Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — informazzjoni dwar il-popolazzjoni tal-priġunieri

Question

Jista' l-Minsitru jgħid x'kienet il-popolazzjoni tal-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-aħħar tax-xahar ta' Jannar, tas-sena korrenti 2012? Kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kienu qed iservu sentenza effettiva ta' priġunerija u kemm kienu taħt arrest preventiv?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta’ Kordin fil-31 ta’Jannar 2012 kien ta’ 564. Dawn kienu maqsumin kif gej: Irġiel Sentenzjati 383 Irġiel Arrestati 143 Nisa Sentenzjati 30 Nisa Arrestati 8

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-complement ta' staff fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-aħħar ta' Jannar 2012? Kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kif inhu maqsum dan il-complement grad bi grad?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-complement tal-istaff fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin fil-31 ta’Jannar 2012 kien kif indikat hawn taħt:- Infurmat ukoll illi hemm 16-il kuntistabbli tal-Pulizija mislufin mal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

priġunieri — użu ta' internet mhux awtorizzat

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm-il priġunier fil-Ħabs Ċivili inqabad jagħmel użu mhux awtorizzat mis-servizz tal-internet għaż-żmien mill-w2008 sal-2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-2008 u l-2011 instabu 8 priġunieri jagħmlu użu minn servizz tal-internet permezz ta' internet keys. Dawn instabu kif jidher hawn taħt:- 2008 xejn 2009 1 2010 4 2011 3

priġunieri — użu ta' mobile phone mhux awtorizzat

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm priġunieri tal-Ħabs Ċivili, inqabdu jagħmlu użu mhux awtorizzat minn mobile phone għas-snin 2008 sal-2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' priġunieri li instabu jagħmlu użu mhux awtorizzat minn mobile phones bejn l-2008 u l-2011 fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- 2008 38 2009 40 2010 53 2011 41
Leg 11 PQ #32431 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

persuni impjegati maċ-Ċivil u mal-awtoritajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31833 u jinforma lil din il-Kamra kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil tul ix-xahar ta' Jannar 2012 u f'liema gradi saru tali impjiegi? Kemm ġew impjegati persuni mal-awtoritajiet governattivi tul ix-xahar ta' Jannar 2012 u f'liema gradi saru tali impjiegi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul Jannar ta’ din is-sena, 255 persuna temmew l-impjieg tagħhom mal-Amministrazzjoni Pubblika (150 impjegat tas-Servizz Pubbliku u 105 impjegat tas-Settur Pubbliku). Matul l-istess xahar ġew impjegati 235 persuna mal-Amministrazzjoni Pubblika (152 impjegat tas-Servizz Pubbliku u 83 impjegat tas-Settur Pubbliku). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-gradi u l-pożizzjonijiet li fihom ġew impjegati dawn il-persuni.

Marsa — toqba li hemm quddiem il-knisja

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex toqba li saret quddiem il-Knisja tal-Parroċċa tat-Trinità fil-Marsa tkun magħluqa sabiex ma jibqax l-inkonvenjent li hemm bħalissa u li jidher li minħabba dan l-inkonvenjent qed jinħolqu diffikultajiet lil dawk li jkunu jridu jgħaddu mill-pjazza jew jidħlu fil-Knisja waqt funerali jew tiġijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-inkonvenjent li semma l-Onor. Interpellant tneħħa.

Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — nefqa tal-karnival

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għall-attività tal-karnival din is-sena? Tista' din l-informazzjoni tkun tirrifletti n-nefqa kollha li saret u r-risposta tkun tinkludi lil min sar il-ħlas?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-budget għall-attività li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet ta’ €10,000 li żdiedu mal-€2,000 li l-Kunsill ingħata mill-iskema tal-fondi għall-attivitajiet kulturali, maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Infurmat ukoll illi l-Kunsill Lokali sa issa nefaq is-somma ta’ €10,974. Għal din l-attivita nġabru wkoll numru ta’ sponsorships li se jkopru parti mill-ispejjeż. Sa issa €5,000 minn dawn l-ammonti diġa' ġew koperti permezz tal-imsemmija sponsors mis-settur privat.

Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — pubblikazzjoni ta' ktieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ (Malta) għall-pubblikazzjoni tal-ktieb Citta Rohan? Kemm kien il-budget li l-kunsill kien ħaseb għalih meta kien iddeċieda li ssir il-pubblikazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ispiża tal-ktieb li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant hija ta’ madwar €10,000. Madankollu nfurmat li l-Kunsill ħa deċiżjoni li għas-sena 2012 l-ispejjeż ta’ dan il-ktieb u l-magazines tal-Kunsill se jkunu kollha koperti minn sponsors jew riklami minn kumpaniji tas-settur privat. Infurmat ukoll illi l-Kunsill diġa' ġabar numru ta’ reklami/sponsors konsiderevoli u qiegħed jistma’ li ma jkollu l-ebda spejjeż.

Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — nefqa fuq attivitajiet ta' ġemellaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa li għamel il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ fl-attivitajiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-ġemellaġġ li l-kunsill għamel mal-komunità ta' Acireale?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ma għamel l-ebda ġemellaġġ mal-Comune ta’ Acireale, iżda ffirma ftehim ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ lokalitajiet. Fid-dawl ta’ dan il-ftehim, il-Kunsill kien mistieden itella’ delegazzjoni ta’ sittin bandist sabiex jipparteċipaw fil-ftuħ tal-Karnival ta’ Acireale. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ, permezz tal-ftehim bejn iż-żewġ maħat, kiseb sponsorship ta’ €12,275 li permezz tiegħu tħallsu direttament l-akkomodazzjoni u t-trasport tal-bandisti bir-riżultat li l-Kunsill ma kellu jħallas xejn għal dawn l-ispejjeż. Infurmat ukoll illi permezz ta’ ftehim ma’ kumpanija Maltija mis-settur privat, il-Kunsill laħaq ukoll arranġamenti sabiex l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-bandisti jkunu waivered u l-Kunsill iħallas biss il- port charges tal- catamaran , li jammontaw għal madwar 960 ewro. Il-bqija l-Kunsill kull ma ħallas kienu l-ispejjeż tad-delegazzjoni tal-Kunsill bħal ma jagħmel is-soltu kull meta xi kunsillieri jsiefru fuq xogħol tal-Kunsill. Inżid ukoll li l-Kunsill Lokali fetaħ din iż-żjara wkoll għall-akkumpanjaturi ta’ dawn il-bandisti, iżda kwalunkwe persuna mhux parti mid-delegazzjoni tal-Kunsill jew mill-grupp tal-bandisti kellu jħallas għall-ispejjeż tiegħu.

Kunsill Lokali tal-Birgu — direct orders

Question

Jista' l-Minsitru jgħid fl-2010, 2011 u f'dawn l-ewwel xhur tas-sena 2012, kemm-il direct order sar mill-Kunsill Lokali tal-Birgu u lil min sar dan il-ħlas?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Birgu ma tax Direct Orders fil-perijodu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi dan il-Kunsill dejjem talab kwotazzjonijiet kif tippermetti l-Liġi.
Leg 11 PQ #32464 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — persuni fir-Residenza Sant'Anna u fil-geriatric ward

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni fir-Residenza Sant'Anna u fil-geriatric ward tal-irġiel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fir-Residenza Sant'Anna hemm wieħed u tmenin (81) residenta u fil-Geriatric Ward tal-irġiel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm tmienja u tletin (38) resident.

CDAU — waiting list

Question

Jista' l-Minsitru jgħid x'miżuri qed jittieħdu fis-CDAU sabiex titnaqqas il-waiting list ta' tfal li qed jistennew biex jiġu assessed?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fiċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU) hemm waiting list tas-Servizzi tal-Occupational Therapy u Psychology. M’hemmx waiting list fis-servizzi tal-Medical Nursing u Speech Therapy. Biex titnaqqas il-waiting list, il-Gvern qiegħed jagħmel outsourcing ta’ parti mis-servizzi tal-Occupational Therapy u Psychology. Fil-fatt l-outsourcing tal-Occupational Therapy diġà beda u s-servizzi tas-Psychology qiegħed fil-proċess tal-adjudication.

Furjana — Triq l-Argotti - xogħol fuq it-tielet binja

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol fuq it-tielet binja fi Triq l-Argotti l-Furjana?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, bi tweġiba għall-mistoqsija tiegħu, illi x-xogħol fuq Block C huwa lest. Il-kuntratt għall-istallazzjoni tal-lift jibda fit-12 ta’ Marzu, 2012, u jagħlaq fit-18 ta’ Ġunju, 2012.

children's allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' koppja miżżewġa u separati, l-allowance tat-tfal dejjem tibbenefika minnu l-omm? Jekk le, f'kemm-il każ jirriżulta mod ieħor?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ ta' persuni miżżewwġa l-allowance tat-tfal dejjem titħallas lill-omm, F’każ ta persuni separati id-dipartiment jimxi ma dak li tiddetta l-Qorti jiġifieri: 1. l-allowance tat-tfal titħallas lil min ikollu l-kura u l-kustodja (jista' jkun kemm ir-raġel kif ukoll il-mara) 2. fejn il-kura u l-kustodja tkun konġunta iż-żewġ partijiet jistgħu japplikaw għal rashom u jieħdu nofs dak li jkun dovut lilhom skont id-dħul dikjarat, jew 3. fejn il-kura u l-kustodja tkun konġunta, u wieħed mill-ġenituri jaċċetta li l-allowance tat-tfal tieħdu l-parti l-oħra, id-dipartiment jimxi skont dik ix-xewqa tal-ġenituri u l-allowance titħallas lil dak il-ġenitur indikat. F’każi fejn tkun inħarġet Care Order jitħallas Foster Care Allowance lil foster parents indikati. F’dawn il-każi normalment l-allowance titħallas ukoll lil mara. Fejn it-tfal jkunu f’Istitut, l-allowance jitħallas lil Istitut.

Valletta — Spiżerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema data fl-2010, 2011 u 2012 ingħatat liċenzja lil Chemimart Ltd biex topera spiżerija mill-fond 20/21 Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Awtorità dwar il-Liċenzjar ma ħarġet l-ebda liċenzja lil Chemimart Ltd fuq il-fond 20-21 Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.

Wied il-Għajn — Family park

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-bini ta' family park f'Wied il-Għajn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-family park huwa maqsum f'erba’ partijiet, li huma: · Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi · Il- leisure area · Il- watercourse area ma’ ġenb l-Inspire, u · Il-parti ċentrali tal-Park li hija r-reabilitazzjoni tal-miżbla l-antika Il-bini taċ-Ċentru tal-Viżitaturi u parkeġġ tlestew u qed isiru xogħlijiet ta' attrezzar u sala għall-esibizzjonijiet li qed tiġi attrezzata. Inbeda u għaddej xogħol ukoll fuq il- leisure area u l- watercourse area , filwaqt li fix-xhur li ġejjin, mistenni jinbeda wkoll ix-xogħol fuq il-parti ċentrali tal-Park.

talba għal bdil fir-rotot

Question

Peress li ħafna ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta jużaw it-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jara jekk il-kumpanija Arriva tistax tikkonsidra li jew ir-rotta 81 tasal sal-power station ta' Delimara jew tiżdied il-frekwenza tar-rotta 206 anke billi din tal-aħħar ma tibqax tgħaddi ukoll mill-Isptar Mater Dei?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li preżentament l-inħawi ta’ Delimara huma moqdija b’żewġ rotot li huma r-rotta 119 bi frekwenza ta’ kull 60 minuta u r-rotta 206 bi frekwenza ta’ kull 90 minuta. Dawn huma servizzi li huma b'mod sinifikanti aħjar mis-servizzi li kien hemm fl-antik. Permezz tar-Rotta 119 li tgħaddi mill-lokalitajiet ta’ Birżebbuġa, Marsaxlokk, iż-Żejtun u Marsaskala, passiġġieri jistgħu faċilment jibdlu r-rotta sabiex imorru lejn il-Belt Valletta, Mater Dei jew l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Bir-Rotta 206, minbarra li tieqaf ġewwa l-Isptar Mater Dei tieqaf ukoll fil-Park and Ride tal-Marsa minn fejn il-passiġġieri jistgħu jirkbu numru ta’ rotot li jeħduhom f’diversi lokalitajiet fosthom Pembroke, ix-Xgħajra, Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, San Ġiljan u Buġibba. Ninsab infurmat li għalkemm ittieħdet nota tas-suġġeriment tiegħu, Transport Malta fil-preżent mhix qed tara l-ħtieġa sabiex jiġu modifikati dawn ir-rotot.

Drenaġġ f'Wied is-Sewda Ħal-Qormi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex ma jibqax jigi flushed ilma tad-drenaġġ f'Wied is-Sewda f'Ħal Qormi li kull darba joħloq riskji u problemi lir-residenti li jgħixu fi Triq il-Wied f'Hal Qormi u l-madwar u lil dawk kollha li jgħaddu minn dawn it-toroq? Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jigi flushed l-ilma tad-drenagg f'Wied is-Sewda? Jista' jgħid x'inhuma l-effetti ambjentali fuq il-wied kawża ta' dan l-ilma tad-drenaġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn ispezzjoni li saret f’Wied is-Sewda fejn hemm numru ta’ lqugħ li jżommu l-ilma tax-xita warajhom minn uffiċjali ta’ dan il-Ministeru, għalkemm kien innotat li l-ilma maħżun jidher maħmuġ, ma jidhirx li hemm xi sbroff ta’ drenaġġ peress li m’hemmx sistema tad-drenagg ghaddejja fl-inħawi u lanqas ma jidher li hemm xi ilma ħiereg mill-irziezet li hemm fil-qrib. Madankollu qed isiru spezzjonijiet biex inkomplu nagħmlu moniteraġġ taż-żona.

Belt — spazju riservat għall-bejjiegħa tal-monti

Question

Jista' l-Ministru jara li meta jsir ir-restwar tal-Palazz fuq in-naħa ta' fuq ta' Triq il-Merkanti l-Belt, meta jsir l-iscaffolding, l-ispazju riservat għall-bejjiegħa tal-monti jiġi estiż 'il fuq minn Triq it-Teatru u mhux 'l isfel minn Triq l-Arċisqof?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat