”. 29 ta’ April 2011 White Paper għal pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport: “Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” 29 ta’ April 2011 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Valutazzjoni tar-rabta bejn il-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) għar-riċiklaġġ sikur u ambjentalment xieraq tal-vapuri, il-Konvenzjoni ta’ Bażel u r-regolament tal-Unjoni Ewropea dwar it-trasport tal-iskart. 13 ta’ Ġunju 2011 L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali (Direttiva 2002/49/KE) – L-Abbozz tal-Pjan ta’ Azzjoni. 23 ta’ Ġunju 2011 - Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Enerġija 2020: Strateġija għal enerġija kompetittiva, sostenibbli u sigura. - Studju Strateġiku Ambjentali dwar ‘Proposta għal Politika tal-Enerġija għal Malta’ 29 ta’ Lulju 2011 Preżentazzjoni u diskussjoni dwar energy audits mal-uffiċjali tal-‘Building Regulation Office’ (BRO) 6 ta’ Settembru 2011 L-abbozz tal-Pjan għall-Iskart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) li tiddeskrivi l-pjan propost rigward l-implimentazzjoni tad-Direttiva WEEE 16 ta’ Settembru 2011 Id-Direttiva 2009/128/EC li tistabbilixxi qafas ta’ azzjoni għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi. 10 ta’ Novembru 2011 Id-Direttiva 2009/128/EC li tistabbilixxi qafas ta’ azzjoni għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi (Saret f’Għawdex). 18 ta’ Jannar 2012 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-azzjoni Klimatika (LIFE) 24 ta’ Jannar 2012 Qafas leġiżlattiv dwar permessi ambjentali għal attivitajiet industrijali. (l-ewwel laqgħa) 26 ta’ Jannar 2012 Qafas leġiżlattiv dwar permessi ambjentali għal attivitajiet industrijali. (it-tieni laqgħa) Laqgħat ta’ Konsultazzjoni pjanati għax-xhur li ġejjin: DataSuġġett diskuss 5 ta’ Marzu 2012 Regolamenti dwar l-Immaniġġjar ta’ Skart (Vetturi fi Tmiem żmienhom) (Emenda), 2012 28 ta’ Marzu 2012 White Paper dwar il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tal-ħsejjes fil-madwar. 3 ta’ April 2012 Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma. Data għad trid tiġi stabbilita Is-Seba’ programm ta’ Azzjoni dwar l-Ambjent Data għad trid tiġi stabbilita Proposti Leġiżlattivi tal-UE dwar Speċi Aljeni Invażivi Data għad trid tiġi stabbilita Pjan ta’ Azzjoni Abbozz dwar il-Bijodiversità Laqgħat ta’ informazzjoni/seminars: Data Suġġett diskuss 9 ta’ Ottubru 2009 It-Tibdil fil-Klima: Perspettivi Globali, tal-UE u Maltin. 21 ta’ Marzu 2011 Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali. 6 ta’ Ġunju 2011 Regolamenti tal-2011 dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart. 28 ta’ Lulju 2011 Lejn Ewropa effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. 13 ta’ Settembru 2011 Seminar f’Għawdex dwar: § L-abbozz tal-Pjan għall-Iskart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE). § L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali (Direttiva 2002/49/KE)

