Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' bullying rappurtati fl-iskejjel matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Tista' tagħti dan il-breakdown abbażi ta' kategoriji differenti ta' skejjel primarja u sekondarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżett iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanziarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ser nagħti f’mistoqsija parlamenti numru 32971.
Jista' l-Ministru jassigura li l-bandli tal-Fgura (ta' ħdejn l-iskola) jkunu mgħassa kif suppost b'rondi mill-pulizija eċċ. minħabba li ħafna residenti qed iħossu li mhemmx il-livell ta' protezzjoni meħtieġa, partikolarment kif jidlam? Huwa konxju l-Ministru minn din il-problema?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel ronda fil-post indikat. Dan isir kemm mill-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll mit-Taqsima ta’ kontra d-Droga u dik tal-Mobile.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il demand notice ħareġ il-Kummissarju għat-Taxxi Interni xahar b'xahar fl-aħħar ħames snin? Kemm kien l-ammont mitlub b'mod totali xahar b'xahar fl-aħħar ħames snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-kwalifiki minimi neċessarji biex student jattendi kors fuq bażi full-time fl-MCAST u fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-rati tal-ħlas għal lecturers part-time u fuq kuntratt definit fl-MCAST u fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Kif jiġu applikati dawn ir-rati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid xi kwalifiki akkademiċi għandu u x'esperjenza għandu fit-tagħlim il-lecturer full-time li jgħallem Financial Management u suġġetti relatati mal-accounts fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Tista' tikkonferma jekk għandux permanent teacher's warrant? X'karigi akkademiċi qed jokkupa bħalissa fi ħdan l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u b'liema proċedura kien appuntat? Kemm ilu impjegat mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-lecturer full-time li jgħallem Financial Management u suġġetti relatati mal-accounts fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi għandu Certificate in Enterprise Resource Planning Teaching minn Grenoble Ecole De Management, Diploma in Hotel Accounting and Finance mill MCAST (1978), u Teacher’s Certificate in Tourism Education mill UOM. Ilu jgħallem l-ITS minn 1989. Minbarra r-rwol ta’ lecturer, l-individwu konċernat huwa wkoll membru fuq il-Board of Studies (elett permezz ta’ elezzjoni b’votazzjoni mill-kollegi akademiċi), kif ukoll coordinator tal-management (posizzjoni ta’ ħatra mill-istess Istitut - 2009).
Politika reġjonali għall-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar f'Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar f’Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 32656.
Politika Reġjonali għall-Iżvilupp ta' intrapriżi żgħar f'Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar f’Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi vvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tat il-Ministru t’Għawdex fil-mistoqsija parlamentari numru 32656 f’seduta parlamentari numru 456.
Politika Reġjonali għall-Iżvilupp Kummerċjali t'Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp kummerċjali ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 32656.
Politika reġjonali għall-Iżvilupp kummerċjali t'Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp kummerċjali ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tat il-Ministru t’Għawdex fil-mistoqsija parlamentari numru 32656 f’seduta parlamentari numru 456.
Politika reġjonali għall-iżvilupp tas-settur tal-manifattura t'Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp tas-settur tal-manifattura ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 32656.
Politika Reġjonali għall-iżvilupp tas-settur tal-manifattura t'Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp tas-settur tal-manifattura ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi ivvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tat il-Ministru t’Għawdex fil-mistoqsija parlamentari numru 32656 f’seduta parlamentari numru 456.
Persuni li rriżenjaw mid-Direttorati, Kulleġġi u Skejjel
Question
Tista' l-Ministru tgħid mill-2008 sal-lum kemm persuni rriżenjaw mid-Direttorati, mill-Kulleġġi u mill-iskejjel, kemm irrifjutaw promozzjoni li applikaw għaliha, kemm irriżenjaw minn karigi biex reġgħu marru għall-gradi preċendti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għadd ta’ persuni li mill-2008 sal-lum irriżenjaw mid-Direttorati Ġenerali tal-Edukazzjoni, inklużi l-kulleġġi u l-iskejjel, hu ta’ 495.
L-għadd ta’ impjegati li rrifjutaw promozzjoni kien tmienja (8), filwaqt li l-għadd ta’ dawk li irriżenjaw minn kariga biex reggħu marru lura għal grad preċedenti kien ta’ tlettax (13).
Budget 2012 — tnaqqis fil-fond allokat għat-taħriġ u l-iżvilupp
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm tnaqqas il-fond allokat għat-taħriġ u l-iżvilupp fil-Budget 2012 meta mqabbel mal-budgets ta' qablu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-pajjiż ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol ukoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi essenzjali bħal għalliema, kindergarten assistents, learning support assistants u professjonijiet oħra ta’ appoġġ lill-istudenti jew ta’ għajnuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b’ebda mod m’hu se jimpattaw professjonijiet kruċjali fosthom ta’ għalliema, kindergarten assistents, learning support assistants u professjonijiet oħra ta’ appoġġ lill-istudenti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus mill-2008 sal-lum fuq:
a) bini ta' skejjel ġodda;
b) manutenzjoni fuq skejjel mhux ġodda;
ċ) inizjattivi b'rabta mal-litteriżmu u x'inhuma;
d) inizjattivi b'rabta man-numerija u x'inhuma;
e) inizjattivi b'rabta max-xjenza u x'inhuma; u
f) inizjattivi b'rabta mat-teknoloġija tal-informatika u x'inhuma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
kunsilli lokali — informazzjoni dwar kuntratti ta' ġbir ta' skart
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31723 u jagħti d-dettalji tal-kuntratti ta' ġbir tal-iskart [bieb bieb], ġbir tal-iskart bulky (bieb bieb), knis ta' toroq u postijiet oħra pubbliċi u tindif tal-latrini li ngħataw mill-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex mis-sena 2008 sal-aħħar tas-sena 2011, sena b'sena, kuntratt b'kuntratt, lil min u b'kemm u t-tul ta' żmien li jkopri kull kuntratt? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratturi humiex jingħataw id-differenza fil-prezz għall-għoli tad-diesel u/jew fuel ieħor, kull meta jogħla l-fuel? Jista' jara li dawn il-kuntratti u d-dettalji msemmija fl-ewwel parti ta' din il-mistoqsija u kuntratti oħra li jistgħu jingħataw mill-kunsilli lokali, jibdew jiġu ppubblikati fuq il-website tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali bil-għan li jkun hemm trasparenza u dan għaliex dan huwa infiq ta' flus il-poplu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Intant infurmat li l-kuntratti l-ġodda jistipulaw li l-kuntratturi għandhom jingħataw mill-Kunsilli Lokali d-differenza fil-prezz tal-fuel li jista’ jkun hemm. Infurmat ukoll illi l-allokazzjoni tal-Kunsilli Lokali f’dak li jirrigwardja l-funzjoni statutorja tal-gbir ta’ skart domestiku kull sena tiżdied biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha ikkoncernati. Għalhekk id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ser jieħu l-passi neċessarji sabiex il-Kunsilli Lokali kollha jaderixxu.
Waqt li nfakkar li kull sejħa għall-offerti u kwotazzjoni mill-Kunsilli Lokali u Kumitati Reġjonali jkunu reklamati fil-ġurnal
The Malta Independent
kull nhar ta’ Erbgħa, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali se jieħu l-passi meħtieġa biex l-istess kuntratti jibdew ikunu ppubblikati fis-sit elettroniku tiegħu.
Attachments:32705 - Kuntratti.docx32705 - Gbir ta' Skart.rtf
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31949, jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-multa fil-każ tal-proġett ta' Xatt ir-Risq li mhux se jitlesta sa dan ix-xahar u kemm tkun il-multa jekk ix-xogħol fil-Baċir Nru 1 ma jitlestiex sa Awwissu 2012?
Response (GATT, AUSTIN)
Jekk ix-xogħol ma' jitlestiex skond kif miftiehem fil-kuntratt oriġinali jew skont ftehim ta’ estensjoni taż-żmien tat-tlestija tax-xogħol, il-korporazzjoni għandha d-dritt titlob ħlas għad-danni kif ġej:
Xatt ir-Risq - €2,000 kuljum marbuta ma’ 20% tal-valur tal-kuntratt
Baċir Nru 1 lot 1 - €1,000 kuljum marbuta ma’ 20% tal-valur tal-kuntratt
Baċir Nru 1 lot 2 - €1,000 kuljum marbuta ma’ 20% tal-valur tal-kuntratt