Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ammont imħallas fuq allowances lill-impjegati fil-perijodu imsemmi huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Segretarjat Permanenti €44.26 - Il-ħlas kien jikkonsisti f'rimbors ta' spejjeż għall-ikel u trasport. Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija €16,849.13 - Il-ħlas kien jikkonsisti fi spejjeż marbuta ma' trasport u ikel.

Oncology u s-Science Centre — xogħol ta' kostruzzjoni

Question

Filwaqt li għaddejja l-attività ta' kostruzzjoni fl-Oncology and s-Science Centre, jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru biex is-servizz tal-helicopter li jwassal pazjenti li jeħtieġu servizz mediku ta' emerġenza mill-gżira ta' Għawdex għall-Isptar Mater Dei jibqa jingħata? X'qed issir/jew sar biex tiġi assigurata s-sigurtà tal-pazjenti kif ukoll dik tan-nurses meta wieħed jikkunsidra li l-attività ta' kostruzzjoni fl-Oncology and Science Centre qed tinkludi l-użu ta' cranes?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kif jista jara kulħadd fil-madwar tal-Isptar Mater Dei qegħdin isiru numru ta’ proġetti nazzjonali fosthom dak taċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija, kif ukoll dak tal-Life Sciences Park. Kif isir f’kull proġett ieħor ta’ kostruzzjoni ta’ dan it-tip hemm in-neċċessita’ li jittellgħu numru ta’ tower cranes fuq is-siti ta’ dawn iż-żewġ proġetti nazzjonali - jiġifieri fuq is-sit taċ-ċentru tal-onkoloġija; kif ukoll fuq is-siti tal- life sciences park - li dawn tal-aħħar jinsabu ftit metri l-bogħod mill-Isptar Mater Dei. Il- helipad li tinsab ġewwa l-Isptar Mater Dei, għalhekk, ser ikollha numru ta’ tower cranes fil-viċinanzi tagħha. Sabiex tiġi eliminata kompletament kull possibilita’ ta’ riskju li qatt jista’ jinqala’ waqt titjiriet lejn l-Isptar Mater Dei minn helicopters użati mill-Forzi Armati ta’ Malta waqt l-attivita’ ta’ kostruzzjoni, ittieħdet id-deċiżjoni, flimkien mal-istess Forzi Armati ta’ Malta, li b’ mod temporanju titjiriet tal- helicopter jibdew jiġu operati mill- helipad li tinsab ġewwa l-Isptar San Luqa. Għal dan il-għan qegħdin isiru arranġamenti sabiex din il- helipad terġa tiġi reinstated . Sa ftit tas-snin ilu din il- helipad kienet tintuża u jien infurmat li ma hemmx wisq xogħol li jrid isir sabiex din il- helipad terġa titħaddem. Is-servizz tal- helicopter li jwassal pazjenti li jeħtieġu servizz mediku ta’ emerġenza qiegħed jissokta lejn l-Isptar Mater Dei; u ser ikompli jissokta bla ebda waqfien sakemm il- helipad ġewwa l-Isptar San Luqa tkun reinstated . Tajjeb li nerġa nfakkar wkoll li l- helipad ġewwa l-Isptar San Luqa ser tkun qed tintuża b’ mod temporanju sakemm il- helipad il-ġdida ġewwa l-Isptar Mater Dei tkun lesta. Kif kelli l-okkażżjoni li ntenni f’diversi okkażżjonijiet oħra, nerġa nfakkar li ser tinbena helipad ġdida fuq Block D1 fl-Isptar Mater Dei - u dan minħabba l-massa ta’ żvilupp ta’ bini għoli li ser ikun hemm fil-madwar tal-Isptar Mater Dei. It- tender għall-proġett tal-bini tal- helipad il-ġdida ġewwa l-Isptar Mater Dei jinsab fi stadju avvanzat ta’ aġġudikazzjoni.

Residenza San Vincenz de Paul — anzjani li daħlu bil-lejl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew admitted anzjani fir-Residenza San Vincenz de Paul bil-lejl, bejn Jannar 2012 u it-8 ta' Marzu 2012, ġurnata b'ġurnata? Għaliex ġew admitted bil-lejl u mhux matul il-ġurnata?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Athenonol mal-fuel unleaded tal-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux jiżdied l-athenonol mal-unleaded fuel tal-karozzi? Jekk iva: a) kif qed jaffetwa l-konsum; b) xi ħsara qed issir fuq il-magna tal-karozza; ċ) kemm (bejn wieħed u ieħor) tiġi l-ispiża sabiex issir il-modifikazzjoni meħtieġa biex tiġi evitata xi ħsara; u d) min se jagħmel tajjeb jekk ċerta vettura diġà ħarbu ħsarat kaġun ta' hekk?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-terminu korrett huwa ethanol u mhux athenonol. Ninsab infurmat li l-Enemalta mhix qed iżżid l-ethanol mal- fuel tagħha, inkluż l- unleaded petrol.

Applikazzjonijiet għar-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-applikazzjonijiet għar-Residenza San Vinċenz de Paul tal-koppja anzjana li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament li jgħixu waħidhom u li t-tnejn huma dipendenti, iżda ukoll għaliex hemm problemi ta' saħħa mentali u għaldaqstant ir-risku għal saħħithom ikompli jikber?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-applikazzjonijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant ġew approvati mill-Bord tal-Ammissjoni għar-Residenza ta’ San Vincenz. B’hekk l-applikazzjoni tal-imsemmija anzjani ġew imqiegħedha fil-lista ta’ stennija għal din ir-residenza.

Korp tal-Pulizija — entry requirements għall-Kuntistabbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Diploma fl-IT mill-MCAST tissodisfax l-entry requirements għall-Kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li kif kienu r-rekwiżiti fl-aħħar sejħa għall-ingaġġ fil-Korp tal-Pulizija bħala kuntistabbli, il-kwalifiki msemmija mill-Onorevoli Interpellant kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti. Però wieħed dejjem għandu jivverifika meta jkun hemm sejħa ghall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32589 u 32239 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32587 u cioè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32234, jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.32627.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32586 u cioè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32235, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32585 u cioè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32236, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru tat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura wkoll qed jaghmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l- overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi essenzjali bħal promozzjoni turistika ta’ Malta, il-programmi u attivitajiet kulturali u inizjattivi ambjentali li ġew imħabbra fil- budget jew ta’ għajnuniet differenti.
Leg 11 PQ #32977 Sitting 458 2012-03-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — tnaqqis fil-budget

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32241, tista' l-Ministru tagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f'pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa' jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa' jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru għal Għawdex ukoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f'investiment kapitali, ta' servizzi essenzjali bħal saħħa u edukazzjoni jew ta' għajnuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b'ebda mod m'huma se jimpattaw fuq professjonijiet kruċjali fosthom dawk fil-qasam mediku.
Leg 11 PQ #32978 Sitting 458 2012-03-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — tnaqqis fil-budget

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3224o, tista' l-Ministru tagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32678.

Transport Malta — records distrutti

Question

Jikkonferma l-Ministru li nhar is-27 ta' Diċembru 2011 ingħatat ordni mit-tmexxijja ta' Trasport Malta sabiex ir-records kollha li ġew stored fl-imħażen ta' Transport Malta jiġu distrutti? Jista' jgħid jekk attwalment din l-ordni ġietx eżegwita? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid il-ġeneru tad-dokumenti distrutti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma ngħatat l-ebda ordni fis-sens li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.

każ fejn persuna qed tgħix f'faqar

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tgħix f'faqar estrem peress li r-relief tagħha mhux iwassal sabiex tħallas l-kera u l-kont tad-dawl u l-ilma oltre sa jaqtgħu l-provvista tal-elettriku tal-fond fejn tabita minħabba pendenza appartenti lil terza persuna li kienet tabita fil-fond qabilha u li konsegwenza tal-qaghda finanzjarja tagħha kellha tpoġġi lil uliedha f'istituzzjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.

Avviż Legali 44

Question

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imħabbra permezz tal-Avviż Legali 44 tal-2012, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-miżuri humiex se jiġu applikati wkoll fil-konfront ta' awtoritajiet u entitajiet oħra li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-Avviż Legali 44 tal-2012 jagħmel provvediment speċifiku għas-settur publiku fir-Regolament Numru 10.

Birgu u l-Belt — scaffolding għar-restawr tas-swar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji/a li qed jipprovdu l-iscaffolding għar-restawr tas-swar tal-Birgu u l-Belt?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32117, ninfurmah li r-responsabbiltà għall-forniment ta’ scaffolding meħtieġ waqt it-twettieq ta’ proġett hija tal-kumpannija li tkun qed tagħmel ix-xogħol mogħti lilha

Transport Malta — Chief Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispeċifika separatament x'inhuma s-salarji u l-benefiċċji ta' kull Chief Officer li jaħdem fi ħdan Transport Malta? Jista' jgħid kemm ingħataw performance bonus fis-sena 2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru 30090. L-informazzjoni dwar il-performance bonuses li ngħataw għas-sena 2011 hija sempliċement materja maniġerjali li ma naħsibx li tgħin l-amministrazzjoni tajba jekk tiġi mxandra.

Transport Malta — tibdil ta' materjal bil-logo antik

Question

Fid-dawl tal-fatti li Transport Malta biddlet isimha u għalhekk kellha ħafna materjal bil-logo ta' Malta Transport, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-materjal kollu li ġie skambjat u fiex kien jikkonsisti l-materjal li ġie mormi? Jista' jagħti d-dettalji b'mod separat? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa sabiex ġie użat trasport ta' kumpanija privata biex b'hekk setgħa jiġi mneħħi l-materjal kollu kkonċernat mill-bini tat-Trasport Malta? Jista' jgħid min kienet il-kumpanija li tqabbdet tagħmel dan ix-xogħol u jekk tqabditx b'direct order?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f’Diċembru 2009, Transport Malta stampat numru zgħir ta’ stationery sabiex jintuża għall-ewwel jiem tal-awtorità l-ġdida. L-ammont li ġie stampat kien: - 12,000 l etterheads u continuation sheets - 5,000 c omplimentery slips - 5,000 DL envelopes - 5,000 A4 envelopes L-ispiża totali tal-istampar ta’ dawn l -istationery kienet ta’ €3,185.18 (VAT eskluża). Tħallset ukoll €820 (VAT eskluża) għat-tibdil fid-disinn tal-logo u branding ieħor relatat. Ġew ukoll stampati żewġ settijiet ta’ 250 business cards li ġew jiswew €110.20. Ma ntuża l-ebda trasport ta’ kumpanija privata speċifikament sabiex jiġi mneħħi dan il-materjal.

Transport Malta — mini bus mill-Marsa għaċ-Ċirkewwa

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk f'Novembru 2011 inkera mini bus sabiex iwassal erba' persuni li jaħdmu fi ħdan Traport Malta mill-head office il-Marsa għaċ-Ċirkewwa? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'kienet ir-raġuni? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża involuta għal kiri ta' dan il-mini bus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra