Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsa — bus shelters fi Triq Diċembru 13

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma twaħħlux żewġt bus shelters fi Triq Diċembru 13 il-Marsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kumpanija li twaħħal dawn il-bus shelters staqsiet biex isiru xi aġġustamenti fil-post fejn dawn ix-shelters iridu jitwaħħlu. Dan il-post kien ippreparat qabel mill-kuntrattur tax-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ Triq Diċembru 13 u għaldaqstant il-kuntrattur intrabat li ser jesegwixxi dawn il-modifiki fil-jiem li ġejjin.

MCAST — applikazzjonijiet li waslu tard li ġew aċċettati

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm każijiet fl-aħħar erba' snin akkademiċi li studenti li applikaw tard għal xi kors fl-MCAST ġew aċċettati minħabba li ġew ikkunsidrati ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom? F'liema korsijiet u kemm f'kull kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-MCAST jagħmel ħiltu kollha biex fejn ikun loġistikament possibli, u sakemm l-applikanti jkollhom ir-rekwiżiti meħtieġa għall-kors li jkunu jixtiequ, ma jċaħħadx individwi milli jibdew l-istudji vokazzjonali tagħhom. Il-Kulleġġ iqis kull applikazzjoni fuq il-merti tagħha u jekk ikun possibli li studenti jibdew l-istudji tagħhom fil-kors li jkunu jixtiequ, jiġu offruti post fil-klassi anke jekk ikunu applikaw tard.
Leg 11 PQ #38062 Sitting 524 2012-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

NGOs — salarji miċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk xi rappreżentant ta' xi NGO bħal tal-Fondazzjoni Wirt Artna, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għall-Ambjent Aħjar eċċ. irċevux xi salarju miċ-Ċivil jew entitajiet oħra, taħt liema kapaċità u liema Ministeru jew entità joħroġ dan is-salarju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika jamministra skema li biha impjegati pubbliċi jistgħu jiġu rilaxxati fuq leave speċjali bi ħlas ma’ Organizzazzjonijiet Volontarji, bil-għan li dawn tal-aħħar itejbu l-kapaċità amministrattiva tagħhom u jissaħħu fl-implimentazzjoni ta’ proġetti u attivitajiet. Skont din l-iskema, l-impjegati rilaxxati jibqgħu jitħallsu mid-Dipartiment jew mill-Entità li jkunu ġew rilaxxati minnha. Bħalissa, mill-organizzazzjonijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, hemm impjegat pubbliku rilaxxat ma’ Din l-Art Ħelwa, minn mal-Water Services Corporation.

Restoration Unit — proprjetajiet restawrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il restawr sar mir-Restoration Unit fuq proprjetajiet tal-Fondazzjoni Wirt Artna u ta' Din l-Art Helwa u kemm hu l-valur ta' dan ir-restawr?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda restawr fuq propjetajiet tal-Fondazzjoni Wirt Artna u/jew Din l-Art Helwa, iżda sar xogħol fuq proprjetà li ġiet devoluta lil waħda minn dawn l-NGOs.

Good Causes Fund — Donazzjonjiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' donazzjonijiet li ngħataw lill-NGOs bħal Fondazzjoni Wirt Artna, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għall-Ambjent Aħjar eċċ. mill-2008 sal-lum mill-fondi tal-gvern bħal Good Causes Fund u minn dipartimenti, entitajiet u kumpaniji tal-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #38065 Sitting 524 2012-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

NGOs — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'fondi tal-Unjoni Ewropea ġew approvati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u OPPC li bbenefikaw minnhon NGOs bħall-Fondazzjoni Wirt Artna, Din L-Art Helwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar eċċ. mis-sena 2008 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega x’jixtieq ifisser bl-ittri OPPC.

