Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #32590 Sitting 455 2012-03-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 32230 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #32591 Sitting 455 2012-03-07 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

proposta biex jibdew jintużaw il-bandiera u l-innu Għawdxi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tagħha dwar il-proposta li f'kull attività uffiċjali li ssir f'Għawdex oltre l-preżenza tal-bandiera Maltija u tal-Unjoni Ewropea jkun hemm il-bandiera tar-reġjun t'Għawdex u kif ukoll li jindaqq l-innu tar-reġjun mal-innijiet uffiċjali ta' Malta u tal-Unjoni Ewropea b'mod formali u mhux biss b'mod informali jew okkażjonali kif qed isir bħalissa? Tenut kont li Għawdex huwa legalment reġjun distint, x'inhi l-pożizzjoni tagħha fuq din il-kwestjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent, m'hemm l-ebda ħsieb li jinbidlu l-arranġamenti eżistenti fir-rigward ta' attivitajiet uffiċjali li jsiru f'Għawdex.

ilment dwar ir-rotta X1

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk humiex se jittieħdu l-passi opportuni biex titnaqqas id-diffikultà tal-istudenti Għawdxin u anke qraba Għawdxin ta' pazjenti fl-Isptar Mater Dei li jkollhom jistennew ħafna ħin biex jaqbdu r-rotta X1 biex imorru ċ-Ċirkewwa, peress li l-X1 tgħaddi l-ajruport u ħafna drabi tkun mimlija sa meta tilħaq tasal sal-istage ta' ħdejn l-Università?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29934.
Leg 11 PQ #32593 Sitting 455 2012-03-07 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

ilment dwar ir-rotta X1

Question

Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra jekk humiex se jittieħdu l-passi opportuni biex titnaqqas id-diffikultà tal-istudenti Għawdxin u anke qraba Għawdxin ta' pazjenti fl-Isptar Mater Dei li jkollhom jistennew ħafna ħin biex jaqbdu r-rotta X1 biex imorru ċ-Ċirkewwa, peress li l-X1 tgħaddi l-ajruport u ħafna drabi tkun mimlija sa meta tilħaq tasal sal-istage ta' ħdejn l-Università ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

tfal li telqu mill-iskola qabel l-età ta' 16

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm żgħażagħ li telqu l-iskola qabel l-età ta' 16-il sena, jiġifieri kmieni, sabiex imorru jaħdmu matul is-sena 2011? Tista' tgħid kemm kellhom żmien dawn iż-żgħażagħ meta għamlu dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Raħal Ġdid u San Ġwann — Farmers Market

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew joperaw il-farmers market ta' Raħal Ġdid u San Ġwann? Jista' jgħid jekk dawk li applikaw biex jibdew jipparteċipaw f'dawn il-markets ġewx informati dwar x'se jiġri dwar dawn is-swieq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari 32347.

Bastimenti tas-sajjieda — Stallazzjoni ta' Electonic Log-book

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31188 u 29681 u ċioe: B'referenza għar-rapporti li dehru fl-istampa li s-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom qed jipprotestaw kontra l-introduzzjoni tal-electronic log-books fuq il-bastimenti tas-sajd tagħhom, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhi s-sitwazzjoni attwali? X'inhu n-numru ta' bastimenti li fihom ġie stallat dan l- electronic log-book s'issa? Kemm hu n-numru ta' bastimenti li fihom għadu ma ġiex stallat dan l-apparat? Sa meta hemm żmien biex jiġi stallat dan it-tagħmir? Jaħseb li sa din id-data s-sajjieda jkollhom żmien biżżejjed biex jottempraw ruħhom ma' dawn id-direttivi? Hemm xi penalitajiet li jistgħu jiġu imposti fuq dawk is-sajjieda li ma jistallawx dan l-apparat fil-ħin? X'inhuma dawn il-penalitajiet? Peress li s-sajjieda qed jgħidu li għandhom problemi biex iħaddmu dan l-apparat, x'taħriġ ingħataw jew se jingħataw dawn is-sajjieda biex ikunu f'pożizzjoni li jħaddmu dan l-apparat b'effiċjenza?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

każ ta' persuna li għandha saqajha amputata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31187 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u mistoqsija parlamentari 27403 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex persuna li għandha saqajha amputata għandha bżonn ċertifikat ta' tabib li jgħid dan, meta dan huwa fatt li jkun jidher u mhux qed nitkellmu fuq fatt li ma jidhirx, biex jintbagħat personnel apposta ħalli jgħin lil din il-persuna u din il-persuna ma jkollhiex titla' l-Evans Building fis-sular ta' fuq biex tagħmel il-passaport?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi preżentement il-proċedura hija li jekk persuna ma tistax tmur personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti minħabba raġunijiet ta’ saħħa jew mard, wieħed mill-qraba tagħha jista’ japplika f’isimha. Biex isir dan wieħed irid jibgħat l-Formola A, l-Image Capture Application Form, ritratti, l-passaport preżenti u l-Karta tal-Identita` u dan sabiex persuna jiġi kemm jista' jkun evitat lilha l-bżonn li tmur l-Evans Building. Ma' dawn id-dokumenti huwa rikjest li jintbagħat ċertifikat mediku (iffirmat mit-tabib tal-persuna) li jikkonferma l-kundizzjoni medika u r-raġuni għaliex il-persuna ma tistax tiġi personalment biex tapplika u tiġbor il-passaport. Il-persuna li se tapplika u tiġbor il-passaport tal-persuna li ma tkunx tista' toħroġ minn darha għandha wkoll tkun indikata fuq iċ-ċertifikat mediku. Persuna li se tissottometti l-applikazzjoni trid tieħu magħha wkoll il-Karta tal-Identita` tagħha. Iċ-ċertifikat mediku għalhekk qiegħed jiġi mitlub sabiex jindika dan kollu pero' invista ta' dan il-każ partikolari ser jiġi mistħarreġ jekk tistax tinstab sistema differenti li ma tagħtix lok ta' abbuż. L-Uffiċċju tal–Passaporti huwa konxju tal-problemi li ċerti individwi jista jkollhom sabiex jaċċessaw il-bini. Għalhekk qed isiru taħditiet mal-Kummmissjoni Nazzjonali għal Persuna b’Diżabilita (KNPD) u mal-entitajiet l-oħra li jużaw l-istess bini sabiex jinsabu mezzi ħalli tingħeleb din il-problema b’mod effettiv. Fil-fatt diġa' ġew imfassla xi pjanti f’dan is-sens. L-Uffiċċju tal-Passporti huwa ovvjament lest li jieħu azzjoni sabiex jiġi implimentat mingħajr dewmien dak li jiġi miftiehem mal- KNPD. Sakemm din il-kwistjoni tiġi solvuta, l-Uffiċċju tal-Passaporti qed jagħmel dak kollu li jista' sabiex persuni li jużaw siġġu bir-roti jew li ma jistgħux jitilgħu taraġ jinqdew xorta waħda.

Sigħat ta' servizzi fil-komunità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31173 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il ġimgħa jrid jistenna klijent wara li jiġi approvat lilu li jkollu persuna li tagħtih tant sigħat fil-ġimgħa ta’ servizz fil-komunità?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

B’referenza ghall-mistoqsija mill-Onor. Agius Decelis, it-twegibiet fuq is-servizzi offruti mill-Agenziji tal- Foundation for Social Welfare Services rigward kemm il-gimgha jridu jistennew klijenti wara li tiġi approvata lilhom li jkollhom persuna li tagħtihom tant sigħat fil-ġimgħa ta’ servizz fil-komunità jinstabu hawn taht; L-Agenzija Sedqa toffri tlett servizzi fil-komunita li ghalihom, d-dewmien sakemm jibda jinghata s-servizz mill-ewwel gurnata li jigu riferuti sa l-ewwel vista huwa ta; 1. Drugs Community Team: 2 working weeks ; Monday - Friday 2. Detox Out Patients: 4 - 5 working days ; Monday - Friday 3. Alcohol and Gambling Community Team: 1 working week Monday to Friday L-Agenzija Appoġġ, skont l-aħħar statistika, cioe’ sal-aħħar ta’ Jannar 2012, dwar il-lista ta’ nies li qegħdin jistennew is-servizz ta’ ħaddiema soċjali ġewwa s-servizzi komunitarji tal-Appoġġ huma dawn: Valletta Social Work – 26 Qawra Social Work – 9 Birkirkara Social Work – 36 Cottonera Social Work – 17 Id-dewmien biex jibdew jircievu servizz ta’ haddiem socjali jiddependi kemm fuq it-tip ta’ sitwazzjoni li tigi prezentata mill-persuna, kif ukoll, fuq l-ammont ta’ kazijiet li l-haddiem socjali jkollu dak iz-zmien. Meta s-servizz jircievi talba ghal-ghajnuna isir initial assessment tal-kaz, fejn il-haddiem socjali jigbor l-informazzjoni mehtiega biex ikollu stampa iktar cara tas-sitwazzjoni, u jkun jista’ jara liema prijorita’ jaghtih. Dawk il-kazijiet li jkunu diga lahqu livell ta’ krizi jibdew jircievu l-assistenza b’mod immedjat. Filwaqt li hemm kazijiet ohra li ma jkollhomx l-istess livell ta’ urgenza u ghalhekk jitpoggew fuq il- waiting list skond il-livell ta’ prijorita u meta l-haddiema socjali jkollhom l-possibilita’ jibdew jahdmu fuq il-kaz. Generalment, dan isir meta jkun ghalaq xi kaz . Darbtejn fis-sena, it-tim ta’ haddiema socjali jduru il- waiting list biex jirrevedu s-sitwazzjonijiet tal-persuni li qeghdin jistennew is-servizz u jirrevedu l-prijorita taghhom. Kull xahar, iduru l-lista ta’ nies li diga qeghdin jircievu s-servizz biex jaraw liema kazijiet jistghu jinghalqu. L-Aġenzija Sapport tevalwa kull sitwazzjoni li tigi approvata u dejjem isir sforz biex is-servizz jibda jiġi provdut mill-aktar fis possibbli billi taghmel l-ahjar uzu mir-riżorsi taghha biex taqdi lill-klijenti li jkollhom bzonn dan is-servizz. Meta l-klijent jibda jinghata dan is-servizz, dan jibqa ghaddej ghal snin peress li n-natura tal-bzonn hi tali. Minhabba f’hekk, is-sitwazzjonijiet rari li jinghalqu ghaldaqstant ma nkunux nistghu nibdew servizz gdid minghajr rizorsi godda. Sitwazzjonijiet li jirrikjedu servizz ta’ socjalizazzjoni huma l-aktar sitwazzjonijiet li jirrikjedu zmien biex jigu ndirizzati u dwar dawn l-Aġenzija Sapport qed tippjana u taħdem fuq servizz fi gruppi biex tkun tista’ tilħaq lil dawn il-klijenti wkoll. Fil-preżent in-numri ta’ persuni li qed jistennew biex jibdew jinghataw servizz huwa ta’ 24 u li fil-maġġoranza tagħhom ġew approvati s-servizz matul is-sena l-oħra u l-bzonn hu ta socjalizazzjoni. Fir-rigward tas-Servizz tal-Haddiema Socjali, id-dewmien biex jibdew jiehdu s-servizz jiddependi mill-bzonn tal-klijent. Meta jsir l-ewwel kuntatt mil-klijent li jkollu bzonn is-Servizz, is-sitwazzjoni tigi diskussa waqt laqgha ( team meeting ) li ssir kull gimgha fejn jigu diskussi is-sitwazzjonijiet li jkunu dahlu dik il-gimgha. Wara, l-haddiema socjali li tkun fuq intake taghmel l- initial assessment sabiex tara l-bzonn tal-individwu xi jkun. Il-kuntatt mill-haddiema socjali mal-persuna li jkolla bzonn is-servizz isir fi zmien gimgha li tkun ghamlet l-ewwel kuntatt. Wara l-ewwel kuntatt is-sitwazzjoni terga tigi diskussa waqt it- team meeting u jigi deciz jekk il-haddiem socjali tkomplix tahdem mal-persuna jew titpogga fuq waiting list . Meta l-persuna jkolla bzonn intervent li ma jiehux zmien il-haddiema socjali tkompli tahdem mal-persuni sakemm tilhaq il-bzonnijiet li jkollhom bzonn.

Flus ivvotati għall-Biċċerija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31189, jista' l-Ministru jagħti rendikont kemm tan-nefqa rikorrenti kif ukoll dik kapitali għall-istess snin imsemmija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Protezzjoni Ċivili — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-Protezzjoni Ċivili? Jekk iva, dawk li qed jaħdmu b'mod volontarju se jingħataw prijorità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li meta tinħass il-ħtieġa li jidħlu impjegati ġodda din issir permezz ta’ kriterji li joħorġu mal-istess sejħa għall-impjieg biex jiġi żgurat li ir-rekluti l-ġodda jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-dipartiment kif ukoll il-proċeduri bażiċi applikabbli li jirregolaw dawn is-sejħiet.

ħlas ta' bolol għal min kien jaħdem

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skema għal min kien jaħdem u kien jonqsu xi bolol biex ikun jista' jieħu l-penzjoni? Jekk iva, x'inhi din l-iskema? Xi jridu jagħmlu? Fejn iridu jmorru?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, dawn għandhom il-possibiltà li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li ma jkunux ġew imħallsa sa’ ħames snin b’lura qabel jitlħqu l-eta’ tal-pensjoni jew qabel ma japplikaw għall-pensjoni għall-irtirar. It-talba sabiex jitħallsu dawn il-kontribuzzjonijiet nieqsa għandha ssir lid-Direttur Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali u l-ħlas wara li joħroġ il-kont għandu jsir lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni. Persuni impjegati li jkollhom xi kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mhux imħallsu mill-imgħallem tagħhom jiġu mitluba mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex iġibu kopja tal-FS3 għas-sena jew snin li fihom hemm xi nuqqas ta’ ħlas sabiex isir ‘deeming’ tal-kontribuzzjonijiet nieqsa u għaldaqstant ma jitilfux id-dritt għall-benefiċċji kontributori dovuti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

Skema V — kartuna li għadha ma waslitx

Question

Jista' l-Ministru jara x'sar mill-Kartuna Skema V tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li għadha ma rċeviet xejn u dalwaqt trid iġġib il-mediċini?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li wara li ġie kkuntattjat il-pazjent li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant biex tiġi nvestigata l-problema, il-pazjent ikkonferma li ma kienx hemm problemi peress li l-permess li kien qed jistenna kien wasal bil-posta. Il-pazjent kellu wkoll kartuna safra f’idejħ u għalhekk ma kellux problemi biex jiġbor il-mediċini.

grad ta' persuna taħdem maċ-ċivil

Question

Jista' l-Ministru jara l-grad tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien chargehand mal-privat, ikollu dan il-grad miġjub fl-istess grad ma' impjegati tal-istess grad fiċ-ċivil u dan peress li qed iħoss li hu żvantaggjat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li l-persuna indikata għandha grad mal-gvern, u għaldaqstant jista’ jingħata grad mas-Servizz Pubbliku biss skont id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-Kostituzzjoni ta’ Malta.

voucher li għandu ma ntbagħatx

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raguni għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma rċevitx iċ-ċekk ta' darba tal-benefiċċju tal-enerġija li kien intbagħat xi sentejn ilu u dan għaliex hi bagħtitu lura għax kien fuq żewġha mejjet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #32126 Sitting 454 2012-03-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

membru tal-Forzi Armati li jkun għadda bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ex membru tal-Forzi Armati li jkun għadda bord tal-invalidità, ikunx intitolat għal xi żidiet li joħorġu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li hemm distinzjoni ċara bejn il-pensjoni tas-Servizz imħallsa mit-Teżor lill Ex Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li jkunu għaddew Bord minħabba kundizzjoni medika li ma tippermettix li jibqgħu iservu fl-Armata, u , l-Pensjoni tal-invalidità li taqa’ taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali. Il-pensjoni tas-Servizz hi maħduma fuq l-aħħar salarju pagabbli qabel it-tmiem mis-servizz u ma tiżdied qatt filwaqt li l-Pensjoni tal-invalidità, mħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tiżdied kull sena permezz tal-COLA.
Leg 11 PQ #32127 Sitting 454 2012-03-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

perusni li għandhom il-BA

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni li għandhom BA f'xi lingwa u qed jirreġistraw għax-xogħol? Tista' tgħid kemm hemm għal kull lingwa u kemm ilhom jirreġistraw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Testijiet ġenetiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm testijiet ġenetiċi intbagħtu barra fis-sena 2011? Kemm kienet l-ispiża totali ta' dawn it-testijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul is-sena 2011 intbagħtu 252 testijiet ġenetiċi barra minn Malta. Dawn ammontaw għal mijja u disa’ u għoxrin elf, mitejn u erbatax-il Ewro (€129,214).

Applikazzjoni għal dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' żewġt anzjani, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li jinsabu veru fi stat li jinġabru f'dar tal-anzjani fejn dawn applikaw imma jidher li qegħdin fil-lista ta' prijorità u li għandhom iċ-ċertifikati anke ta' psikjatra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mara u r-raġel li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant applikaw f’Jannar u fi Frar ta’ din is-sena rispettivament, għalhekk dawn l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu proċessati.

cruise liners li żaru lil Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm cruise liners żaru Għawdex kull xahar matul l-2011? X’inhuma l-ismijiet tagħhom? Kemm kien hemm passiġġieri fuqhom? Kemm minnhom niżlu l-art? Kemm cruise liners mistenni jżuru Għawdex xahar xahar matul l-2012? X’inhuma l-ismijiet tagħhom? Kemm jista’ jġorr passiġġieri kull wieħed minnhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.