Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratturi li ħadmu jew li qed jaħdmu mat-Transport Malta mill-2010? Jista' jindika u jispeċifika x-xogħlijiet li ngħataw dawn il-kuntratturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-gvern u l-entitajiet pubbliċi jidħlu f'numru kbir ta' kuntratti għal servizzi, prodotti, kostruzzjoni u xogħlijiet. Nitlob għalhekk lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Transport Malta — collective agreement mhux imġedded
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-collecive agreement fi ħdan Transport Malta għadu ma ġiex imġedded? Jista' jgħid meta dan it-tiġdid se jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-negozjati dwar ftehim kollettiv ġdid għaddejjin bħalissa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-enforcement officers fi ħdan Transport Malta mhumiex qed jesegwixxu parti mix-xogħol tagħhom bħala fixed point u dan kemm ilu li t-task force mwaqqfa ħadet ir-responsabilità ta' tmexxija tas-servizz tat-Trasport Pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa l-enforcement officers qegħdin jimxu ma' direttivi tal-union li tirrapreżenthom u għalhekk mhux qed jesegwixxu uħud mix-xogħlijiet tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa involuta sabiex bus shelter li sar f'Ottubru 2011 tmexxa mill-Imġarr għar-Rabat ġewwa Għawdex? Jista' jgħid lil min Transport Malta għaddiet dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ġiex mogħti b'direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma mexxiet l-ebda bus shelter mill-Imġarr għar-Rabat Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex saret distinzjoni bejn il-ħaddiema ta' Transport Malta meta ġie mogħti bonus fl-aħħar tas-sena? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li ttieħdet din il-deċiżjoni meta dawn jagħmlu l-istess xogħol bħala l-impjegati l-oħra fl-istess awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
L-iskop tal-performance bonus hu li jagħmel distinzjoni bejn il-performance tal-ħaddiema skont kriterji stabbiliti. Għalkemm ix-xogħol f'xi każi jista' jkun l-istess, minn naħa l-oħra, l-mod kif isir ix-xogħol jista' jkun differenti. Dan għalhekk jirrifletti fil-bonus li jingħata.
Jista' l-Ministru jgħid fir-rigward tad-Disposizzjonijiet mħabbra permezz ta' Avviż Legali 44 tal-2012, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-miżuri humiex se jiġu applikati wkoll fil-konfront ta' awtoritajiet u entitajiet oħra li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nimmaġina li l-Onor Interpellant jaf li l-liġijiet tal-pajjiż huma applikabbli għal kulħadd.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu l-mod li bih titmexxa l-proċedura ħalli jkun hemm stallazzjoni ta' bozza ġdida, fi ħdan il-Korporazzjoni Enemalta? Wara li kunsill lokali jkun applika għal tali bozza x'inhuma d-diversi proċessi li jintużaw ħalli dik il-bozza titwaħħal?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi il-proċess li bih issir stallazzjoni ta’ bozza ġdida jikkonsisti f’żewġ partijiet. Fl-ewwel parti il-Kunsill Lokali jissotometti l-proposta lill-Enemalta biex tiġi vvetjata. Il-proposta tiġi ċċekjata mill-street lighting section u approvata jew le mill-Manager. Il-Kunsill Lokali jiġi nfurmat bir-riżultat. Fit–tieni parti wara li l-kunsill lokali jkun installa l-bozza, jissotometti applikazzjoni biex tiġi kkonnetjata mas-sistema tal-elettriku. Din tiġi pproċessata flimkien ma’ applikazzjonijiet oħra bħalha.
San Pawl il-Baħar — Triq it-Turisti - arbli mwaħħla fuq il-bankina
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienet ir-raġuni li għaliha twaħħlu fuq il-bankina numru ta' arbli fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar? F'każijiet fejn l-arbli jiċċaqilqu minħabba ħteġijiet ta' bini li jkun se jinbena, min ikun responsabbli ħalli dawk il-wires jergghu jitpoġġew f'posthom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-arbli li twaħħlu fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar saru biex jkun jista’ jsir twaqqih ta’ bini. Hija responsabbiltà tal-Enemalta li terġa’ tpoġġi l-wires li jappertjenu lill-Enemalta mal-bini, jekk ikun meħtieġ, wara li l-bini jkun tlesta.
Tista' l-Ministru tgħid jekk kenux finalizzati x-xogħlijiet infrastrutturali u ta' titjib fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'San Ġiljan? Jekk iva, kemm kienet l-ispiża totali tax-xogħlijiet? Sar il-pagament finali għal dawn ix-xogħlijiet? Dawn ix-xogħlijiet kienu kollha sanzjonati bil-permessi meħtieġa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħolijiet infrastrutturali u ta' titjib fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'San Ġiljan ġew iffinalizzati. Sa issa tħallsu total ta’ € 315,572.04 lilll-kuntrattur u somma ta’ € 163,068.33 lill-kuntrattur ieħor. L-aħħar kontijiet tax-xogħlijiet li saru se jiġu fformulati la darba l-MRRA jikkonfermaw u jkejlu l-aħħar xogħol li sar. Għaldaqstant il-pagament finali għadu ma sarx. Fejn applikabli, ix-xogħolijiet ġew sanzjonati mill-MEPA u hemm pendenti sanzjoni waħda relatata ma’ estensjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħlas ta' overtime ta' Ottubru u Novembru 2011 fid-Dipartiment tal-Public Works għadu ma tħallasx? Meta se jitħallas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment għad-Disinn u t-Twettiq ta' Proġetti (dak li kien magħruf bħala Public Works) ma hemmx ħlasijiet pendenti għar-rigward ta’ overtime. F’każ li l-Onorevoli Interpellant għandha informazzjoni dwar xi claim/s pendenti, nitlobha tgħaddili d-dettalji ħalli tkun tista’ issir l-verifika neċessarja.
Tista' l-Minsitru telenka minn Marzu 2008 sal-lum, il-kummissjonijiet li ġie mitlub jagħmel ir-rettur tal-Università u kemm minn dawn tħallas għalihom u b'kemm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-Università ta’ Malta, ir-Rettur ma jitħallas xejn għajr il-paga skont il-pakkett ta’ remunerazzjoni stabbilit mill-Kunsill fl-2006.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom 'il fuq minn 18-il sena u li għandhom ċittadinanza Maltija? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' votanti reġistrati fir-reġistru elettorali ta' Malta u Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onor Interpellant illi n-numru ta’ Maltin irreġistrati bħala votanti, fir-reġistru elettorali ta’ Malta u Għawdex skont l-aħħar reġistru ppubblikat, jiġifieri dak ta’ Ottubru 2011 huwa ta’ 328,088.
L-informazzjoni mitluba għall-ewwel parti tal-mistoqsija qed tiġi miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-persuni li qed jingħataw is-servizz ta' home help f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali? Ma' din l-informazzjoni, jista' jagħti tagħrif dwar kemm huma n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti minn persuni li jixtiequ/għandhom bżonn dan il-home help u li għandhom applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jispjega fid-dettal fil-prattika xi jfisser Artiklu 5 intitolat sigħat annwalizzati f'dan l-Avviż Legali 46 tal-2012 u cioè: "5. (1) F'kull settur, kemm jekk dawn is-setturi jkunu koperti b'Ordni tal-Kunsill tal-Pagi biex jirregola l-Pagi u kemm jekk mhumiex, il-prinċipal jista' jintroduċi skemi għall-banking ta' sigħat, fejn sa massimu ta' 376 siegħa normali ta' xogħol annwali f'kull sena kalendarja jistgħu jiġu banked, u għalhekk sigħat żejda minbarra s-sigħat normali ta' xogħol f'ġimgħa jitħallew jinħadmu f'perjodu ta' attività ta' xogħol aktar intensiva illi jiġu mfidija f'perjodi ta' attività ta' xogħol anqas intensiva billi jkun hemm sigħat ta' xogħol anqas mis-sigħat normali ta' xogħol fil-ġimgħa."?
Dan se jkun ifisser li per eżempju li:
a) mara tal-familja li tant qed inħeġġu biex tkompli fid-dinja tax-xogħol, se jkollha tiffaċċja perjodi ta' attività ta' xogħol b'sigħat straordinarji, jiġifieri aktar minn dak li tkun ftehmet fil-bidu ta' impjieg;
b) raġel tal-familja li jkollu part-time job bħala secondary employment minħabba ċ-ċirkostanzi finanzjarji tal-familja tiegħu, se jkollu perjodi ta' attività ta' xogħol b'sigħat straordinarji, fejn imbagħad ma jkunx jista' jkompli bil-part-time job?
Jista' l-Ministru jispjega jekk dan l-artiklu hux jieħu in konsiderazzjoni l-aspett tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, li jistgħu jiġu mġegħla jaħdmu sigħat ta' xogħol straordinarji a detriment ta' saħħithom? Jekk qed jieħu in konsiderazzjoni dan l-aspett ta' saħħa u sigurtà, jista' jispjega kif?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Tajjeb li jigi iccarat li l-Avviz Legali 46/2012 ma jżidx siegħat ta' xogħol maħdumin tul sena. Il-prinċipal xorta jibqa' obbligat josserva l-istess numru ta’ sigħat ta’ xogħol skont il-kundizzjonijiet tax-xogħol stabbiliti mil-liġi. Dan l-avviż legali li għamel hu li daħħal il-kunċett ta’ sigħat annwalizzati. B’ hekk, filwaqt li n-numru tas-sigħat normali maħdumin f’sena ma nbidlux, ingħatat il-possibilità, dejjem jekk il-prinċipal iħoss li hu utli għall-operat aħjar tal-intrapriża tiegħu, li tali siegħat ta’ xogħol li jkun hemm bżonn li jinħadmu jiġu imfassla b’mod aħjar biex jindirizzaw kemm perjodi ta’ xogħol iktar kwieti minn normal kif ukoll perjodi fejn ikun hemm iktar xogħol mill-medja.
B’din is-sistema ta’
banking
il-prinċipal huwa obbligat li jagħti lill-ħaddiema bil-miktub
roster
ta’ sigħat ta’ xogħol għal erba’ ġimgħat bil-quddiem, liema
roster
jispeċifika x’se jkun in-numru ta’ siegħat normali li jkunu se jinħadmu f’dak il-perjodu. Dawn is-sigħat normali ta’ xogħol jistgħu jvarjaw f’perjodi differenti u li jista’ jkunu jkopru sigħat aktar jew inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa f’perjodu partikulari. Però, il-ħaddiem jibqa’ jirċievi l-istess ammont ta’ paga ekwivalenti għal erbgħin siegħa fil-ġimgħa irrispettivament minn jekk ikunx ħadem inqas jew iktar siegħat.
Għaldaqstant il-prinċipal jista’ jippjana b’mod flessibbli l-ħin normali tax-xogħol skont l-eżigenzi tal-volum ta’ xogħol li jkun hemm bżonn f’perjodi differenti tas-sena.
F’dak li jitratta saħħa u sigurtà, l-Avviż Legali, fir-regolament 1(2) jagħmilha ċara li l-istess regolamenti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regolamenti tal-2003 dwar l-Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol. Ghaldaqstant il-protezzjoni li l-liġi diġà tipprovdi biex tipproteġi lill-ħaddiema ma ġietx affettwata u tipprevali fuq dan l-avviż legali. Fir-regolamenti tal-Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol, il-ħaddiem għandu dritt li jagħżel hu jekk iridx li jaħdem aktar minn medja ta’ erbgħin siegħa xogħol fil-ġimgħa. U dan ma nbidilx.
