Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għandu t-Telecare bil-ħsara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna ili qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ma kellhiex ħsara fit-telefon. Din il-persuna kellha kontijiet mal-GO mhux imħallsa u għalhekk is-servizz ta-telefon tagħha ġie sospiż. Jiena nfurmat li dawn il-kontijiet issa tħallsu u s-servizz ġie lura għan-normal fis-7 ta’ Novembru 2012.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li mill-isptar qallulha li se jagħmlulha MRI urġenti u għadha ma rċeviet xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant sarilha X-ray tal-irkoppa fl-Emergenza fit-17 ta’ Ottubru 2012, fis-2:21pm.
Ir-riżultat ta l-
X-ray
inħareġ fl-istess ġurnata.
Sal-ġurnata tal-lum m’hemmx appuntament għall-MRI. Ir-raġuni hi li l-ewwel jrid jsir appuntament ma konsulent fl-O
rthopaedic outpatients
. Hemm tigi eżaminata u jekk jkun hemm bżonn, issir talba għall-
MRI
mill-Konsulent jew tobba tiegħu.
L-appuntament għall-
Orthopaedic outpatient
qiegħed fid-9 ta’ Jannar 2013, fit-8.00 a.m.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li ilu jistenna servizz ta' soċjologu għal xhur sħaħ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ġiet ikkuntatjata il-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant u din il-persuna kkonfermat li qed tistenna s-servizz ta’ psikologu mhux soċjologu.
Bħalissa fiċ-
Child Guidance Clinic (CGC)
hemm lista ta’ stennija għat-terrapija mill-psikologi. Hemm żewġ tipi ta listi: dawk li qed jistennew terrapija urġenti u dawk li qed jistennew għall-terrapija li m’hijiex klassifikata urġenti.
Din il-persuna ġiet irreferuta għat-terrapija fl-10 ta’ Settembru 2012 mill-psikjatra.
Minħabba dawn il-listi ta’ stennija, ittieħdet id-deċisjoni li jiżdiedu tnejn u tletin (32) siegħa fil-ġimgħa ta’ servizz ta’ psikologi u
trainee psychologists,
mas-servizz professjonali li bħalissa qed jingħata f’din il-klinika. Huwa mistenni li dan jgħin fit-tnaqqis tal-lista ta’ stennija fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-miżura 1:2:3? Kemm kienu dawk l-applikazzjonijiet li intlagħqu favevoralment? Kien hemm xi appelli minn dawk l-applikanti li ma intgħażluz? Kemm saru appelli? Meta se joħroġ ir-riżultat ta' dawn l-appelli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess riesaq lejn tmiemu fejn huwa mistenni li r-riżultati se jkunu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin, mhuwiex prudenti li jinħarġu dettalji f’dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-inqas ammont ta' flus li ġew allokati fl-aħħar sejħa għall-miżura 123 u kemm kien l-iktar ammont?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-aħħar sejħa tal-Miżura 123, l-inqas ammont li ġie allokat kien ta’ €23,874.50 u l-ikbar ammont li ġie allokat kien ta’ €1,919,341.00.
Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta u tar-Rabat — operazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta operazzjonijiet se jibdew jinżammu ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta u tar-Rabat? Jista’ jgħid kemm huwa kkalkulat li meta dawn l-operazzjonijiet jibdew jseħħu kemm se jitnaqqas xogħol minn fuq l-emerġenza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-tip ta’ intervenzjonijiet ġewwa l-‘Minor Operation Room’ li se jibdew jinżammu ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, huma dawk l-interventi li huma klassifikati bħala minuri, skont id-definizzjoni tal-Hospital Category użata bħala kodiċi tal-kumplessita’ tal-operazzjonijiet / interventi.
B’hekk ser tiżdied il-kapaċita’ tas-sistema tas-saħħa fejn jidħlu dawn l-interventi, u jitnaqqas il-piż fuq l-Isptar Mater Dei.
Ma hemmx il-ħsieb li ssir ‘Minor Operating Room’ fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew isiru interventi ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta u Rabat u allura inqas xogħol jibda jmur ġewwa l-emerġenza tal-Isptar Mater Dei? Kemm se jonqos il-ħin li l-pazjenti qed jagħmel illum sabiex jiġu ikkurati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37856 rigward it-tip ta’ interventi li sejrin isiru u l-impatt fuq l-emerġenza tal-Isptar Mater Dei.
Dawn l-interventi sejrin jibdew iseħħu hekk kif jitlesta x-xogħol ta’
refurbishment
ġewwa iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta li hemm indikazzjoni għaliħ fir-risposta parlamentari numru 37467.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma ċ-ċentri tas-saħħa li se jiġu rinovati u iktar servizzi jibdew jinagħtaw minn ġewwa fihom? Jista’ jgħid il-pjan ta’ kemm se jdum ix-xogħol fuq kull ċentru tas-saħħa u meta dawn se jerġgħu jkunu miftuħa għall pubbliku tal-lokalitajiet tagħhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ċ-ċentri tas-saħħa li se jiġu jew li qed jiġu rrinovati huma dawk tal-Furjana, tal-Mosta u tar-Rabat.
Fil-każ tal-Furjana, ix-xogħol ta’ tisbieħ tlesta. Ix-xogħol fuq klinika gdida
Podiatric Vascular
sejjer jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Fil-każ tal-Mosta, ix-xogħol beda u sejra tinfetaħ ukoll
Minor Operating Room
. Dan apparti is-servizzi kollha li kienu jiġu offruti miċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta. Ix-xogħol huwa maħsub li sejjer ser jitlesta fis-sena 2013.
Fil-każ tar-Rabat, il-proġett ta' tisbieħ hu fi stadju avvanzat. Qed isiru ukoll pjanijiet biex jiżdiedu xi servizzi ġodda u x-xogħol hu maħsub li jibda fil-gimgħat li gejjin iżda dan għadu fi stat ta’ pjanar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jżid iktar ċentri tas-saħħa madwar Malta u Għawdex? Jekk iva liema postijiet se jiżdiedu dawn iċ-ċentri u x’servizzi se jkunu joffru? Jista’ jgħid meta dawn iċ-ċentri l-ġodda se jkunu joperaw u jservu lill-poplu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-dipartiment tas-Saħħa fil-Kura Primarja, għalkemm għandu ippjanati żewġ ċentri ġodda ġewwa San Ġiljan u Raħal Ġdid, dawn se jieħdu post dawk eżistenti tal-Gżira u ta’ Raħal Ġdid. B’hekk in-numru taċ-ċentri tas-saħħa sejjer jibqa l-istess.
Iż-żmien mitlub sabiex jitlestew il-proġetti jiddependu mill-eżitu ta’ proċessi tal-MEPA fiż-żewġ każijiet, u l-applikazzjoni għall-fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja fil-każ ta’ Raħal Ġdid.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 33332, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-carers li jaħdmu fid-djar residenzjali tal-privat attendewx xi kors partikolari biex ikunu jafu aħjar kif jaħdmu mar-residenti anzjani? Jekk iva, x’tip ta’ kors ta’ taħriġ huma attendew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat illi l-carers li jaħdmu fid-djar residenzjali tal-privat ikunu attendew xi forma ta taħriġ biex ikunu jafu aħjar kif jaħdmu mar-residenti anzjani. Dawn il-korsijiet huma varji u jinkludu korsijiet pprovvduti mil-MCAST, korsijiet organizzati minn kumpanija privata u xi taħriġ ieħor ipprovvdut fuq il-post tax-xogħol stess. Hemm ukoll carers illi huma ikkwalifikati bħala nursing aides u health assistants.
Ta’ min jgħid li l-Gvern jorganizza wkoll korsijiet ta’ taħriġ għall-
carers
li jkunu se jaħdmu bħala
carers
mal-anzjani.
Istituzzjonijiet post-sekondarji — programmi pathway għal żgħażagħ b'diżabilità
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 34580, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm tal-MCAST Pathway to Independent Living li jingħata lill-istudenti b’xi forma ta’ diżabilità intelletwali? Kemm kien hemm studenti li għaddew minn dan il-kors minn mindu beda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta jiskadi l-kuntratt li l-gvern għandu mal-kumpanija li tipprovdi s-saqajn għall-persuni li jkunu jeħtieġuhom? X’jisimha l-kumpanija li ħadet dan il-kuntratt u kemm ġiet imħallsa tul dan il-kuntratt? Jikkunsidra l-Ministru li meta jkun imiss li jiġi aġġudikat kuntratt ġdid l-għaqdiet li jinteressaw irwiehom mill-interessi tal-amputees ikunu kkonsultati bis-serjetà u involuti wkoll?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kuntratt tal-prosthetics li l-Gvern għandu bħal issa huwa mall-kumpanija RSL Ltd. u jiskadi fl-14 ta’ Diċembru 2012. Il-ħlasijiet li saru s’issa huma:
Sena
Ħlas
2010
€97,554.54
2011
€258,027.04
2012
€368,419.27
L-għaqdiet interessati kienu ikkonsultati kemm qabel il-ħruġ tat-tender kif ukoll waqt li t-tender kien qed ikun aġġudikat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess li jinsab post dinjituż u sura ta’ nies minn fejn l-amputees jingħataw servizz aħjar u mhux mill-post fejn jinsab fil-preżent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji sabiex l-Orthotic and Prosthetic Unit jiġi rilokat minn fejn jinsab bħalissa. Dan il-proċess jinkludi assessment ta’ numru ta’ postijiet alternattivi u idonji għall-pazjenti li jużaw dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37660, 36983 u 37255 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Settembru u Diċembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37659, 36981 u 37256 u jgħid kemm daħlu quddiem il-Korporazzjoni Enemalta, bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li l-klijenti tagħha sofrew minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-decizjoni tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37682 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-BioMalta Campus u x’kienet l-ispiża minfuqa biex sar dan ix-xogħol ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kuntratt għax-xogħlijiet, skavar u t-tneħħija ta’ l-asbestos issa ġie kważi konkluż u kull ma fadal huma xogħlijiet ta’ irfinar ta’ l-aħħar (snagging works). Ix-xogħlijiet relatati mal-bini ser jibdew immedjatament wara. S’issa ntefqu madwar €2.8m, VAT eskluża. Dan l-ammont ikopri s-servizzi ta’ project management u l-kuntratt tax-xogħlijiet, skavar u tneħħija ta’ l-asbestos li huma koperti mill-fondi ERDF, kif ukoll spejjeż relatati ma’ MEPA u preparazzjoni għall-elettriku li huma responsabbiltà tal-Malta Enterprise.