Legislature:
Category:
Reset
Active:

informazzjoni dwar LSAs

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm learning support assistants jaħdmu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ngħarraf lill Onorevoli Interpellant li l-għadd ta’ impjegati li jaħdmu bħala learning support assistants fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi f’Malta u Għawdex hu ta’ 1456.

informazzjoni dwar LSAs

Question

Tista' l-Minisrtru tgħid jekk il-learning support assistants kollha għandhomx l-istess taħriġ biex jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Learning support assistants jaqaw taħt tliet kategoriji : 1. Supply Learning Support Assistant – 70 siegħa taħriġ + 140 siegħa practice placement 2. Learning Support Assistant I - 70 siegħa taħriġ + 140 siegħa practice placement + 140 siegħa taħriġ + 140 siegħa practice placement 3. Learning Support Assistant II – Diploma in Facilitating Education

żgħażagħ li fallew l-iskola għax kienu ma jifilħux

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm żgħażagħ li fallew l-iskola għaliex kienu ma jifilħux jew minħabba xi raġuni oħra u li kienu Form 4 u 5 matul is-sena 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

studenti li fallew sena skola

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm żgħażagħ li qatt ma marru l-iskola u allura fallew is-sena kollha matul is-sena 2011 fil-Forms 3, 4 u 5?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

każ fejn konsumatur ma rċeviex il-flus

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-konsumatur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li kellu jirċievi somma ta' €389.35 u għalkemm bagħat ittra, baqa' ma rċeva xejn?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-mistoqsija qed issir dwar bolol mħalsa żejda, din għanda issir lill-Ministru tal-Finanzi.
Leg 11 PQ #32083 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — tlestija taċ-ċentru

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-ċentru ta' Bormla minn fejn se jgħaddu l-purċissjonijiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, hux se jkunu lesti u dan kif suppost kien imwiegħed li jkun lest anke sal-festa tal-Immakulata fit-8 ta' Diċembru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru W532 f’seduta 450.

Bormla — tlestija taċ-ċentru

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċentru ta' Bormla minn fejn se jgħaddu l-purċissjonijiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, hux se jkunu lesti u dan kif suppost kien imwiegħed li jkun lest anke sal-festa tal-Immakulata fit-8 ta' Diċembru?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W533.

irranġar ta' sandy beaches

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan li kien sar fuq it-turiżmu meta l-Onor. Francis Zammit Dimech kien Ministru u fost il-proposti li kienu saru kien intqal li kull sena għandhom jiġu rranġati tliet sandy beaches? Jista' jgħid x’sar minn dan il-pjan?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta ħadmet fuq numru ta’ proposti għall-bajjiet ġodda jew beach replenishments fis-snin li għaddew. L-Awtorita’ tat-Turiżmu rnexxielha tlesti żewġ bajjiet dawk ta’ San Ġorġ u perched beach ġewwa Buġibba. Illum dawn huma Blue Flag Beaches, jiġifieri internazzjonalment konoxxuti li jirrispettaw l-aspett ekoloġiku filwaqt li joffru esperjenza lil min jużahom. Numru ta’ proġetti oħrajn ma setgħux jitkomplew minħabba li l-istudji wrew li l-impatt ekoloġiku ma kienx favorevoli. Bħalissa għaddejjin studji fuq il-Bajja tax-Xemxija. Il-politika tat-Turiżmu l-ġdida titkellem ukoll fuq il-ħtieġa li nużaw il-kosta kollha nkluż il-kosta fejn m’hemmx ramel. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Pjan mitlub mill-Onor Interpellant.

każ dwar telecare

Question

Jista’ l-Ministru jara li xi ħadd jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hi nieqsa mis-smiegħ u għandha xi problema fit-telecare, l-aktar fuq l-alarm u dan huwa każ urġenti għax hi ma tistax tikkomunika?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-sezzjoni tat-Telecare ġiet nfurmata mill-Kumpanija GO li m’hemmx ħsara fis-sistema tal-alarm tas-set tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant. Id-Dipartiment ħa ħsieb li tintbgħat persuna mill-GO fir-residenza tagħha li spjegatilha kif taħdem is-sistema biex b’hekk tifhem sew kif jaħdem is-servizz.

operazzjoni tal-irkoppa li ma saritx

Question

Jista' l-Ministru jara x'ġara mill-każ ta' anzjana li kellha tidħol l-isptar minħabba l-operazzjoni tal-irkoppa u ċemplulha u avżawha biex ma tmurx minħabba li kien hemm xi nuqqas ta' għodda? Jista' l-Ministru jara meta se jerġgħu jibagħtu għaliha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pazjenta li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għandha bżonn reviżjoni tal-irkoppa tax-xellug. It-testijiet tal-operazzjoni diġà saru u l-operazzjoni hija ppjanat li ssirilha fit-tielet ġimgħa ta’ Marzu.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — konsulenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm għandu konsulenti bħalissa l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin? Min huma, kemm qed jitħallsu u x’arranġamenti kuntrattwali għandhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Malta il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għandu konsulent lil Professur David Attard li qed fuq kuntratt ta' sena u jitħallas €11,646 kull sena.

informazzjonid war restawr ta' swar

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi u l-kumpaniji li qed jaħdmu fuq xogħol ta' restawr tas-swar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

każ ta' appunatemtn ta' anzjan

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li ngħatalu appuntament għas-27 ta' Awwissu, 2012 peress li jinsab muġugħ ħafna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħti iktar dettalji dwar il-każ tal-pazjent li qiegħed jirreferi għalih fil-Mistoqsija Parlamentali.

kwestjoni dwar ħlas ta' użu ta' sptar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31706 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intalbet tħallas mal-€1000 bħala spiża meta kienet rikoverata l-isptar? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti spjegazzjoni kif waslu għal dan l-ammont?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Ministeru ma jaf bl-ebda kontijiet li ntbgħatu lill-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, fuq trattament fl-isptar. Jekk hemm xi kontijiet li huwa rċieva, il-Ministeru qed jitlob biex jippreżentahom ħalli dawn jiġu iċċekjati.
Leg 11 PQ #32123 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

talba għaċ-children's allowance

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet it-talba għaċ-children's allowance tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Lista ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment f'din il-leġislatura sal-lum inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proprjetajiet li ngħataw b’encroachment f’din il-leġislatura sal-lum bid-dettalji mitluba. Madanakollu, fir-rigward tad-dettalji li huma ta’ natura personali jew kummerċjali, ma nsib l-ebda diffikulta sabiex ngħaddi din l-informazzjoni lill-Onorevoli Membru b’mod kunfidenzjali.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31626, 31505, 31160, 30944 u 30624 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Trasferiment ta' proprjetà

Question

B'referenza għall-aħħar regolazzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà li ġiet approvata mill-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti finali kollha li saru sal-lum?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-lista ta’ 15-il trasferiment ta’ proprjetà li ġew approvati mill-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu, s’issa ġew konklużi 5 trasferimenti, li kopja tal-kuntratt finali tagħhom qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kumplament tal-kuntratti jinsabu għand l-għaqdiet rispettivi sabiex ikunu approvati qabel ma jsir l-iffirmar tal-Kuntratt finali.

Każ dwar kont tal-ARMS Ltd

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, qatt ma kienet konnessa ma' dik il-cafeteria kummerċjalment la f’vesti ta’ sid, shareholder, direttur jew operatur? Minkejja li s-sinjur msemmi kemm-il darba ilmenta personalment dwar dan mal-ufficjali konċernati, talbuh biex jimla formola ta' reġistrazzjoni ta' bidla tal-konsumatur, meta hu qatt ma kellu x’jaqsam ma' dan il-post u minn fuq qalulu li kellu jħallas somma ta' €466 ukoll. Jista' jara li dan l-iżball amministrattiv jiġi rimedjat kemm jista' jkun malajr?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Leg 11 PQ #32206 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Xagħra - proġett tal-Qortin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jjwieġeb mistoqsija parlamentari 31804 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett għar-riabilitazzjoni, eċċ. tal-Qortin Xagħra Għawdex, Proġett Nru 118, iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li r-riabilitazzjoni, eċċ. tal-Qortin tifforma parti minn “Major Project ” kif miftiehem taħt l-Artiklu 39 tar-Regolament 1083/2006. F’dan il-każ qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, kopja tad-Deċiżjoni relevanti tal-Kummissjoni Ewropea, li hi d-Deċiżjoni Prinċipali li qed tapprova l-proġett. L-Implementation u Disbursement Schedule kif wieħed isib fil-Grant Agreements ta’ proġetti “normali” jiġifieri mhux “major” ma teżistix. F’dan ir-rigward, Anness II tad-Deċiżjoni tirrapreżenta l-pjan għall-fini ta’ “impenji finanzjarji” mill-baġit Ewopew. Minħabba li dan il-proġett ġie approvat fl-2010, l-impenji għas-snin ta’ qabel jiġu trasferiti awtomatikament għas-snin ta’ wara kif deskritt fl-Artiklu 94 ta’ l-istess Regolament. Fl-aħħar nixtieq nagħrraf li skont il-pjan ta’ WasteServ Malta Ltd. l- landfill imsemmija f’din il-mistoqsija hi mistennija li tkun lesta sas- sena 2013.