użu ta' punteġjatura Maltija fl-ismijiet mogħtija lit-tfal
Question
B’referenza għall-istorja li kien hemm fl-aħbarijiet fir-rigward ta’ koppja li xtaqet tagħti lil wild tagħha isem li jinkiteb b’ittri tal-alfabett Malti, jista’ l-Ministru jikkonferma li din il-problema se tiġi solvuta? F’każ li huwa hekk, jista’ l-Ministru jagħti data sa meta dan se jsir? F’każ li dawn il-ġenituri jirreġistraw lil wild tagħhom bis-sistema preżenti, se tingħata l-opportunità li jbiddlu l-isem mingħajr spejjeż addizzjonali hekk kif tiddaħħal il-punteġjatura Maltija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jiftaħ l-istaġun tar-rebbiegħa 2012 għall-kaċċa?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-gvern ikun jista’ jwieġeb din il-mistoqsija ġaladarba jirċievi, jistudja u jiddeċiedi fuq il-parir tal-Kumitat Ornis dwar jekk u taħt liema kundizzjonijiet għandu jinfetaħ l-istaġun tar-Rebbiegħa għall-kaċċa. Il-parir tal-Kumitat Ornis mistenni li jgħaddi għand il-gvern fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'għadux għaddej il-proċess ta' moniteraġġ tal-istandards tal-lifts kif stabbilit mil-Unjoni Ewroeja bil-għan li tipproteġi lill-konsumaturi?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li skond LN 231 ta' 2007 - Spezzjoni ta' Liftijiet, hija l-persuna responsabli mil-lift li jrid jara li dan jiġi perjodikament spezzjonat minn Korp Awtorizzat għall-Valutazzjoni ta’ Konformità u għalhekk tkun assigurata l-protezjoni ta' min juzaħ.
Barra min hekk l-Awtorita' Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur għanda programm anwali ta' moniteraġġ ta'
lifts
li
jifforma parti minn programm iżjed vast ta' sorveljanza tas-suq.
Għawdex — direct orders mogħtija mill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-kunsilli lokali f'Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament għal kull
kunsill, d-dettalji dwar ix-xogħol u l-pagamenti relattivi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-Onorevoli Interpellant jifhem u japprezza li kull ammont taħt il-€1,164.69 hu permess li jingħata minn Kunsill Lokali permezz ta’ direct order. Għaldaqstant dan ifisser li x-xiri anke ta’ oġġetti żgħar, bħal stationery isir permezz ta’ direct order. Japprezza għalhekk li l-ammont ta’ xiri li jsir b’dan il-mod huma ferm voluminuż.
L-Onorevoli Interpellant hu għaldaqstant ġentilment mitlub jindika x’valur u x’tip ta’ xogħol, servizz jew oġġetti qed jistaqsi dwarhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32825 u jgħid kemm sigħat ta' okkupanza ta' sodod li ma ġewx utilizzati fl-Isptar Mater Dei s-sena l-oħra? Fost dawn kien hemm minnhom li huma single rooms?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din l-informazzjoni li qed tintalab ma tistax tingħata skont in-numru ta’ siegħat li s-sodod ma ġewx okkupati fl-Isptar mater Dei is-sena l-oħra. L- informazzjoni li tista’ tingħata hija tal- average percentage bed occupancy, li hija ta’ 91% għas-sena 2011. Din l- istatistika ma’ tinkludix sodod li jintużaw għall- day cases.
Din l-informazzjoni ma tistax tingħata għall-‘
single rooms
’.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għall-post alternattiv tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ipproċċessat l-applikazzjoni tal-individwu in kwestjoni u qiegħda nkluża mal-applikanti l-oħra li għandhom bżonn akkommodazzjoni alternattiva.
Fil-prezent l-Awtorità tad-Djar għandha 405 kaz li huma
sharing
accomodation.
Sakemm l-awtorità taghti post alternattiva, l-applikant huwa mħeġġeg biex jikri mis-settur privat taht l-iskema R fejn tapplika għall-sussidju fuq il-kera (Skema R).