Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f'pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-Gvern ikollu riżorsi neċessarji biex jerġa jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru tiegħi wkoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tiegħu kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f'investimet kapitali, ta' servizzi essenzjali bħas-sigurta' fit-toroq, ir-regolamentazzjoni tat-trasport u l-komunikazzjoni, iż-żamma tal-infrastruttura teknoloġika tal-Gvern u s-servizzi essenzjali l-oħra li nipprovdu. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b'ebda mod m'hu se jimpattaw professjonijiet kruċjali fosthom ta' amministratturi f'oqsma tekniċi bħat-toroq, teknoloġija, trasport, telekomunikazzjonijiet, avjazzjoni u l-qasam marittimu fost oħrajn.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tieghu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-Gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ wkoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi tas-saħħa jew ta’ għajnuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b’ebda mod m’hu se jimpattaw fuq il-professjonijiet fil-qasam tas-saħħa.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried iqiegħed lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-Gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari wkoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi essenzjali bħal dawk li jipprovdu l-membri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, jew ta’ għajnuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b’ebda mod mhuma se jimpattaw professjonijiet kruċjali fosthom dawk marbuta maż-żewġ entitajiet partikolari li għadni kif irreferejt għalihom.
Leg 11 PQ #32655 Sitting 458 2012-03-20 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Każijiet ta' referrals fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid fis-sena 2010-2011 kemm-il każ ta' referral kien hemm minn school councellors/ social workers/ child psychologist/għalliema/professjonisti oħrajn dwar studenti li qegħdin fil-fażi ta' tagħlim obbligatorju lid-dipartiment governattivi li jirregola s-Servizzi Edukattivi f'pajjiżna? In linea ġenerali fuqiex kienu jitrattaw dawn ir-referrals u jistgħux jiġu kategorizzati f'temi/diffikultajiet? Tista' taqsam dawn ir-referrals skont l-età tal-istudenti involuti (Year 1 eċċ., Form 1 eċċ.) u minn liema tip ta' skola (pubblika, tal-Knisja, indipendenti) kienu ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32668 Sitting 458 2012-03-20 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika Reġjonali għall-iżvilupp tas-settur kulturali t'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp kuturali ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi vvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li se tagħti l-Ministru ta’ Għawdex fil-mistoqsija parlamentari numru 32669.
Leg 11 PQ #32669 Sitting 458 2012-03-20 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Politika Reġjonali għall-iżvilupp tas-settur kulturali t'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx politika reġjonali għall-iżvilupp kulturali ta’ Għawdex? Jekk hemm, min fassal u min jaġġorna din il-politika? Meta tfasslet u meta ġiet aġġornata? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha? Kemm hemm fondi vvotatati għal din il-politika għas-sena 2012? Taħt liema vot baġitarju qegħdin? X’inhuma l-punti ewlenin ta’ din il-politika? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għal din il-politika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan is-settur tiġi segwita l-politika nazzjonali tal-Gvern li tiġi aġġornata b'mod kontinwu permezz anki ta' konsultazzjoni mal-entitajiet kollha nvoluti. Nixtieq nirreferi għalhekk lill-Onorevoli Interpellant għall-politika nazzjonali tal-Gvern fil-qasam kulturali li ħarġet is-sena l-oħra u li fiha Għawdex jissemma' b'mod speċifiku. Il-Pjan t'Azzjoni ta' Eko Għawdex 2010-2012 jindirizza wkoll il-qasam kulturali f'Għawdex. Dan il-pjan ġie mfassal mill-Ministeru għal Għawdex wara konsultazzjoni pubblika fl-2009. L-implimentazzjoni tiegħu hija responsabiltá tal-istess Ministeru.

Intrapriżi f'Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010 u fl-aħħar ta’ Ġunju, Settembru u Diċembru 2011 li kienu jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiem; (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem u (iv) minn 250 ħaddiem ‘il fuq?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu disponibbli n-numru ta’ intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010. Is-sors huwa l-Business Register. Ta’ min jinnota li dan ir-reġistru huwa kontinwament aġġornat b’ informazzjoni ġdida u għaldaqstant, il-figuri f’din it-tabella huma suġġetti għal aġġornamenti. Ninsab infurmat ukoll li l-informazzjoni fir-rigward tal-2011 għadha qed tinġabar. Ta’ min jinnota li statistika ta’ din it-tip tkun disponibbli biss fuq bażi annwali. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda ta-Kamra.

Kumpaniji f'Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji b’indirizz tagħhom f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010 u fl-aħħar ta’ Ġunju, Settembru u Diċembru 2011 li kienu jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiem; (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem u (iv) minn 250 ħaddiem ‘il fuq?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu disponibbli n-numru ta’ kumpaniji b’indirizz tagħhom f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010. Is-sors huwa l-Business Register. Ta’ min jinnota li dan ir-reġistru huwa kontinwament aġġornat b’ informazzjoni ġdida u għaldaqstant, il-figuri f’din it-tabella huma suġġetti għal aġġornamenti. Ninsab infurmat ukoll li l-informazzjoni fir-rigward tal-2011 għadha qed tinġabar. Ta’ min jinnota li statistika ta’ din it-tip tkun disponibbli biss fuq bażi annwali. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Livell ta' konnettività bl-IT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-2010 u fl-2011 sarx xi studju biex jiġi stabbilit il-livell ta' konnettività bl-IT biex f'Għawdex ikun hemm is-sapport meħtieġ għal livell b'saħħtu f'dan is-settur? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju?

Response (GATT, AUSTIN)

Napprezza jekk l-Onor. Interpellant jindika jekk hux qed jirreferi għall-persentaġġ ta' konnettività fid-djar jew għall-qawwa tal-konnettività f'Għawdex.
Leg 11 PQ #32673 Sitting 458 2012-03-20 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Malta Enterprise — One-Stop Shop

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30212 fejn il-Ministru qalet li l-Ministeru tagħha flimkien mal-Malta Enterprise iddentifika post ċentrali minn fejn jista' jiġi mħaddem dan il-one-stop shop, tista' l-Ministru tgħid fejn huwa l-post iddentifikat? Tista’ tgħid jekk dan il-post jistax jibda jintuża immedjatament? Jekk fin-negattiv, tista’ tgħid x’irid isir biex ikun jista’ jibda jintuża? Tista’ tgħid meta huwa mistenni li jkun lest biex jibda jintuża?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-post identifikat jinsab fir-Rabat, Għawdex. Bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet biex dan il-post jiġi ristrutturat u jsiru fih ix-xogħlijiet meħtieġa.

Persuni li rebħu scholarships

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li rebħu scholarships (STEPS u MGSS) fl-edukazzjoni, l-qasam ta' studju u l-livell ta' studju (undergraduate, Maters u Dottorat) minn meta kienu introdotti sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Budget 2012 — nefqa fil-qasam edukattiv

Question

B'referenza għall-Budget 2012 approvat minn din il-Kamra, tista' l-Ministru tgħid kemm tnaqqsu flus min-nefqa fil-qasam edukattiv bħala parti mit-tnaqqis tal-€40 miljun mnaqqsa mill-gvern u liema line items tnaqqsu? Tista' tagħti r-risposta line item b'line item?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol ukoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda fejn dan possibli, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi essenzjali bħal professuri, lecturers, għalliema, learning support assistants, kindergarten assistants u professjonijiet oħra li jħarrġu u jagħtu sapport lill-istudenti jew ta’ għajnuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b’ebda mod m’hu se jimpattaw professjonijiet kruċjali fosthom ta’ professuri, lecturers, għalliema, learning support assistants, kindergarten assistants u professjonijiet oħra li jħarrġu u jagħtu sapport lill-istudenti.

Università ta' Malta — somma fuq works' resources

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'somma se tintnefaq mill-Univesità ta' Malta fuq works' resources din is-sena meta mqabbla ma' kemm intnefqu fis-sena 2008, 2009, 2010 u 2011? Matul din is-sena meta se jkunu jistgħu l-lecturers jirtiraw dawn ir-riżorsi mill-bank?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-fondi tal-work resources għall-perjodu 2008 sa 2012 żdiedu kull sena. Is-somma li kienet allokata għal kull sena fis-snin 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012, kienet kif segwenti: 2008 1,645,543 euros 2009 2,018,374 euros 2010 2,360,107 euros 2011 2,553,112 euros 2012 2,750,000 euros Il- lecturers ser jkunu jistgħu jirtiraw il- works’ resources ta’ din is-sena minn din il-gimgħa.

MRA — Price mechanism għall-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hi l-kumpanija li tqabbdet mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi biex tivverifika l-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass kif maħdum s'issa permezz tal-pricing mechanism? Skont il-pricing mechanism eżistenti, kemm kellhom jiġu jiswew iċ-ċilindri tal-gass f'Marzu 2012? Min se jassorbi d-differenza fil-prezz? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi kkummissjonatx li jinħadem pricing mechanism ġdid biex jistabilixxi l-prezz tal-gass? Meta se jkun lest dan il-mekkaniżmu u kif se jkun differenti minn dak eżistenti? B'liema proċess tqabbdet il-kumpanija privati tal-awdituri biex tivverifika l-prezz taċ-ċilindri tal-gass? Kemm se jiswa x-xoghol tagħha u meta mistenni jkun lest? Min ta d-direttiva lill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi biex għax-xahar ta' Marzu 2012 il-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass ma jinħadmux skont il-pricing mechanism li bih inħadmu l-prezzijiet fix-xhur ta' qabel? X'kienet ir-raġuni li din id-direttiva ngħatat għal Marzu 2012 u mhux għax-xhur ta' qabel? Jista' jagħti l-prezzijiet taċ-ċilindri tad-daqsijiet differenti tal-gass mis-sena 2008 sal-lum xahar b'xahar li bihom inbiegħu lill-konsumatur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #32735 Sitting 458 2012-03-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università ta' Malta — spiża ta' korsijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29706, tista' l-Ministru tgħid jekk il-proċess imsemmi dwar l-ispiża għal kull kors mogħti fl-Università ta' Malta hux lest jew le?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proċess dwar l-ispiża għal kull kors mogħti fl-Università ta’ Malta għadu għaddej u l-ewwel riżultati ser joħorġu aktar tard din is-sena. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Università ta’ Malta għandha numru sostanzjali ta’ korsijiet u l-proċess hu wieħed li jirrekjedi ħafna xogħol.

24 Hour Telemetry EEG System

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23965, jista' l-Ministru jgħid jekk l-apparat magħruf bħala 24 Hour Telemetry EEG System issa hux qed jintuża jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li teknikament is-servizz issa jista’ jinbeda wara li ġew indirizzati id-diffikultajiet li kien hemm fis-sistema tat-teknoloġija tal-informatika.

Dipartiment tal-OPU — Persuni li bbenefikaw

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24016, jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel u tieni mistoqsijiet u cioè: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23890 u jgħid kemm hija l-ispiża fid-Dipartiment tal-OPU għal saqajn artificjali mis-sena 2008 s'issa, sena b'sena? Kemm-il sieq saret u kemm kienu l-persuni li bbenefikaw minn dawn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ħlasijiet kollha li saru għal kull tip ta’ prosthetic services matul il-perjodu indikat hija kif tidher hawn taħt. Mhuwiex possibli li tinġabar l-informazzjoni dwar ħlasijiet għal prosthetic legs biss. Sena Spiża 2008 € 226,316.30 2009 € 281,365.65 2010 € 163,671.76 2011 € 322,069.84 Mhuwiex possibbli li tinġabar l-informazzjoni dwar kemm saqajn artifiċjali saru bejn is-sena 2008 u l-2009. Matul is-sena 2010 saru 124 sieq ġdida. Matul is-sena 2011 saru 126 sieq ġdida. Numru ta’ amputees li għamlu użu mid-Dipartiment matul is-sena 2011 kien ta’ 241. Matul is-sena 2011 saru mat-877 appuntament.

Marsaxlokk — Hard Standing - żvilupp

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23964, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi minn sena ilu s'issa fil-Hard Standing li tinsab ġewwa Marsaxlokk?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onoreveoli Interpellant li wara li ngħatat kunsiderazzjoni lill-proposti kollha imressqa, ix-xogħlijiet fuq l-iskal tal-Hardstanding li jinsab ġewwa Marsaxlokk diġa bdew. Ix-xogħlijiet li għaddejin fuq l-iskal jinkludu allinjamenti ġodda tal-mollijiet biex it-traveller’s hoist crane ta’ 50 tunnellata ikun jista’ jopera minn fuq l-art mingħajr il-ħtieġa li jinżel fil-baħar. Dawn ix-xogħlijiet qiegħdin isiru bl-iskop li tiżdied s-sigurtà u ma’ ssirx ħsara lill-istess crane. Diġa sar ix-xogħol ta’ irdim u formazzjoni ta’ art tal-konkos rinfurzat li jinkludi wkoll sistema ta’ drejns u oil separator. Sar ukoll it-twessih tal-parti ta’ barra fejn jidħlu l-bastimenti permezz ta’ pjattaformi li jistrieħu fuq piles tal-konkos rinfurzat biex ikun jista’ jiġi akkomodat dan il-hoist crane. Ix-xogħol fuq l-ewwel pjattaforma tlesta’ u bħalissa għaddej x-xogħol fuq it-tieni pjattaforma fejn diġa’ tqiegħdu il-piles tal-konkos rinfurzat biex tkun tista’ titwessa din il-parti wkoll.