Kunsilli Lokali — bebefiċċju minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-kunsilli lokali jiġu mgħarrfa bl-opportunitajiet li jeżistu fid-diversi programmi tal-Unjoni Ewropea u programmi oħra minn fejn jistgħu jibbenefikaw minn fondi?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Meta waqqafna l-MEUSAC mill-ġdid fil-bidu ta’ din il-Leġiżlatura, minbarra l-funzjoni ta’ konsultazzoni dwar liġijiet ġodda tal-Unjoni Ewropea (UE), ridna li l-MEUSAC iwassal tagħrif dwar il-politika u l-liġijiet tal-UE filwaqt li jassistu wkoll lill-kunsilli lokali u lill-orgnizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) fil-mili ta’ applikazzjonijiet għal proġetti ffinanzjati jew ko-finanazjati mill-prgrammi ta’ fondi tal-UE. Fil-fatt, f’Novembru tal-2008, fi ħdan il-MEUSAC twaqqaf il- Fudning Unit biex joffri informazzjoni, assistenza u sapport lil kunsilli lokali u NGOs fuq diversi aspetti relatati ma’ opportunitajiet ta’ fondi tal-UE. Permezz ta’ dan il-unit, il-MEUSAC jassisti wkoll lil intrapriżi privati billi tingħata informazzjoni fuq il-fondi tal-UE. Il-MEUSAC jiffoka fuq l-assistenza li tingħata lill-kunsilli lokali, partikolarment kif dawn jiġu mgħarrfa fuq il-fondi tal-UE. Fil-fatt il-MEUSAC jassisti lill-kunsilli lokali b’diversi mezzi fosthom: • Laqgħat organizzati direttament mal-kunsilli lokali kkonċernati; • Funding Alerts u artikli li jintbagħtu mis-sit elettroniku Funding360.eu - Dawn jintbagħtu lit-68 Kunsill Lokali f’Malta u f’Għawdex. L-artikli jintbagħtu darba fix-xahar, filwaqt li l-alerts jintbagħtu darba kull gimagħtejn. L-informazzjoni li tintbagħat tikkonċerna tagħrif fuq sejħiet ġodda, informazzjoni fuq organizzazzjonijiet mill-pajjiżi tal-UE li jkunu qegħdin ifittxu project partners minn Malta, informazzjoni fuq programmi ta’ fondi tal-UE u kif ukoll informazzjoni fuq taħriġ li ser ikun qed jiġi organizzat biex wieħed jikseb iktar għajnuna jew informazzjoni fuq dawn il-fondi. • Jintbagħtu e-mails b’informazzjoni fuq sejħiet ġodda tal-fondi tal-UE lil kull kunsill lokali fuq l-indirizz tal-email tal-kunsill. • Jiġu organizzati aessjonijiet ta’ taħriġ u informazzjoni speċifikament għall-kunsilli lokali. • Pubblikazzjonijiet tal-MEUSAC li jintbagħtu lill-kunsilli lokali jew li jkunu jistgħu jinġabru mill-uffiċċju tal-MEUSAC. • ‘Customer Care Help Desk’ fil-MEUSAC fuq mistoqsijiet dwar il-fondi tal-UE. • MEUSAC News, li hu fuljett imqassam kull ġimagħtejn f’gazzetta lokali. F’dan il-fuljett wieħed ikun jista’ jsib artikli b’informazzjoni fuq il-fondi tal-UE. • Parteċipazzjoni minn uffiċjali tal-MEUSAC għal laqgħat li għalihom jkunu mistiedna kunsilli lokali biex dawn l-uffiċjali jitkellmu dwar s-servizzi li joffri l-MEUSAC . • Kollaborazzjoni mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex il-MEUSAC jippromwovi xi sejħiet partikolari.

PBS — Kap tal-Isport - pakkett ta' remunarazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-pakkett ta' remunarazzjoni li jgawdi l-Kap tal-Isport tal-Public Broadcasting Services?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Isport Section tal-PBS taqa’ taħt il-Manager News u jieħu ħsiebha wieħed mill-Koordinaturi. Ir-remunerazzjoni bażika hija skont il-Ftehim Kollettiv, però tinkludi wkoll numru ta’ allowances. It-total tal-pakkett kollu huwa ta’ €35,000 fis-sena.
Leg 11 PQ #32509 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Ewropea — operational programme

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-operational programme li Malta kienet issottomettiet lill-Kummissjoni Ewropea qabel il-perjodu finanzjarju 2007-2013 kienx rivedut matul il-perjodu ta' implimentazzjoni? Jekk dan il-programm kien rivedut, jista' jgħid liema aspetti kienu riveduti u jekk it-tibdil li seta' sar kellux impatt fuq il-fondi totali allokati jew il-fondi kif imqassma fuq id-diversi assi ta' proprjetà?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In vista li hemm diversi Operational Programmes sottomessi għall-Perjodu Finanzjarju 2007-2013, nitlob l-Onorevoli Interpellant li jindika għal liema minnhom qed jirreferi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Skema relatata ma' maħfra ta' VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-iskema ta' maħfra jew ammortizzar ta' multi, imgħaxijiet eċċ. relatati mal-VAT? Veru li din l-iskema se tiġi estiża?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-VAT ikun f’pożizzjoni li jagħti ċifra ta’ kemm persuni applikaw għal din l-iskema wara l-15 ta’ Marzu 2012 għaliex persuni eliġibbli għandhom sa dik il-ġurnata sabiex jagħmlu l-pagament dovut. M’hemmx ħsieb li din l-iskema tiġi estiża.

Liġi tal-Kera — informazzjoni

Question

B'referenza għal-liġi tal-kera, Att Nru X tal-2009 fejn hemm ir-rekwiżit li individwu li jkun jixtieq ikompli l-kera wara l-mewt tal-kerrej skont 1531G (a) dak l-individwu għandu jkun suġġett għall-eżami tal-mezzi (means test) sabiex wieħed ikun jista' jistabbilixxi jekk tkunx teżisti ħtieġa soċjali jekk dik il-kera tkomplix jew le, jista' l-Ministru jgħid għalfejn dan ir-rekwiżit qatt ma kien inforzat u l-linji gwida għall-eżami tal-mezzi qatt ma kienu ppubblikati?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-linji gwida gew fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010 permezz ta’ Avviż Legali 463 tal-2011, u ġew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta’ Novembru 2011.

Każ fuq housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament għadu mhux solvut meta dan, xhur ilu, kien ħa l-karti rikjesti kollha lill-Awtorità tad-Djar?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar laqgħet it-talba tal-aħwa li għalihom qegħda issir referenza sabiex jiġu rikonoxxuti bħala l-inkwilini legali tal-fond minflok ommhom li ġiet nieqsa. L-Awtorità tad-Djar bagħtet ¿ewġ ittri datati 13 u 27 ta’ Frar , 2012 lil dawn l-aħwa sabiex jiġu fit-taqsima tal-Customer Care tal-Awtorità u jimlew applikazzjoni sabiex ikun jista’ jsir il-kuntratt ta’ kirja. S’issa dawn għadhom ma gewx u għalhekk il-kuntratt tal-kirja ma jistax jigi finalizzat magħhom.

immigranti irregolari li ġew espatrijati lejn l-Irlanda

Question

B'referenza għaċ-ċirka 15-il immigrant irregolari li f'Diċembru li għadda ġew espatrijati lejn l-Irlanda, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra taħt liema kundizzjonijiet dawn ġew espatrijati, senjatament x'kienu l-obbligi kemm tal-Irlanda u kemm ta' pajjiżna f'dan il-ftehim ta' espatrijazzjoni? Minn dakinhar sal-lum l-Irlanda baqgħet tforni lil pajjiżna b'informazzjoni dwar dawn l-immigranti u jekk ġewx assorbiti u integrati fis-soċjetà u fis-soċjetà lavorattiva (workforce) Irlandiża?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fit-13 ta’ Diċembru 2011, 10 persuni bi protezzjoni ġew rilokati l-Irlanda. Dan kien it-twettiq tal-impenn li ħadet l-Irlanda is-sena li għaddiet bħala għajnuna lil Malta f’dan il-qasam. L-Irlanda kienet wettqet eżerċizzju simili fl-2007, meta dakinhar ukoll kienet rilokat għaxar persuni. M’hemm l-ebda obbligi partikolari, ħlief dawk mistennija fid-dawl ta’ rilokazzjoni, jiġifieri t-trasferiment ta’ persuna bi protezzjoni minn Stat Membru għal ieħor. L-Irlanda ma baqgħetx iżżomm l-awtoritajiet Maltin infurmati fuq is-sitwazzjoni tal-immigranti, u ma kenitx mistennija li tagħmel dan, anki għaliex il-persuni rilokati issa jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tagħha. Madanakollu, il-persuni rilokati kienu mistennija li ser jattendu lezzjonijiet tal-lingwa fl-ewwel ġimgħat wara l-wasla tagħhom.