B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31813, tista’ l-Ministru tagħti l-istess informazzjoni dwar skejjel f’Malta, cioè tista’ tgħid kemm kien hemm studenti barranin fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011 fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Malta? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti u skont in-nazzjonalità tal-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31811 fejn irreferieni għal News Release 33/2012 li l-NSO ħarġet fis-16 ta’ Frar 2012; peress li l-NSO Press Release li rreferini għaliha ma tagħtix l-informazzjoni li jiena tlabt għal Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb għal dak li tlabt jien u cioè jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Diċembru 2010, fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-aħħar ċifri li għandna jirreferu għal Ġunju 2011.
L-investiment barrani għal Ġunju 2011 f’entitajiet li għandhom l-indirizz tagħhom f’Malta kien ta’ €12,380 miljun, filwaqt li għal dawk l-entitajiet li għandom l-indirizz tagħhom f’Għawdex, l-investiment barrani kien jammonta għal €6 miljuni. L-istess informazzjoni għall-aħħar ta’ Diċembru 2010 kienu €12,505 miljun u €3 miljun rispettivament.
Hija importanti li wieħed jinnota li dawn iċ-ċifri huma proviżorji u perjodikament ikunu aġġornati.
intrapriżi li ngħataw għajnuna mill-Malta Enterprise
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f’Għawdex separatament li ngħataw għajnuna mill-Malta Enterprise kull sena mill-1999 sal-2011 biex iwettqu attività ta’:
a) innovazzjoni teknoloġika;
b) innovazzjoni mhix teknoloġika; u
ċ) innovazzjoni sew teknoloġika kif ukoll innovazzjoni mhix teknoloġika?
Jista’ jgħid kemm kienet tammonta l-għajnuna li ngħatat f’kull każ? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-kumpanija għadhom joperaw illum? Kemm suppost qed iħaddmu nies illum u kemm fil-fatt qed iħaddmu? Jista’ jagħti dan it-tagħrif kollu għal Malta u għal Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-iskemi li kienu fis-seħħ qabel l-2009 kienu jaqgħu taħt il-Business Promotion Act, u għaldaqstant kienu ta’ natura aktar wiesgħa u jkopru kull tip ta’ investiment li jsir fil-qasam tal-manifattura, inkluż iżda mhux ristrett għall-investiment li jsir fuq proġetti ta’ innovazzjoni kemm teknoloġika kif ukoll mhux teknoloġika.
Meta daħal fis-seħħ il-
Malta Enterprise Act
setgħu jinħarġu ukoll skemi iktar speċifiċi fosthom biex iħeġġu aktar innovazzjoni mill-kumpaniji li joperaw f’Malta. Fost dawn, hemm l-iskema tal-Innovazzjoni ko-finanzjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), li għaliha bħalissa hemm sejħa miftuħa. Ir-riżultati tas-sejħiet preċedenti, li fihom kien hemm mas-60 kumpanija li bbenefikaw minn kważi €4.4 miljuni, huma pubbliċi u jinsabu ukoll fuq is-sit www.20millionforindustry.com. Minn dawn, mas-seba’ kumpaniji kienu minn Għawdex. Għall-informazzjoni dwar l-impjiegi ta’ dawn il-kumpaniji nitlob lill-Onorevoli Interpellant jistaqsi lill-entità responsabbli mill-impjiegi.
Ta’ min jgħid ukoll li minbarra l-iskema dwar l-Innovazzjoni il-Malta Enterprise tħaddem ukoll għadd ta’ skemi biex tħeġġeġ ir-riċerka u żvilupp, li ukoll jistgħu jitqiesu li qed iħeġġu lill-kumpaniji li joperaw f’pajjiżna jkunu aktar innovattivi. Fost oħrajn dawn jinkludu skema oħra ko-finanzjata mill-ERDF din id-darba mmirata għar-Riċerka u Żvilupp, l-iskema li tgħin lill-kumpaniji jieħdu sehem fi proġetti fil-qafas tan-network EUREKA u l-programm Eurostars, kif ukoll krediti ta’ taxxa għall-investiment li jsir fuq riċerka u żvilupp.
Jista' l-Ministru jara li jintbagħat il-kont tad-dawl u ilma lill-anzjan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li ilu ma jirċevih mis-sajf?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — pjanijiet differenti
Question
B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx xi pjan li huwa differenti minn dak tal-MDG's mill-5+5?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — Skala ta' nefqa
Question
B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx xi skala tan-nefqa totali li se tidħol għaliha Malta għal kull sena?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fejn jaħseb li huwa il-gwadann għall-Malta b'parteċipazzjoni b'dan ir-rwol?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Laqgħa dwar is-sigurtà tal-Ikel fil-Maghreb — fondi allokati
Question
B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk jaħsibx jekk dan hux bizzejjed u jekk hux beħsieb li jżid dan it-tip ta' parteċipazzjoni, b'fondi allokati jew f'xi forma oħra ta' għajnuna maħsuba biex dawn l-għanijiet li jinvolvu l-għajxien ta' 300 miljun ruħ jintlaqgħu?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — kelliem responsabbli għal dan l-iżvilupp
Question
B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, u b'referenza għall-fatt li jekk dawn l-għanijiet ma jintlaqgħux, pajjiżna jispiċċa jirċevi aktar immigranti illegali, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkunsidra li jinnomina kelliem min-naħa tal-Gvern speċifikament responsabbli li jikkordina dan l-iżvilupp importanti bejn pajjiżna u dawn il-pajjiżi u popli inkwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan li ġie preżentat mill-Maghreb biex jilħaq l-għanijiet tiegħu sal-2030?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex irressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar festini u riċivimenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31963 u jagħti breakdowns separati tal-infiq fuq diversi festini u riċevimenti li hu u/jew il-Ministeru tiegħu organizza matul din il-leġislatura fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' diversi proġetti infrastrutturali u/jew ambjentali madwar il-gżejjer Maltin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Family Friendly measures
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31881 u cioè: B’referenza għat-tweġiba li kien ta xi xhur ilu għall-mistoqsija parlamentari 25673, jista' l-Ministru jagħti kif kien mitlub fiha, it-tweġiba għall-mistoqsija (b), jiġifieri l-breakdown ta’ kemm kienu (dakinhar li ta t-tweġiba) l-ħaddiema fid-dipartimenti li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kienu qegħdin jibbenefikaw minn dawk il-miżuri msemmijin f’(a)? Dan qed jintalab għax huwa biss mill-Ministri ma kienx ta dan it-tagħrif mitlub.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se joħorġu grants fuq sistemi fotovoltajċi din is-sena fuq djar residenzjali? Jekk iva, meta? Jekk fl-affermattiv, l-ammont se jibqa' €3000?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern għadu qed jinvestiga l-possibilità ta’ skema ta’ grants fuq sistemi fotovoltaici fuq djar residenzjali soġġetta għad-disponibilità ta’ Fondi Ewropej.
Jista' l-Ministru jikkonferma b'mod kategoriku li m'hemm l-ebda loopholes li permezz tagħhom għadu qed isir xi forma ta' dumping fil-Magħtab jew fil-qrib? Il-landfill hija teknikament magħluqa jew kompletament fil-prattika wkoll?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Miżbla tal-Magħtab ġiet kompletament magħhluqa fl-2004. Dan sar f’konformità tal-impenji ta’ Malta ma’ l-Unjoni Ewropea.
Minn dak in-nhar l-iskart beda jintefa ġewwa l-engineered landfills ta’ Żwejra u ta’ l- Għallies. Dawn it-tnejn jinsabu mal-perimetru tal-miżbla tal-Magħtab. Tajjeb li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq partijiet tal-Magħtab bħalissa qed isir xoghol biex jiġi ppreparat capping layer b’ inert material li jifforma parti mill-proġett ta’ rejabilitazzjoni tal-istess post.
B’dispjaċir ninnota li l-Onorevoli Interpellant ma ħax l-opportunità li jżur l-Magħtab meta kienet orġaniżżata l-Open Day ħalli kien jara personalment dak li qed jiġri fuq is-sit.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-targets tal-Waste to Energy li kellhom jiġu ġġenerati sal-lum u kemm għadna 'l bogħod milli nilħquhom? Dan partikolarment meta l-peak production annual output tal-Enemalta huwa madwar 2300 GWh? X'inhuma l-pjanijiet immedjati tal-Gvern biex jiġġenera aktar enerġija mill-iskart matul din il-leġislatura?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-miri għall-enerġija ġġenerata mill-iskart huma kif stipulati fil-National Renewable Energy Action Plan.
Fis-sena 2011 l-enerġija ġġenerata mill-iskart kienet madwar 4.478 GWh-th bħala sħana u 1.581 GWh-el bħala elettriku. Fl- 2012 dawn il-figuri mistennija li jiżdiedu b’madwar 0.9GWH bħala sħana u 1.2 GWh oħra bħala elettriku. Dan se jseħħ permezz numru ta’ inizjattivi fosthom:
a) introduzjoni ta’ CHP’s li jiġġeneraw enerġija elettrika mill-
engineered landfills
b) Użu akbar ta’ enerġija termali permezz tal- proġett li ser jgħaddi sħana għall-pixxina ta’ l-Inspire
c) Żieda fil-ġenerazzjoni fl-impjant ta Sant’ Antnin hekk kif jitkompla l ottimizzar-tal-process.
Jista' l-Ministru jgħid kif kien ġie ffinanzjat l-proġett tal-boroz l-griżi? Inħarġu xi fondi pubbliċi għal dan l-għan? Jekk iva, kemm u lil min tħallsu? X'kien is-sehem tal-GRTU f'dan kollu? Kemm tħallset l-GRTU minħabba din l-iskema? Kemm tħallsu il-kolletturi nfushom? Kemm hemm verità f'rapporti li l-kolletturi tħallsu ferm inqas mill-GRTU innifisha? Kif sar il-pagament u kontra liema evidenza dokumentata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Peress li qabel ma bdiet topera s-servizz tat-trasport pubbliku l-Arriva, ir-residenti tal-Qasam tad-Djar fuq tal-Ħawli, Birgu kienu moqdija kull nofs siegħa sal-għaxra ta' filgħodu lejn il-Belt u kull siegħa matul il-jum kollu mill-Belt sal-Birgu, jikkunsidra l-Ministru li jagħmel rappreżentazzjoni mal-management tal-kumpanija biex terġa' tintroduċi dan is-servizz utli għaliex fin-nuqqas tiegħu, l-istess residenti, f'xemx tiżreġ tas-sajf jew f'jiem kiesħa xitwin u fix-xita jkollhom imorru bil-mixi sa Ħaż-Żabbar jew sa fejn kien it-terminus tal-Birgu, distanza ta' mil f'kull direzzjoni? Jaf il-Ministru li qabel il-karozzi bl-iskeda tat-trasport wara l-Ħawli kienu jgħaddu minn Verdala Bormla, liema servizz għadu jsir bla ma jgħaddi mill-Ħawli u għalhekk it-traġitt żejjed għall-kumpanija huwa minimu, imma essenzjali għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li preżentament mhux qed isiru tibdil fir-rotot sabiex jingħata ċans li s-servizz jistabbiliżża ruħu.
Madankollu, infurmat ukoll li Transport Malta hija konxja ta’ din it-talba u qed taħdem biex issib soluzzjoni u jingħata servizz f’din iż-żona.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum?
Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx
tender
jew
d
irect order
?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw minn Transport Malta lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum? Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx tender jew direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw lil kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum? Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' l-Ministru jispeċifika jekk kenitx tender jew direct order?