MCAST — BTEC level 3 - ħlas tal-kors

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bħalissa l-MCAST hix tibgħat avviż lill-istudenti li qed jagħmlu kors BTEC level 3 li jridu jħallsu €350 għal dan il-kors? Tista' tgħid jekk hux veru li ngħataw deadline li jridu jhallsu din is-somma sa ċertu data? Meta hi din id-data? Tista' tgħid jekk l-istudenti ġewx imwissija li min ma jħallasx sa dik id-data ma jitħalliex ikompli l-kors? Tista' tgħid jekk hemmx studenti li ġew imwissija li jekk ma jħallsux is-somma fid-data mogħtija jeħlu multa ta' €50? X'se jiġri fil-każ ta' dawk il-familji li għandhom dħul ta' madwar €700 fix-xahar u żgur ma jistgħux jagħmlu ħlas ta' €350 f'salt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-bidu ta’ kull sena akkademika, l-MCAST iqassam il-formoli ta’ reġistrazzjoni lil dawk l-istudenti ġodda li jkunu bdew korsijiet tal-Kulleġġ akkreditati mill-BTEC. Il-ħlas ta’ din ir-reġistrazzjoni jvarja skont il-livell tal-kors magħżul. Skont ir-regolamenti tal-BTEC, din ir-reġistrazzjoni trid issir fi żmien stipulat minn qabel. Din is-sena, l-istudenti ngħataw sas-Sibt 17 ta’ Novembru biex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom. Dawk li jissottomettu l-applikazzjoni wara din id-data jintalbu jħallsu ħlas żejjed stipulat mill-BTEC flimkien ma’ ‘Late Penalty Fee’ ta’ €50. L-istudenti jiġu infurmati b’dawn il-miżati fl-istess formola li jingħataw fi żmien raġjonevoli qabel ma jiskadi ż-żmien tar-reġistrazzjoni. Infakkar li l-istudenti għandhom l-użu tas-Smart Card u jirċievu stipendju. Madankollu, studenti li jsibu diffikulta biex iħallsu dawn il-miżati tal-BTEC jistgħu jimlew formola apposta jitolbu li jingħataw l-appoġġ meħtieġ. Dawn it-talbiet jiġu kkunsidrati minn bord maħtur apposta li f’kull każ jagħti rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar għajnuna li jinħtieġ tingħata biex l-istudenti jkomplu bl-istudji tagħhom. L-MCAST jalloka somma ta’ flus kull sena biex jappoġġja lill-istudenti eliġibbli għal din l-għajnuna.
Leg 11 PQ #38084 Sitting 524 2012-11-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Triq ġdida quddiem il-Gozo Stadium — parking spaces

Question

Fir-rigward tat-triq li qed tinbena mill-ġdid quddiem il-Gozo Stadium, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm parking spaces qabel il-proġett (minħabba li l-wiesgħa tat-triq kien jippermetti parking fuq iż-żewġ naħat), u wara li jintemm il-proġett bi triq idjaq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36234.

Casino Dragonara — operaturi privata

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li intlaħaq mal-operaturi privati tal-Casino Dragonara dwar dan l-istess casino?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li peress li dan il-ftehim huwa ta' natura kummercjali d-dokument mitlub ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — pendenzi fil-pagamenti għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. Jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — pendenzi tal-pagamenti għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. Jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #38091 Sitting 524 2012-11-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Pendenzi f'pagamenti għal xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. Jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-pendenzi tal-pagamenti għal xogħlijiet sal-lum jammontaw globalment għal €15,863.09.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — pendenzi fil-pagamenti għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. Jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pagamenti pendenti jammontaw għal €39,348,692.00.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — pendenzi fil-pagamenti għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — pendenzi fil-pagamenti għal xogġlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. Jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċ-ċifra mitluba hija dik ta’ €225,578.91.

Prezzjiet tal-Mediċina Lyrica

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Lyrica li tittieħed minn pazjenti li jbgħatu minn bone density tingħata mill-gvern? Jista' l-Ministru jivverifika r-raġuni għala pilloli ta' 75g u ta 350g jibiegħu l-istess prezz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina Pregabalin (Lyrica) m'hijiex terapewtikament indikata għal persuni li jbatu minn problemi ta’ bone density. Din il-mediċina qegħda mniżżla fuq il-Formularju tal-Gvern u tingħata mingħajr ħlas skont il-protokol tal-Gvern, għall-pazjenti adulti li jbatu mill-kundizzjoni tal-epilepsija b’aċċessjonijiet parzjali bi jew mingħajr ġeneralizzazzjoni sekondarja, jew ikunu qed ibatu minn uġiegħ newropatiku minħabba nevralġija fin-nerv triġeminali. Il-pilloli tal-75mg u 350mg tal-mediċina Pregabalin jiġu mixtrija mill-Gvern bi prezz ugwali, wara li jinħadem il-Maximum Reference Price individwalment u sussegwentament jiġi ppublikat tender u jsiru l-offerti għaliħ. Il-fatt li l-prezz huwa ugwali għaż-żewġ dożi huwa simili għal-każijiet oħra fl-Istati Membri, skont l-eżerċizzju tal-External Reference Pricing.

Ċirkewwa Terminal — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37913 u jgħid b'kemm żmien ittardja il-proġett taċ-Ċirkewwa Terminal? Kemm kienet is-somma kuntratwali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett kurrenti taċ-Ċirkewwa terminal hu maħsub li ser jittardja b’xahar. Madankollu, it-terminal il-ġdid ser jibda jintuża fis-sena 2012. Is-somma kuntrattwali assoċċjata ma’ dan il-proġett sal-lum tammonta għal € 11,456,655.12.

Sky Parks Luqa Airport

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37910 u jgħid: a) kemm kien iż-żmien stipulat biex jitlesta dan il-proġett tal-Sky Parks Luqa Airport; b) ir-raġuni għaliex ma tlestiex fiż-żmien stipulat; ċ) kemm kienet l-istima jew l-kuntratt oriġinali; d) kemm sewa dan il-proġett; u e) għal liema raġuni mhuwiex qiegħed jintuża mill-Vodafone?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Talbiet pendenti għad-Djar tal-Anzjani tal-Mellieħa u tal-Imtarfa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet ta' anzjani li qed jistennew biex jidħlu fid-dar tal-anzjani tal-Imtarfa u f'dik tal-Mellieħa rispettivament? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-anzjani li qed jistennew biex jidħlu f'xi dar tal-anzjani jingħatawx xi preferenza jekk ikunu gejjin minn lokalità partikolari? Min liema lokalità huma dawk fil-waiting list?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċini li jidaħħlu f'Malta permezz tal-internet

Question

Billi riċentement ħarġu dikjarazzjonijiet li permezz tagħhom ġie indikat li ċertu mediċini li kienu qed jitneħħew mis-suq qatt ma ddaħħlu f'Malta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' kontroll fuq mediċini li jiddaħħluu fis-suq Malti permezz tal-internet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm qafas ta' regolamentazzjoni li jirregola il-prodotti mediċinali li jitpoġġew fuq is-suq permezz tal-katina ta’ provista awtorizzata biex b'hekk jiġu mħarsa l-konsumaturi li jixtru l-prodotti mediċinali mill-ispiżeriji. Ir-regolamentazzjoni tħares il-konsumatur mir-riskju ta' prodotti ffalsifikati u tgħin biex tiggarantixxi is-sigurta’ u l-kwalita' tal-prodotti. Hemm sistema ta' kontabilita' u b'hekk dawk il-prodotti li jkunu rrapurtati li ma humiex ta' kwalita’ tajba jinġabru minn fuq is-suq. Dan jiġri fil-katina ta’ provista kollha, sal-livell tal-ispiżeriji. Meta konsumatur qed jixtri prodotti minn fuq l-internet qed jaqbeż dawn is-salvagwardji kollha li toffri s-sistema regolatorja u għalhekk jkun qed jieħu r-responsabbilta’ assoluta tal-prodott mediċinali li jkun qed jixtri. Għalkemm legalment ma hemm xejn li jwaqqaf persuni milli jixtru prodotti mediċinali minn fuq l-internet, din il-prattika mhix rakommandata speċjalment jekk is-sors tax-xiri ma jkunx magħruf. Inħareġ fuljett ta' informazzjoni fuq ir-riskji tax-xiri tal-mediċini minn fuq l-internet u dan tqassam fid-djar, kien ħareġ artiklu fuq ir-revista l-Għażla kif ukoll saru diversi interventi fuq il-midja dwar dan is-suġġett. Meta konsumatur iġib prodott medicinali bil-posta u dan il-prodott jindunaw bih id-dwana, il-konsumatur jintalab riċetta tat-tabib. Din il-prattika, għalkemm tiżgura li il-persuna konċernata ingħatat parir professjonali dwar il-medicina mixtrija u tista' tilqa' għal xi abbużi, iżda ma tindirizzax każijiet ta' problemi ta' kwalita' fil-prodotti. Sa tiġi ppublikata liġi ġdida, konformi mad-direttivi Ewropej, li għandha l-għan li tnaqqas ir-riskji ta' prodotti ffalsifikati milli jsibu ruħhom fuq is-suq permezz tal-katina ta' provvista legali, u fost l-oħrajn din il-liġi se tibda tirregola ukoll l-ispiżeriji li huma ibbazati fil-pajjizi Ewropej li jbigħu l-mediċini minn fuq l-internet. Għaldaqstant il-parir tas-Sovintendenza tas-Saħħa Pubblika jibqa’ li ma għandomx jinxtraw medicini minn fuq l-internet.