Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kuntratt bejn familja u d-Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jsir il-kuntratt bejn id-Dipartiment tal-Artijiet u l-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fuq żewġ fondi li l-gvern ħa għall-użu pubbliku?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi huwa previst li l-kuntratt bejn id-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern u l-familja, li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, fuq żewġ fondi li l-gvern ħa għall-użu pubbliku, se jiġi ppubblikat fil-ġimgħat li ġejjin, possibilment sal-aħħar ta’ Marzu 2012.

San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr u l-Mos — kwestjoni dwar parking

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' drabi, matul dawn l-aħħar xhur, Ottubru 2011sal-15 ta' Marzu 2012, fejn kien hemm ħruġ ta' permessi mill-Pulizija biex ma jkunx hemm parking f'xi parti partikulari ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr u l-Mosta? Jista' l-Ministru jagħti wkoll taghrif dwar jekk kienx hemm pulizija preżenti fuq il-post biex jassiguraw li ma jkunx hemm parking fil-postijiet indikati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma toħroġx permessi biex ma jkunx hemm parking. Però fejn ikun hemm xi attivitajiet pubbliċi, bħal ma huma purċissjonijiet reliġjużi, attivitajiet sporitiv, attivitajiet politiċi jew xi attivitajiet oħra li jkunu jirrikjedu li ma jkunx hemm vetturi ipparkjati f'xi toroq, il-Pulizija tagħmel dawk l-arranġamenti meħtieġa.

San Pawl il-Baħar, il-Qawra, l-Mellieħa u n-Naxxar — full complement ta' pulizija fl-għasses

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx vacancies partikulari għal dak li hu l-full complement ta' pulizija, u uffiċjali oħra tal-pulizija li suppost qed iservu fl-għassa ta' San Pawl il-Baħar, il-Qawra, l-Mellieħa u n-Naxxar rispettivament? Jekk hemm, f'liema gradi huma l-uffiċjali nieqsa u x'qed isir biex il-vacancies jimtlew?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija fid-Distretti tal-Pulizija, inkluż dawk li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant mhux wieħed fiss u jvarja minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tal-kommunità.

San Pawl il-Baħar — proġetti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li bħalissa qed jitwettqu mill-Ministeru, jew waħdu, jew flimkien mal-privat, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? F'kull każ meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol li għaddej bhalissa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f’dawn il-ġranet għaddej ix-xogħol fuq l-iżvilupp ta’ Water Park f’Bugibba li hu mistenni li jitlesta sal-aħħar ta’ Mejju, il-proġett tas-Salini li jikkonsisti fir-restawr tax-Ximenes Redoubt, bini ta' underpass taħt Triq is-Salini, restawr tas-Salini, bini mill-ġdid tal-huts, tindif tal-garigue u reabilitazzjoni tas-salt marsh u landscaping, kif ukoll qiegħed isir xogħol ta’ manutenzjoni ġenerali fil-Pjazza ta’ Buġibba.

San Pawl il-Baħar- proġetti

Question

Jista' l-Mnistru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li qed iwettaq il-Ministeru, bħalissa, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, kemm jekk dawn qed isir mill-Ministeru waħdu kif ukoll jekk qed isiru f'kollaborazzjoni mal-privat? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx proġetti oħra li mistenni jinbdew fil-futur?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-MTA bħalissa qed timplimenta proġett ERDF 033 bl-isem ta’ ‘Tourism Zone Upgrade with Landscaped Urban Spaces and other Facilities’. Dan il-proġett hu ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja. B’dan il-proġett qed isiru dawn l-interventi ġewwa San Pawl u l-Qawra: - Bini ta’ akkwarju pubbliku ġewwa l-Qawra, estensjoni tal- promenade u faċilitajiet ta’ istitut għad- ‘diving’ . Dan il-proġett qed isir fuq bażi ta’ PPP mal-privat u huwa stmat li ġej jiswa aktar minn €15.6 miljun ewro (inkluż VAT) li €8.85 miljun (inkluż VAT) huma ko-finanzjati mill- European Regional Development Fund u ser jiġu investiti aktar minn €5.6 miljun inkluż VAT kuntrattur privat - Tisbiħ tal-promenade ta’ San Pawl u krejazzjoni ta’ cantilevered gallery b’valur ta’ madwar €1.3 miljun + VAT. Dan il-proġett għadu kif tlesta; - Restawr tal-faċċati tat-Torri ta’ Wignacourt Tower ġewwa San Pawl il-Baħar. L-MTA bħalissa qed tipprepara d-dokumenti għas-sejħa għall-offerti għax- xogħol. L-MTA bħalisa qegħda taħdem fuq proposta preliminari fuq proġett ta’ replenishment fil-Bajja tal-Pwales jew kif inhi magħrufa aħjar il-bajja tax-Xemxija. F’dan il-punt l-awtorità minn fondi tagħha qed tipprepara l-proposti u tat bidu għall-istudji ambjentali neċessarji sabiex ikun jista’ jiġi mkejjel l-impatt ta’ din il-proposta

San Pawl il-Baħar — skemi ta' għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' lukandi mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar li talbu li jieħdu sehem fid-diversi skemi ta' għajnuna mħabbra mill-gvern għal dan is-settur? Kemm kien in-numru ta' talbiet li ġew aċċettati, u kemm ġew rifjutati? Kemm hu l-ammont ta' flus li ġie approvat bħala għajnuna għal dawn il-persuni?

Response (DEMARCO, MARIO)

In-numru ta’ lukandi mill-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar li applikaw taħt it-tlett sejħiet kienu: Call 1 - 6 Call 2 - 4 Call 3 - 5 In-numru ta’ talbiet li ġew aċċettati minn dawn kienu: Call 1 - 2 Call 2 - 2 Call 3 - 1 L-ammont ta’ flus li ġew approvati: Call 1 - €83,800.45 (co-financing: €36,103.68) Call 2 - €450,872.80 (co-financing: €204,327.99) Call 3 - €383,132.33 (co-financing: €191,566.17)

San Pawl il-Baħar — talbiet mis-sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'talbiet saru mis-sajjieda li joperaw mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u li għadhom pendenti, għal dawk li huma faċlitajiet meħtieġa fil-moll tal-Veccia, dak ta' Buġibba, u xi mollijiet oħra li jista' jkun qed jintużaw mis-sajjieda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull meta jkun hemm talba jew ilment dwar l-istat tal-faċilitajiet mis-sajjieda dawn dejjem ikunu nvestigati u l-passi meħtiġa jittieħdu. Reċentement, fuq talba li saret għal tiswijiet fis-slipway ta’ ħdejn il-Veċċa, saret l-ispezzjoni meħtieġa u passi diġà qiegħdin jittieħdu biex dan ix-xogħol isir. Barraminhekk fuq talba oħra, diġa ittieħdu passi biex il-Port ta’ San Pawl il-Baħar ikun dikjarat bħala ‘Designated Port’, li jfisser li s-sajjieda ser ikunu jistgħu jħottu il-qabda tal-ħut fil-Facilità li se jkun hemm fuq il-moll tal-Veċċa. Nieħu l-opportunità biex nħabbar li diġa qed jitħejjew pjanijiet għal żvilupp f’din iż-żona għall-benefiċċju tas-sajjieda liema dettalji jitħabbru aktar 'il quddiem.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32719, 32510 u 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Qtar tal-Għajnejn Hylo-comod u Allergo Comod

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-qtar tal-għajnejn Hylo-comod u Allergo Comod mhumiex fil-lista tal-mediċini li jingħataw b'xejn? Hemm xi ħsieb li dawn jidħlu f'din il-lista?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-qtar Allergo Comod® (sodium cromoglycate) jintuża għat-trattament tas-sintomi relatati mal-għajnejn tal-konġuntivite allerġika u l-Hylo-Comod® (sodium hyaluronate) jintuża għat-trattament t’għajnejn xotti. Il-Konġuntivite allerġika mhux waħda mill-kundizzjonijiet ta’ Skeda V fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318).

Air Malta — każ ta' allegat serq ta' mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar il-każ li fih ajruplan tal-Air Malta kellu jittardja t-tluq tiegħu minħabba każ ta' allegat serq ta' mobile phone? Min ta l-ordni biex l-ajruplan jitwaqqaf milli jitlaq? Kemm swiet lill-Air Malta din id-deċiżjoni? Kemm kien hemm każijiet fejn ittieħdet deċiżjoni simili fil-passat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — talba lill-inkwilini biex jistallaw il-pannelli fotovoltaiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar qadtx irċeviet talba minn inkwilini f'appartament tagħha biex jistalla pannelli fotovoltaiċi fuq il-bejt tal-blokka? F'każ li jkun hemm talba simili, din tiġi aċċettata peress li s-saqaf mhux propjetà ta' inkwilini jew tal-komun iżda huma tal-Awtorità?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'każ li x'inkwilini jkunu jridu jistallaw xi pannelli fotovoltaici fuq bejt ta' xi blokka, jkunu jridu jagħmlu talba lill-Awtorità tad-Djar, li fid-deskrizzjoni tagħha tweġibha.
Leg 11 PQ #33057 Sitting 458 2012-03-20 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

TVM HD — skeda ta' programmi

Question

Tista' l-Ministru tindika meta TVM HD se jibda jxandar b'mod normali u mhux bi prova? Meta jibda jagħmel dan, se jkun qed ixandar l-iskeda normali ta' TVM fl-intier tagħha jew se jkollu skeda għalih? Jekk se jkollu skeda għalih, tista' tindika din x'se tkun tinkludi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalissa TVM HD se jibqa’ jxandar bi prova. Meta TVM HD ma jibqax ixandar bi prova dan se jxandar l-iskeda normali ta’ TVM.

Applikazzjonijiet għal sistemi fotovoltaiċi

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk kienx hemm xi inkwilini li jgħixu fi blokka t'appartamenti li applikaw għal skema ta' sussidju fuq sistemi fotovoltaiċi? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid dawn kienux f'appartamenti tal-privat jew tal-Awtorità tad-Djar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Rizorsi m’ghandhiex l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interperlant peress li din l-informazzjoni mhix rikjesta fl-applikazzjoni għas-sussidju għas-sistemi fotovoltaici. Rigward appartamenti tal-Awtorità tad-Djar, nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru konċernat.

Xogħol ta' Care Takers fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ix-xogħol ta' care takers fl-iskejjel jinkludix ukoll il-ħasil ta' klassijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-dmirijiet ta’ persuni li n-nomenklatura tagħhom hija komunament magħrufa bħala caretaker jinkludu l-ħasil tal-klassijiet kif ukoll xogħol ta’ tindif f’partijiet oħra tal-iskola.

Awtorità tad-Djar — skemi għall-għotja ta' għajnuna għat-tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskemi tal-Awtorità tad-Djar għall-għotja bħala għajnuna għat-tiswija tad-djar kemm li kienu ta' kera kif ukoll jekk okkupati mis-sid għadhomx fis-seħħ?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha skema fejn tagħti sussidju fuq ix-xogħlijiet ta' irranġar u titjib fir-residenzi okkupati kemm minn sidien kif ukoll minn inkwilini.

Air Malta — checks barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32732 u jgħid x'inhi r-raġuni għala is-C-Checks fuq l-ajruplani tal-Air Malta u li qabel kienu jsiru Malta issa qegħdin isiru barra minn Malta? Kemm qegħdin jiġu jiswew dawn is-C-Checks issa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Enforcement Notice

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32730, 32500 u 32175 u cioè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31417, issa li l-perjodu ta' ħmistax-il ġurnata kif imsemmi fir-risposta għadda, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Enforcement Directorate dwar dan il-każ?

Response (DEMARCO, MARIO)

Tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Helpers f'djar privati tal-anzjani — korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32729 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk persuni li jinteresshom jaħdmu bħala helpers fid-djar privati tal-anzjani għandhomx bżonn isegwu xi kors partikolari?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Operat ta' meter tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi ċċekjat l-operat tal-meter tad-dawl tal-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għax konsum ta' elettriku ta' aktar minn €15,000 għal tmien xhur jidher esaġerat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Tripli u f'Benghazi — ambaxxati Maltin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid minn min huwa kompost t-tim diplomatiku ġewwa l-Ambaxxati Maltin fi Tripli u f'Benghazi, u jekk hemmx impjegati ta’ nazzjonalità barranin ġewwa l-istess ambaxxati?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li fl-Ambaxxata ta' Malta fi Tripoli hemm Ambaxxatur, Konslu u Second Secretary li huma Maltin, waqt li hemm tmintax (18) impjegat minn Administrative Assistant sa Cleaner li huma ta' nazzjonlità barranija. Fil-Konsulat f'Benghazi hemm Konslu li hu Malti u żewġ (2) impjegati klerikali li huma ta' nazzjonalità barranija.