Legislature:
Category:
Reset
Active:

Università ta' Malta — PGCE fil-computing

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fis-sena akkademika l-ġdida, l-Università ta’ Malta hux tikkonsidra li toffri PGCE fil-computing?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università se tkompli toffri l-PGCE fil-Computing kif ilu jsir dawn l-aħħar 15-il sena.

ħrieqi mogħtija lill-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-kwalità ta’ ħrieqi (nappies) li qed jingħataw lill-persuni b’diżabilità peress li wasluli numru ta’ rapporti li dawk li qed jingħataw huma ta’ kwalità inferjuri minn dawk li kienu jingħataw qabel?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kwalità ta’ ħrieqi (nappies) li qed jingħataw lill-persuni b`diżabilità huma skont il-kriterji meħtieġa, u kif maħruġa mid-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Kumunità. Dan l-arranġament ser jibqa fis-seħħ sal-15 ta` Marzu 2012 peress li fis-16 ta’ Marzu 2012 il-kuntrattur se jinbidel.

Arblu tat-traffic lights imwaħħal f'nofs apertura ta' proprjetà privata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif Transport Malta iddeċidiet li twaħħal arblu tat-traffic lights fi Triq il-Ġdida f'Ħal Luqa f'nofs apertura fuq il-faċċata ta' proprjetà privata u li llum tintuża bħala Club ta' Luqa FC? Jista' jgħid x'passi se tieħu Transport Malta biex tikkoreġi din is-sitwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-post imsemmi fejn twaħħal l-arblu kien diskuss mal-kunsill lokali. Minn dak in-nhar 'l hawn, l-arblu nqala' u se jinstab post alternattiv ieħor għalih. Sal-lum għad ma' saret l-ebda komunikazzjoni min-naħa tal-kunsill lokali rigward il-post alternattiv.

Pilloli Concerta — ADHD

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Concerta li jingħataw lill-adoloxxenti li jbatu bl-ADHD mhux qed jingħataw b'xejn lill-ġenituri b'limitazzjonijiet finanzjarji?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina methylphenidate hydrochloride tinstab fil-Formularju tal-Gvern iżda mhux bid-ditta Concerta . Il-kundizzjoni ‘Disturbi Psikjatriċi Kroniċi li jibdew mit-Tfulija’ hija kundizzjoni li se tiġi ntrodotta uffiċjalment kif tidħol fis-seħħ ir-riforma ta’ Skeda V, jiġifieri mis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-Avviż Legali 81 tal-2012.

LSA maħtura wara l-eżami

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jinħatru l-Learning Support Assistants 1 wara l-eżami li sar f'Ġunju 2011 u li r-riżultati tiegħu ġew ippubblikati f'Lulju 2011? Tista' tgħid ukoll għaliex teżisti sitwazzjoni fejn Learning Support Assistants ingaġġati mill-iskejjel tal-Knisja qed jingħataw mill-ewwel il-grad ta' Learning Support Assistants 1 filwaqt li dawk ingaġġati fis-settur pubbliku le?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fis-settur pubbliku il-Learning Support Assistants I ma jidħlux b’eżami imma b’interview. Din is-sena ma ħarġitx applikazzjoni għall-LSA I imma LSA II. Saru l-interviews tal-LSA II u dalwaqt joħroġ ir-riżultat. Il- learning support assistants ingaġġati mill-iskejjel tal-Knisja jridu l-ewwel jiġu approvati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol. Skont il-ftehim bejn il-Ministeru u s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika iffirmat fid-29 ta’ Lulju tal-2011, l-istaff tal-iskejjel tal-Knisja (inkluż LSAs) iridu jintagħżlu u jiġu ngaġġati skont l-istess kriterji li juża l-gvern għall-iskejjel tiegħu.

Skema tat-tined u Dairy Restructuring Aid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-iskema tat-tined u Dairy Restructuring Aid?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 23782 u 23783.

Residenti li joqogħdu tal-Ħawli l-Birgu — servizz ta' trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta r-residenti li joqogħdu tal-Ħawli l-Birgu se jkollhom servizz tat-Trasport Pubbliku għall-Belt u għall-Isptar Mater Dei bħalma għandhom lokalitijiet oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li jeżisti servizz bejn il-Birgu u l-Isptar Mater Dei. Mhux fattibbli li jkun provdut servizz dirett lejn Mater Dei minn kull triq jew grupp ta' djar f'kull lokalità.

Kalkara — Santa Liberata - Servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta r-residenti ta' Santa Liberata fil-Kalkara se jkunu moqdijin bis-servizz tat-trasport pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li preżentament mhux qed isiru tibdil fir-rotot sabiex jingħata ċans lis-servizz jistabbilizza ruħu. Infurmat ukoll li Transport Malta hija konxja ta’ din it-talba u qed taħdem biex issib soluzzjoni.

Transport Malta — toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru toroq minn Transport Malta f'kull lokalità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi l-ġbir ta' informazzjoni mitluba jirrikjedi ammont kbir ta' ħin u riżorsi. Madankollu nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari nru. 24717, 25243, 27923, 31256, 31656, 31658 u 31659, fejn hemm informazzjoni dwar xogħol fuq toroq.

Air Malta — self

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern kellux iżid id-dejn pubbliku sabiex jagħti self fl-2011 u fl-2012 lill-Air Malta? F'każ li tweġiba hi fl-affermativ, b'kemm żdied id-dejn pubbliku fl-2011 u fl-2012 għal dan l-għan? Taħt u b'liema kundizzjonijiet ingħata dan is-self?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ilma tal-acquifer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal ilma fl-acquifer tagħna (ilma tal-pjan) f'metri kubi? Bir-rata ta' konsum preżenti, kemm se jdum iservi fi snin dan l-ilma tal-pjan? Kemm idum snin biex l-ilma tal-pjan jerġa' jimtela?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa stmat li l-ħażna tal-ilma tal-pjan tammonta għal 1000 miljun metru kubu. Mhux possibbli li ssir stima realistika ta’ kemm iddum isservi din il-ħażna peress li din tiddependi kemm mir-rata ta’ estrazzjoni kif ukoll biex wieħed jistabbilixxi rata ta’ riġenerazzjoni. Din ir-rata ta’ riġenerazzjoni tiddependi kemm mir-rata ta’ recharge kif ukoll mit-telf b’mod naturali tal-istess r-recharge (discharge mifrux mill-blat lejn il-baħar) li jista’ jvarja skont il-volum ta’ ilma li jinstab fil-ħażna tal-ilma tal-pjan.

Ilma tal-pjan — sid

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu s-sid tal-ilma tal-pjan, il-Gvern jew inkella s-sid privat tal-parti tal-art li taħtha hemm l-ilma tal-pjan?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ilma tal-pjan — sid

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu s-sid tal-ilma tal-pjan, il-Gvern jew inkella s-sid privat tal-parti tal-art li taħtha hemm l-ilma tal-pjan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ Atti leġislattivi prinċipali li jirrigwardjaw l-ilma huma l-Att dwar il-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma u l-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi. Qabel il-pubblikazzjoni tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet twettaq kemm ir-rwol ta’ Regolatur kif ukoll ta’ operatur. Iżda bit-dħul fis-seħħ tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Rizorsi, ir-rwol ta’ regolatur ġie trasferit bil-liġi lill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, filwaqt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma żammet biss ir-rwol ta’ operatur. L-ebda wieħed mill-Atti ‘l fuq imsemmija ma jidħol speċifikament fil-kwistjoni dwar l-istat legali u ta’ propjetà tal-ilma ta’ taħt l-art. Madanakollu, l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi hija mgħotija setgħat regolatorji wisa ħafna fuq ir-riżorsi ta’ l-ilma ta’ taħt l-art taħt l-Att ta’ l-Awtorita` ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, fosthom biex tassigura u tirregola l-konservazzjoni, t-tikbir u l-operazzjoni tar-riżorsi ta’ l-ilma u ta’ l-għejjun tal-provvista ta’ l-ilma (artikolu 4(2)(b)(ii) tal-Att). L-Att jispeċifika inter alia li minkejja li mhijiex meħtieġa liċenzja mingħand l-Awtorità biex jinbena bir jew ġiebja dan: “ma tipprekludix lill-Awtorità milli teżerċita xi waħda mill-funzjonijiet u s-setgħat taħt dan l-Att bil-għan li tiżgura li ma jinħeliex ilma jew jiġi użat ħażin u li ma ssir ebda ħsara fis-saff tal-akwifer jew band’oħra.” (artikolu 26(4) tal-Att) Dawn is-setgħat wisa’ jikkwalifikaw l-użu u t-tgawdija tal-ilma ta’ taħt l-art mis-sidien tal-art privati billi jintroduċu restrizzjonijiet għar-rigward tal-użu tar-riżorsa tal-ilma ta’ taħt l-art. Ta’ min jgħid ukoll li Malta hija legalment obbligata li tiżgura li l-ilma ta’ taħt l-art ikollu stat tajjeb kemm fil-kwalita u anke fil-kwantita tieghu.

Ilma tal-pjan — sid

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu s-sid tal-ilma tal-pjan, il-Gvern jew inkella s-sid privat tal-parti tal-art li taħtha hemm l-ilma tal-pjan?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-entità responsabbli mill-ilma tal-pjan hija l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru li jressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Korp tal-Pulizija — Supretendenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il supretendent għandu l-Korp tal-Pulizija? X'jisimhom u f'liema distrett iservu? Hemm każijiet fejn f'distrett wieħed hemm iktar minn supretendent wieħed? F'liema distrett? Għaliex? Minn meta dan id-distrett okkorendo għandu iktar minn supretendent wieħed? Fl-aħħar għaxar snin, liema distrett kellhom iktar minn supretendent wieħed u għal kemm żmien?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 25 membru tal-Korp li jokkupa il-kariga ta’ Supretendent. Dawn huma stazzjonati fid-diversi branki tal-Korp skont kif jirrikjedu l-esiġenzi tas-servizz. Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm Distrett wieħed fejn hemm stazzjonati żewġ Supretendenti. Dan minħabba raġunijiet ta’ tibdil loġistiċi li l-Korp kien se jkun kostrett li jagħmel u li issa ġew solvuti. Għalhekk huwa mistenni li fi żmien qasir, wieħed minn dawn is-Supretendenti se jkun assenjat b’doveri oħra skont il-ħtiġijiet tal-Korp. Infurmat ukoll ill matul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm Distrett ieħor fejn ukoll kien hemm stazzjonati żewġ Supretendenti.
Leg 11 PQ #32656 Sitting 456 2012-03-13 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Żvilupp ekonomiku t'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-oqsma ekonomiċi u soċjali tiġi segwita l-politika nazzjonali tal-Gvern li tiġi aġġornata b'mod kontinwu permezz ukoll ta' konsultazzjoni wiesgħa mal-entitajiet kollha involuti. Dan l-eżerċizzju jseħħ kull sena bil-pre-budget document. F'dan id-dokument wieħed isib ukoll sezzjoni speċifika fuq Għawdex. Barra minn hekk il-Pjan t'Azzjoni ta' Eko-Għawdex 2010-2012 jindirizza l-oqsma ekonomiċi, soċjali, ambjentali u kulturali ta' Għawdex. Dan il-pjan ġie mfassal mill-Ministeru għal Għawdex wara konsultazzjoni pubblika fl-2009. L-implimentazzjoni tiegħu hija responsabbiltà tal-istess Ministeru.
Leg 11 PQ #32657 Sitting 456 2012-03-13 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika reġjonali għall-iżvilupp ekonomiku t'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tat il-Ministru t’Għawdex fil-mistoqsija parlamentari numru 32656.
Leg 11 PQ #32658 Sitting 456 2012-03-13 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Politika reġjonali għall-iżvilupp soċjali t'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp soċjali ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 32656.
Leg 11 PQ #32659 Sitting 456 2012-03-13 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika reġjonali għall-iżvilupp soċjali t'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp soċjali ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tat il-Ministru t’Għawdex fil-mistoqsija parlamentari numru 32656.
Leg 11 PQ #32660 Sitting 456 2012-03-13 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Politika reġjonali għall-iżvilupp tas-settur turistiku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp tas-settur turistiku ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Intrepellant li f'dan is-settur tiġi segwita l-politika nazzjonali tal-Gvern li tiġi aġġornata b'mod kontinwu permezz anki ta' konsultazzjoni mal-entitajiet kollha nvoluti. Għal dan l-iskop nixtieq nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-politika nazzjonali tat-Turiżmu li nħarġet għall-konsultazzjoni fil-ġimgħat li għaddew u li fiha sezzjoni dwar Għawdex. Barra minn hekk il-Pjan t'Azzjoni Eko-Għawdex 2010-2012 jindirizza wkoll il-qasam turistiku. Dan il-pjan ġie mfassal mill-Ministeru għal Għawdex wara konsultazzjoni pubblika fl-2009. L-implimentazzjoni tiegħu hija responsabbiltà tal-istess Ministeru.