ESF u l-ERDF — evalwazzjoni tal-Managing Authority
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti ta’ evalwazzjoni tal-Managing Authority fuq skemi finanzjati mill-ESF u l-ERDF li jikkonċernaw inċentivi relatati mal-ħaddiema u s-suq tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Managing Authority, jew l-Awtorità ta’ Ġestjoni ma nehdietx evalwazzjoni fuq l-iskemi. Madanakollu, jiena nfurmat li l-Awtorità ta’ Ġestjoni qegħda tipprepara d-dokumenti meħtieġa sabiex toħroġ żewġ sejħiet għal offerti fuq is-suq biex isiru evalwazzjonijiet fuq il-Programm Operattiv I u l-Programm Operattiv II.
Malta Enterprise — Energy efficiency measures for the Hospitality Sector
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minnmindu twaqfet l-iskema "Energy efficiency measures for the Hospitality Sector" tal-MaltaEnterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn taliskema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li din l-informazzjoni tiġi klassifikata skont it-tip ta’ intrapriżi u numru ta’ ħaddiemaimpjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ebda kumpanija ma ssottomettiet applikazzjoni għal din l-iskema. Madankollu, ta’ min jinnota illi taħt l-iskema ERDF Energy ġew approvati 28 intrapriża li joperaw fis-settur tal-ospitalità. Dawn flimkien ibbenefikaw minn total ta’ €1,227,483. Din l-iskema kienet ukoll iffukata fuq miżuri li jtejbu l-użu tal-enerġija.
Malta Enterprise — Interest Rate Subsidy Scheme for the Refurbishment of Hotels and Restaurants
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "Interest Rate Subsidy for the Refurbishment of Hotels and Restuarants" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievewJista' jara li din l-informazzjoni tiġi klassifikata skont it-tip ta’ intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-iskema Interest Rate Subsidy Scheme for the Refurbishment of Hotels and Restaurants daħlet fis-seħħ fl-2011.
Fl-2011, seba’ kumpaniji ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €1,042,530.91. Il-Malta Enterprise ma żżommx dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji. Madankollu ta’ min jinnota li kollha jaqgħu taħt id-daqs ta’ SME kif definit mill-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "SME Development Grants" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-iskema SME Development Grants daħlet fis-seħħ fl-2005.
45 kumpanija ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €200,545. Is-sistemi ta informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa biss għall-SMEs kif definit mill-Unjoni Ewropea. Dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jaghti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "Exploratory Award" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-iskema Exploratory Award daħlet fis-seħħ fl-2005.
4 kumpaniji ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €34,078. Is-sistemi ta informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa biss għall-SMEs kif definit mill-Unjoni Ewropea.
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jaghti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "Innovative Start-ups" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-iskema Innovative Start-Ups daħlet fis-seħħ fl-2005.
36 kumpaniji ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €254,326. Is-sistemi ta informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li ġeneralment l-applikanti ta’ din l-iskema ikunu ta’ daqs mikro minħabba il-ġeneru ta’ l-iskema. Dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li hemm rikoverati fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Kemm minn dawn il-pazjenti m'għandhomx il-karta tal-identità maqluba fuq l-istess residenza? Kemm kien in-numru ta' persuni rikoverati f'din ir-residenza, u li marru jivvotaw fid-diversi lokalitajiet li kellhom l-elezzjoni tal-kunsill lokali nhar is-Sibt 10 ta' Marzu, 2012? Kemm marru jivvoaw f'kull lokalità u b'liema mezzi ta' trasport inġarru dawk li fil-fatt ivvotaw barra mir-residenza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta' pazjenti li hemm rikoverati fir-Residenza San Vinċenz de Paule jammontaw għal-elf mija u sebgħa u erbgħin sodda, (1,147) maqsuma bħala tlett mija u erba’ u tletin irġiel (334), tmien mija u erba nisa (804) u disa’ sodod respite.
Meta teskludi id-disa’ sodod
respite
peress li dawn il-pazjenti jidddaħlu ġewwa San Vinċenz għal perjodu definit u stipulat minn qabel, mill-aħħar Reġistru Elettorali li kien ippublikat kien hemm wieħed u disgħin (91) persuna li m'għandhomx il-karta tal-identità maqluba fuq l-istess residenza.
Mill-wieħed u disgħin (91) persuna eliġibli, kien hemm tlieta u tletin (33) persuna li marru jivvotaw fid-diversi lokalitajiet li kellhom l-elezzjoni tal-kunsill lokali nhar is-Sibt 10 ta' Marzu, 2012, u erba (4) minn dawn il-persuni kienu meħuda mill-qraba tagħhom filwaqt li l-persuni l-oħrajn ittieħdu bit-trasport ta’ San Vinċenz.
Peress li r-residenza San Vinċenz tinbidel f’post ta’ votazzjoni u tkun regolata lill-Kummisjoni Elettorali, l-informazzjoni ta’ kif jivvotaw u fejn ikunu jivvotaw jinzammu mill-Kummissjoni.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li qed tiġrilhom ħsara fil-proprjetà minħabba l-għeruq ta' siġra li hemm biswit il-bitħa tagħhom fi Ġnien l-Armier f'Ħal Qormi?
Huwa possibli li tinstab soluzzjoni mid-Dipartiment tal-Agrikoltura biex jekk inhu possibli din is-siġra tkun rilokata f'post ieħor minħabba l-ħsara li qed iħabbtu wiċċhom magħha din il-familja tant li kellhom jibdlu l-madum tad-dar? Jista' jara x'jista' jsir peress li diġà lmentaw mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi dwar din il-problema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbiltà għal dan il-ġnien imsemmi kienet devoluta lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi u għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari responsabbili mill-Gvern Lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari W536 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm persuni Għawdxin li ngħataw sussidju mill-Gozo Channel minħabba ħtieġa ta' kura ta' mard tal-kanċer f'Malta f'dawn l-aħħar sentejn, kull xahar separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Arriva — Rabat Għawdex - Bus shelter ta' Pjazza Savina
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Arriva mhux qed tieqaf u tgħabbi n-nies mill-bus shelter li hemm f'Pjazza Savina fir-Rabat Għawdex u minflok tal-linja qed tibqa sejra triq Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni fejn hemm stop imma mhemmx bus shelter?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li, normalment, ir-rotta tat-Trasport Pubbliku ma tgħaddix minn Pjazza Savina iżda minn Triq ta` Wara s-Sur, Triq l-Imgħallem, Triq Sant Ursula għal Triq Papa Ġwanni Pawlu ll, u għalhekk l-imsemmija bus shelter fi Pjazza Savina ma' hiex qed tintuża. Kienet saret bus stop temporanja fi Triq Papa Ġwanni Pawlu II, kantuniera ma' Triq ta' Wara s-Sur fuq talba tal-Kunsill Lokali ta l-Għarb. Infurmat ukoll li fi Triq Papa Ġwanni Pawlu II hemm bus shelter oħra iktar 'il quddiem minn fejn hemm il-bus stop temporanja.
Preżentament, ir-rotta fid-direzzjoni tal-Punent ta' Għawdex tgħaddi minn Pjazza Savina, minħabba x-xogħlijiet li qegħdin isiru fit-toroq prinċipali tar-Rabat Għawdex u għalhekk l-imsemmija
bus shelter
qed tintuża temporanjament. Jien infurmat li Transport Malta se tiġbed l-attenzjoni tal-Operatur sabiex il-karrozzi tal-linja jibdew jieqfu fuq din il-
bus shelter
ladarba l-vetturi tiegħu bħalissa qed jgħaddu minn hemm.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm daħlu impjegati u l-informazzjoni l-oħra mitluba. Rigward kemm irtiraw, irriżenjaw, tkeċċew, eċċ., ninsab infurmat li dawn kienu 566.
tibdil fir-rotta li tmur minn San Pawl il-Baħar għal Tas-Sliema
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċesarji biex il-karozza tal-linja li tmur tas-Sliema tibda tgħaddi minn San Pawl il-Baħar minflok ma tgħaddi mill-bypass, bil-konsegwenza li n-nies li joqogħdu San Pawl il-Baħar u li jridu jmorru tas-Sliema mhux qed jinqdew b'dan is-servizz minkejja li jgħaddi mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli fi Transport Malta li jara li x-xogħol li jkun sar rigward road markings u traffic signs ikun sar fuq linji gwida internazzjonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li huwa r-Roads and Infrastructure Directorate fi ħdan Transport Malta li huwa responsabbli mill-materja in kwistjoni.
Ħal Balzan — Triq il-Wied - xogħol ta' Tarmak/Patching/Manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsir xogħol ta' tarmak u/jew patching u/jew manutenzjoni fi Triq il-Wied, Ħal Balzan peress li l-kunsill lokali jidher li m'għandux fondi biex jagħmilha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — flus f'konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jghid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — kuntratti għas-servizz ta' skrivani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq l-Għastun l-Ikħal f'Ħal Farruġ li għandha bżonn tinbena peress li qatt ma ngħatat tarmac taqax fir-responsabilità ta' Transport Malta jew tal-kunsill lokali? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-triq tkun irranġata minħabba l-istat li tinsab fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi site-plan ta' din it-triq biex Transport Malta tkun tista' tispezzjonaha.
Billi numru ta' toroq madwar l-inħawi tal-uffiċċji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, (mhux dawk li qed isir ix-xogħol fuqhom) tkissru matul l-aħħar ġimgħat, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi raġuni partikulari għaliex qed iseħħu dawn il-ħsarat estensivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor interpellant sabiex ikun aktar speċifiku u jindika liema huma t-toroq li qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tiegħu
Għarb — Kumpens għall-art li se tittieħed biex titwessa triq
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 31765 u 31594, peress li skont il-Ministru jidher li hemm diffikulta biex tiġi identifikata l-parti meħuda, peress li qed jintbagħtu separatament is-site plans minn fejn jirriżultaw id-dettalji kollha mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari, jista' issa l-Ministru jwieġeb u jgħid meta ser jingħata l-kumpens għat-teħid tal-art biex titwessa' t-triq?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li l-Kummissarju tal-Artijiet ma kellu ebda talba biex l-art indikata fuq site plans li ntbagħtu separatament tiġi esproprijata u konsegwentement jitħallas kumpens lis-sidien skont it-termini tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skop Pubbliku (Kap 88). Ta’ min jgħid ukoll li l-Kummissarju tal-Artijiet m’għandu l-ebda informazzjoni dwar jekk l-art in kwistjoni ġietx utilizzata minn xi entità oħra tal-Gvern u għalhekk din il-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministeru li taħtu taqa’ l-entità li qegħda tokkupa l-art.