Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32511 u 32252 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Tista' l-Ministru tgħid x’kienet ir-raġuni sabiex tender li kienet ħarġet għax-xiri ta’ outdoor gym equipment li d-dettalji tat-tender qed jintbagħtu separatament ġiet kanċellata? Tista' tgħid jekk dan imurx kontra l-Avviż Legali 296/2010 ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kumitat tal-Kuntratti Dipartimentali (DCC) kien tal-fehma li l-imsemmija offerta msejħa mill-Kunsill Malti għall-iSport tiġi kanċellata. Ma jirriżultax li nkisru xi regolamenti stabbiliti fl-Avviż Legali 296/2010.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' patching fit-toroq t'Għawdex f'din l-aħħar sena? Fejn sar ix-xogħol? Meta? Kemm sewa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta' patching fit-toroq li saru mill-Ministeru għal Għawdex f'din l-aħħar sena huma kif jidher fl-iskeda li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmata wkoll li l-ispiża ma tinkludix il-pagi tal-ħaddiema u l-makkinarju li jintuża f'dan ix-xogħol.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li mill-2011 sal-lum tħallsu €1,807 bħala allowances lil 183 impjegat tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru li kellhom xi xogħol Għawdex.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-ammont globali li tħallsu lill-impjegati mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li kellhom xi xogħol Għawdex meta attendew seduti tal-qorti huwa ta' disgħa u disgħin ewro u ħamsa u tletin ċenteżmu (€99.35).
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma tħallsux allowances ta' din ix-xorta.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' ħsarat fuq l-ismart meters tad-dawl li ġew imwaħħla s'issa? Jista' jgħid ukoll kemm se tiswa din il-ħsara?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn 135,361 smart meters li ġew istallati hemm 594 każijiet ta’ ħsarat. Dawn il-meters għandhom jiġu rritornati lis-supplier biex jiġu mibdulin b’xejn.
Tista' l-Ministru tgħid kemm se tiswa l-kera tal-premises il-ġodda f'Continental Business Centre, Old Railway Track f'Santa Venera? Min se jħallas għalihom u min huma s-sidien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kera tal-premises il-ġodda f’Continental Business Centre ser tiswa €31,860 annwalment. Se tħallas l-aġenzija u s-sidien huma Cutrico Services Ltd.
Jista' l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 32590 u 32230 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jagħmel minn kollox biex jonqsu l-ispejjeż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jagħmlu parti minn dan id-dekasteru. Inizjattivi relatati qed jittieħdu billi jitnaqqas ir-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda u fejn meħtieġ dak ta’ l-
overtime
mingħajr ma’ tonqos l-effiċjenza fl-operat. Min-naħa l-oħra mhux qed isir tnaqqis fl-investiment kapitali.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32588 u 32237 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid xi rwol għandha fil-Gozo Channel il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Kemm titħallas?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi wara r-riżenja tal-eks Chairman, Dr. Joseph Grech, li kien jokkupa wkoll pożizzjoni eżekuttiva, il-persuna ndikata li hi impjegata tal-MIMCOL, ntalbet tassisti l-Acting Chairman billi tirraporta għax-xogħol b’mod temporanju fl-uffiċini tal-Gozo Channel Company Limited f’Għawdex. Ma jirriżultax li l-kumpanija ntalbet tħallas għal dan.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni Għawdxin li ngħataw sussidju mill-Gozo Channel minħabba ħtieġa ta' kura ta' mard tal-kancer f'Malta dawn l-aħħar sentejn, kull xahar separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32512.
Spezzjonijiet fuq is-sistemi tal-katusi tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jsirux spezzjonijiet fuq is-sistema tal-katusi li jwasslu d-drenaġġ mid-djar, irħula u bliet tagħna sa ma dan jiġi trattat? Kemm-il spezzjoni saret matul is-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li jsiru spezzjonijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ b’mod regolari. Matul is-sena 2011 saru 702 spezzjonijiet għal total ta’ 52.3km.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-ispezzjonijiet li jsiru fuq is-sistema tal-katusi tad-drenaġġ iwasslux biex jittieħdu azzjoni neċessarja? Jekk iva, jista' jsemmi x'kienu l-azzjonijiet li ttieħdu matul is-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tieħu l-azzjonijiet kollha neċessarji wara li jkunu saru l-ispezzjonijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ. Dawn jikkonsistu fi bdil ta’ katusi difettużi, kxif ta’ tappieri, tindif tas-sistema, kif ukoll tiswijiet żgħar lokalizzati.
Jista' l-Ministru jghid jekk il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal, ċanga u fniek għall-aħħar erba' xhur tas-sena 2011 kelliex żieda fuq produzzjoni tal-istess prodotti tas-sena 2010?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li għar-rigward il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal u ċanga iressaq din il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment responsabbli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika, ninfurmaħ li l-informazzjoni rigward il-produzzjoni tal-laħam tal-fenek għadha qed tinġabar
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-qabda tal-ħut ta' matul l-aħħar erba' xhur tas-sena 2011 kenitx ikbar jew iżgħar mill-qabda tal-ħut tal-istess perjodu tas-sena 2010?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment responsabbli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika.