organizzazzjonijiet li kienu se jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema kienu l-organizzazzjonijiet li kienu se jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja bħala parti mill-allokazzjoni tal-2012 u li jiffurmaw parti mill-vot: 5070 Programmes and Initiatives : Support to voluntary organisations? Kemm kien l-ammont li talbu f’għajnuna dawn l-organizzazzjonijiet? Kemm kienu se jingħataw qabel id-deċiżjoni li jitnaqqsu l-fondi għal dan il-vot u kemm se jkunu qed jingħataw wara d-deċiżjoni li ħa l-Gvern dwar it-tnaqqis?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija f’mistoqsija parlamentari 32395.
Dan il-fond fis-sena 2011 kien ta’ €2,420,000. Fil-Budget għas-sena 2012, ġew invvutati €2,920,000 fil-vot 5070 Programmes and Initiatives; Support to Voluntary Organisations. Dan tnaqqas b’€100,000. Għalhekk il-fond ghal 2012 huwa ta’ €400,000 aktar mill-2011.
Il-Kumitat ma kienx għadu alloka l-fondi qabel il-fond ġie rivedut u għalhekk ħadem mill-ewwel fuq l-ammont ta’ €2,8miljun.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-service charge għall-industrija daħlitx fis-seħħ jew le? Jekk fl-affermattiv, kemm hija s-service charge u minn meta daħlet fis-seħħ? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-industrial estates li ġew milquta? Kif qed taħdem din il-proċedura u x’inhu r-rwol tal-Malta Enterprise fit-tħaddim tagħha? Jista’ jgħid ukoll jekk inħarġux xi tenders u jekk fl-affermattiv kemm kienu dawk li tefgħu t-tender? Min ingħata dan jew dawn il-kuntratti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati self employed
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fil-preżent ma għandu persuna impjegata full-time li hi self-employed.
Għandu persuna pensjonanta waħda
self-employed
li tagħmel xogħol għal numru ta' sigħat fil-gimgħa fil-librerija tal-Ministeru.
Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — impjegati self employed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li qed jaħdmu bħala self-employed fid-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru huma :-
National Identity Management 2 Searches Complier
3 Data Inputters
1 Researcher
1 Binder
AWAS 3 Care Workers
2 Cleaners
1 Assistant Co-ordinator
CCF 1 Assistant Educational Co-ordinator
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — impjegati self employed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32247 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32245 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infumat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32243, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm mill-każijiet tressqu l-qorti? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kazijiet tneħħa mid-dar min kien qed iwettaq il-vjolenza?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qorti Kriminali ta’ Malta
Quddiem il-Qorti tal-Magistrati bħala Qorti ta’ Gudikatura Kriminali (Qorti tal-Familja), mill-1005 persuni li tressqu l-Qorti, 20 minnhom ġew ordnati jallontanaw mid-dar matrimonjali għal perjodu ta’ sitt (6) xhur, ai termini tal-artikolu 412C tal-Kodici Kriminali.
Qorti ta’ Ghawdex
Fil-Qorti ta’ Għawdex, fis-sena 2011, ma kellna ebda każ fejn persuna li tressqet il-qorti b’rapport ta’ vjolenza domestika tneħħiet mid-dar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32244 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm twieldu tfal lill-ommijiet ta' sittax-il sena u taħt dik l-età fis-sena 2011? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin l-ommijiet f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel id-domanda tagħha lill-Ministru responsabli mis-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita.
Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija għamlu l-kors tal-liġi fl-aħħar għaxar snin u kemm minn dawn għadhom fil-Korp? Jista' jgħid fiex jikkonsisti l-Legal Unit fi ħdan il-Korp?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp illi f'dawn l-aħħar 10 snin talbu għall-Qualification Allowance wara li gradwaw fil-kors tal-Liġi, kien ta' 15, fosthom 6 għahom membri fil-Korp tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna arrestata mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali (CID) talbet li tikkonsulta ma' avukat minn Frar 2010 sal-lum? Jsita' jgħid kemm minn dawn il-persuni tressqu l-Qorti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn Frar 2010 sa Frar ta’ din is-sena, kien hemm 1335 li pprevelaw mill-jedd għal parir legali qabel ġew interrogati mill-Pulizija ai termini tal-Art 355 AT tal-Kodiċi Kriminali. Tagħrif dwar kemm minn dawn il-persuni tressqu l-Qorti ma jinżammx taħt forma ta’ statistika u għalhekk għadu qed jinġabar u jinagħta f’seduta oħra.
vakanza fil-grad ta' Direttur ta' Servizzi Korrettivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw għas-sejħa biex timtela l-vakanza fil-grad ta' Direttur tas-Servizzi Korrettivi li nħarġet f'Diċembru 2010? Jista' jgħid għaliex l-istess proċess dam sejjer kważi sitt xhur?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sejħiet għal mili ta' vakanza fil-grad ta' Direttur ma jiġux ipproċessati minn dan il-Ministeru.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32128, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li ġew maħtura fuq it-Task Force msemmija fit-tweġiba?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri tat-Task Force imsemmija fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32128 kienu s-segwenti:-
is-Sur Louis Cilia, is-Sur Joe Gerada, is-Sur Oscar Grech, is-Sur George Zerafa, is-Sur Jesmond Camilleri u s-Sur Joseph St John.
*Ara PL 9366 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 455 nhar l-Erbgħa 7 ta' Marzu 2012.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi — persuni maħtura fuq il-bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ġew maħtura fuq il-bordijiet taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi? Jista' jgħid liema kriterji ta' għażla intużaw?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi qed jiġu kostitwiti, fil-fatt nhar l-Erbgħa 29 ta' Frar 2012 twaqqaf l-Offenders Assessment Board. Bħal ma japplika għal kull ħatra simili, l-persuni jintgħazlu abbażi ta' esperjenza professjonali, kwalifiċi u idonjeta għar-rwol li jkunu mitluba jesegwixxu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta hijiex tibbenefika minn xi roħs fl-airport charges imposti mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta? Jekk iva, minn meta ġew ridotti l-airport charges u b'kemm?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta ħarġet external calls għal xi vacancies partikolari? Jekk iva, jista' jgħid f'liema kategorija u x'inhi r-raġuni għaliex inħasset il-ħtieġa li tagħmel external call meta l-kumpanija tinsab f'proċess li bih qiegħda tnaqqas l-impjegati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'kien il-complement totali tal-Korp tal-Pulizija fl-aħħar ta' Jannar 2012? Kif kien imqassam dan il-complement grad grad? Kif kien imqassam dan il-complement bejn nisa u rġiel?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ Jannar ta’ din is-sena il-complement tal-Korp tal-Pulizija kien kif ġej:
Grad
Irġiel
Nisa
Kummissarju
1
-
Deputat Kummissarju
1
-
Assistant Kummissarju
8
-
Supretendent
23
2
Spettur
82
20
Surġent Maġġur 1 Klassi
1
-
Surġent Maġġur 2 Klassi
45
3
Surġent
276
53
Kuntistabbli
1139
260