Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — impjegati self employed
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32404 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persuni li huma self-employedfil-Ministeru, dipartimenti u f'xi entita oħra huma għaxra u dawn jagħmlu xogħol ta' HR Consultant; quantity surveying; road design; port & state control inspections; assistenza fuq desktop support; vessel traffic service operations; traffic management services u amminstrazzjoni fl-avjazzjoni.
B'referenza għall-mili tal-kariga ta' CEO ta' Heritage Malta, jista' l-Ministru jgħid għaliex inħatar l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament bħala CEO ta' Heritage Malta meta ma kienx wieħed mill-applikanti meta saret sejħa pubblika? Kif intagħżel? X'kwalifiki għandu fil-qasam tat-tmexxija tal-wirt storiku u fil-qasam tar-restawr? Kemm hu s-salarju tiegħu u x'inhuma l-kundizzjoniet oħrajn li għandu? Kemm hi twila t-tenuta (tenure) tiegħu fil-kariga?
Response (DEMARCO, MARIO)
Infurmat li wara li Heritage Malta ippublikat zewg sejhiet pubblici, wahda fi Frar tal-2010 u ohra f’Awissu tal-2011, u wara li fiz-zewg sejhiet, minn dawk li applikaw ma’ nstab hadd li kien ikkunsidrat addattat ghal kariga, il-Gvern fuq talba tal-Bord ta’ Heritage Malta, iddecieda li l-persuna imsemmija ghandha tigi detailed mal-Agenzija skond Art 18 tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap 445). Il-persuna imsemmija minbarra li ghandha il-kwalifiki u l-esperjenza li jissodisfaw dak li gie mitlub fis-sejhiet imsemmija, kienet ukoll tokkupa il-kariga ta’ Segretarju Permanenti fis-servizz pubbliku.
Għal kumplament tat-tweġiba nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 32826.
Heritage Malta — flus ivvotati għall-Forti Sant Anġlu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus vvotati minn Heritage Malta għall-Forti Sant Anġlu fl-2009, 2010 u 2011 u kemm intefqu minnhom?
Response (DEMARCO, MARIO)
Fil-budget ghas-sena 2010 kienu kommessi €1.5m ghal Forti Sant’ Anġlu mill-fondi nazzjonali. Fl-2011 kien hemm €1m filwaqt li ghas-sena 2012 l-vot huwa ta’ €350,000. S’issa intefqu (inkluz xoghol li huwa kommess) €481,300 fuq dawn ix-xoghlijiet.
F’dawn is-snin sar ix-xoghol kollu ta’ preparazzjoni mehtieg, inkluzi s-
surveying
, applikazzjonijiet lill-MEPA, Cost Benefit Analysis, etc., sabiex giet mitfugha applikazzjoni ghall-fondi mill-ERDF.
Saru wkoll dawn ix-xoghlijiet: restawr tas-saqaf tal-polverista, restawr tal-qanpiena tal-Assedju u xi strutturi ohra li kienu perikolanti, inkluz opramorta ma’ rampa li twassal mil-livell t’isfel ghal-livell mezzan tal-Forti. Tnehhew tunnellati kbar ta’ materjal li kien jinsab fil-Forti. Saret ukoll investigazzjoni arkeologika fid-dahla principali tal-fortizza sabiex setghat tinhareg l-offerta tar-restawr ta’ l-istess dahla. Tnehhew strutturi moderni ta’ wara l-1979 li ma kienux jirrispettaw l-importanza storika tal-Forti, fosthom is-
swimming pool
. Dan ix-xahar se jibda x-xoghol mehtieg fuq ir-restawr tal-bieb, filwaqt li hemm appell fuq l-offerta ghax-xoghol ta’ restawr tar-rampa li twassal ghad-dahla ewlenija tal-forti.
Fadal xoghlijiet ohra li jridu jsiru u li jridu jithallsu minn dan il-vot. Dawn jinkludu, fost l-ohrajn, il-bini mill-gdid tal-volta fid-dahla tal-Forti, kif ukoll ir-rikostruzzjoni tat-troll mgarraf tas-
sally port
li jwassal ghall-Batterija ta’ de Guiral. Dan it-tender, li huwa stmat li jammonta ghal madwar €300,000 se jigi ppubblikat fil-gimghat li gejjin.
Barra minn hekk, sabiex jitwaqqaf id-dhul minghajr kontroll gewwa l-fortizza, u jinqered il- vandalizmu, mill-2008 sal-lum intefqu wkoll €217,372 ohra sabiex ikun hemm servizz kontinwu ta’ sigurtà mal-Forti.
Sadanittant fi Frar ta’ din is-sena gie approvat il-progett ghal Forti Sant Anglu ko-finanzjat mill-ERDF li jammonta ghal €13.4m.
Heritage Malta — informazzjoni dwar il-kap tal-proġetti
Question
B'referenza għall-perit li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li kien kap tad-dokumentazzjoni f'Heritage Malta (HM) li irriżenja biex inħatar konsulent fl-istess Heritage Malta għall-proġetti ERDF u reġa' rriżenja qabel m'għalaqlu l-kuntratt biex reġa' nħatar din id-darba bħala kap tal-proġetti fl-istess Heritage Malta, jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki ghandu fil-qasam tat-tmexxija tal-wirt storiku u fil-qasam tar-restawr dan il-perit? Kemm hu s-salarju tiegħu, inkluż bonuses u benefiċċji oħra?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninsab infurmat li l-perit imsemmi ggradwa mill-Universita’ ta’ Malta f’Novembru ta’ l-2002 fil-Baċċelerat għall-Arkitettura u Inġinerija, u ngħata l-
warrant
ta’ Perit fl-2004. Huwa kompla l-istudji tiegħu fl-Universita ta’ Malta bejn l-2004 u l-2007, fejn iggradwa f’livell ta’ Masters fil-Konservazjoni tal-bini (Conservation Technology for Masonry Buildings)
.
Mill-2002 sa l-2007, huwa kien jaħdem fil-kamp privat, bħala perit speċjalizzat fir-restawr.
Mill-2008 sa l-2011 dan il-perit kien impjegat f’livell ta’
manager
mal-aġenzija, l-ewwel bħala
manager
fid-dipartiment tad-Dokumentazzjoni u mbagħad fuq kuntratt definit bħala
Project Manager
fuq il-proġett ta’ l-ERDF 032 (Ġgantija, Tarxien u Katakombi ta’ San Pawl).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Kap tad-Dipartiment tal-Proġetti li fih id-dettalji kollha mitluba fil-kumplament tal-mistoqsija.
Tas-Silġ u San Pawl Milqi — kuntratt tal-missjoni arkijeloġika
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta waqqfet il-kuntratt tal-missjoni arkijeloġika Taljana għal Tas-Silġ u San Pawl Milqi? X'inhuma l-pjaniet għal dawn iż-żewġ siti?
Response (DEMARCO, MARIO)
Heritage Malta bħala operatur tas-siti fdati lilha mill-Gvern, qatt ma kellha kuntratt mal-Missione Archeologica Italiana dwar Tas-Silġ u San Pawl Milqi. L-attivitajiet tal-Missione kienu regolati skont il-permessi li joħroġ is-Sovrintendent tal-Wirt Kulturali, li huwa r-regolatur f’dan il-qasam. L-aħħar permess f’dan ir-rigward għal Tas-Silġ skada fl-2011. Bħalissa qed titħejja pubblikazzjoni dwar l-iskavi. Heritage Malta f’dan l-istadju qed tipprepara sabiex tissottometti applikazzjoni għall-proġett taħt il-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea.
L-investigazzjonijiet arkeoloġiċi f’San Pawl Milqi twaqqfu mill-
Missione
stess. Heritage Malta u s-Sovrintendent tal-Wirt Kultura qed jistennew ir-rapport dwar dawn l-istudji. Heritage Malta qed taħdem biex tissottometti applikazzjoni lill-MEPA sabiex jibda r-restawr tal-knisja, u qed tikkollabora mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar sabiex iġġib finanzjament mill-Unjoni Ewropea biex tibda d-dokumentazzjoni u r-rapporti meħtieġa sabiex tkun tista’ ssir proposta ta’ proġett fuq dan is-sit. Din il-proposta tinkludi il-konservazzjoni tal-fdalijiet u l-interpretazzjoni ta’ dan is-sit bl-iskop aħħari li dan ikun aċċessibli għall-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-fond tal Bank of Valletta għat-Tempji ta' Ħal Tarxien u għalxiex intnefqu? X'sar minnu l-proġett tal- ERDF għal tinda u visitor centre?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninsab infurmat li mill-fond tal-BOV għat-Tempji ta’ Ħal Tarxien, li kien jammonta ghal €262,054 s’issa ntefqu €36,855 . Dawn intefqu ghall-preparamenti meħtieġa qabel ma jibda l-bini tal-
Visitor Centre
, kif ukoll għall-monitoraġġ tal-ambjent neċessarju għad-disinn ta’ tinda protettiva. Il-bilanċ li fadal fil-fond se jintefaq fuq il-bini tal-Visitor Centre. Iżda peress li dan il-bilanċ mhux biżżejjed għal dan l-iskop, dan il-proġett jista’ jibda meta jinstabu l-fondi kollha neċessarji. Il-
Visitor Centre
qatt ma kien parti mill-proġett tal-ERDF.
Il-progett tal-ERDF jinkludi l-bini ta’
walkway
u ta’ tinda protettiva. Il-
walkway
qed tiġi stallata bhalissa. It-
tender
għall-bini tat-tinda protettiva (stmat ghal madwar €1.45m), gie ppublikat f’Gunju 2011, iżda l-edba offerta ma’ ġiet magħżula. Għalhekk il-proċess issa qiegħed f’fażi ta’ negozjati ma’ dawk kollha li tefgħu offerta l-ewwel darba. Madanakollu diġà nbeda xogħol ta’ skavar arkeoloġiku bi preparazzjoni għall-fażi ta’ kostruzzjoni tat-tinda.
Barra minn hekk, bħala parti mill-proġett tal-ERDF, diġà tlestew it-3D
laser scanning
tat-tempju, l-istallazzjoni ta’
weather station
, studju dwar ‘Limits of Acceptable Change’, kif ukoll qed jiġi konkluż l-istudju biologiku fuq is-sit.
Treated Seweage Effluent Master Plan u Sewerage Infrastructure Master Plan
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn ir-rapporti:
a) Treated Sewage Effluent Master Plan 2008; u
b) Sewerage Infrastructure Master Plan 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena fl-aħħar ħames snin kemm il-gvern daħħal flus minn multi li ġew ikkundannati fil-qrati tal-maġistrati fuq reati relatati mal-kaċċa u insib?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Direttorat tal-Qrati Kriminali Malta:
Id-direttorat tal-Qrati Kriminali ma jżommx statistika separata tal-multi imposti mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) fil-kawżi tal-Infurzar tal-Ligi Amministrattivi liema kawżi jkopru ukoll reati rigward kaċċa u insib.
L-istatistika li qed tingħata tkopri l-multi kollha li ġew imposti mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) sena b’sena fuq reati dwar l-Infurzar tal-Liġi Amministrattiva irrispettivament jekk il-multi imposti kenux reati fuq kaċċa u insib.
SENA
MULTI IMPOSTI
2007
€57,884.93
2008
€59,622.47
2009
€115,162.00
2010
€137,110.00
2011
€130,733.00
Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex):
Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ma tinżammx statistika separarata dwar it-tip ta’ reat li għalih il-qorti tkun ikkundannat multa.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — allowances mħallsa lill-impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab għall-perjodu Marzu 2011 sa' Frar 2012, fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — allowances mħallsa lill-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-allowances indikati mill-Onor. Interpellant li tħallsu l-impjegati fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħi fl-aħħar sena kienu ta’ €748,866.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances mħallsa lill-Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — allowances mħallsa lill-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — allowances mħallsa lill-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ seduta oħra.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32588 u 32237 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32636.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jitwaħħlu smart meters? Kemm twaħħlu s'issa? Meta beda x-xogħol ta' twaħħil? Meta huwa stmat li fil-fatt se jitlesta x-xogħol ta' twaħħil? Kemm huwa n-numru ta' meters mwaħħla li kellhom jidbiddlu? X'kienet il-ħsara fil-meters mibdulin? Min qed jagħmel tajjeb għal din il-ħsara? It-trasmissjoni ta' data mill-meters għaċ-ċentru kkomputerizzat ġiet ippruvata? Jekk iva, x'kienu r-riżultati? Jeżistu problemi fit-trasmissjoni tad-data? Jekk jeżistu, x'inhuma dawn il-problemi, x'inhi l-kawża, u kif qed/se tiġi indirizzata din il-problema?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi b’kollox se jiġu nstallati 267,356 smart meter f’Malta u Għawdex. S’issa ġew installati 135,361 meter, u l-kumplament huwa ppjanat li jitlestew sal-bidu tal-2013. Bl-installazzjoni ta’ l-ismart meters, se tissaħħaħ l-effiċjenza tas-sistema ta’ l-elettriku, jitnaqqas is-serq u jingħata servizz aħjar lill-konsumatur.
Il-proġett ta’ l-ismart meters beda b’pilot project ta’ 5,000 meter f’April tal-2009. Ix-xogħol ta’ installazzjoni beda mbagħad fit-tieni kwart tal-2010.
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta’
meters
irrapurtati bil-ħsara kien ta’ 594. Il-ħsarat ġew irrapurtati jew għax jinqraw ħażin, għax waqfu jaħdmu jew għaliex imkissrin. Dawn il-
meters
se jiġu rritornati lis-
supplier
biex jiġu mibdulin mingħajr ħlas.
It-trasmissjoni ta’
data
mill-
meters
għaċ-ċentru kkomputerizzat ġiet ppruvata u ttestjata. Infatti hemm (aktar minn 5,000 meter) li qed jinħarġilhom il-kont fuq l-informazzjoni li jitrasmettu.
Ninsab infurmat illi hemm numru ta’ problemi li huma relatati ma’ komunikazzjoni li jaffetwaw individwalment jew numru ta’
meters
. Dawn jinkludu:
1. Storbju minħabba l-infrastruttura tal-
electricity network
li jintuża’ bħala l-
medium
tal-komunikazzjoni, u li s’issa kien hemm ftit każijiet minnhom.
Setups
alternattivi ġew ippruvati biex jingħelbu l-limitazzjonijijet tal-infrastruttura; u
2. Distribuzzjoni tal-infrastruttura fejn il-lokalità tas-
signal repeater
tal-
meters
hija bżonnjuża biex tiżgura li jkun hemm komunikazzjoni tajba.
Il-Korporazzjoni Enemalta identifikat is-soluzzjonijiet għal dawn il-problemi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li s-Suq tal-Belt se jingħata lill-privat? Jekk iva, kif se jingħata u għaliex? Fil-każ li se jiġri dan, x'se jiġri minn dawk li jiddependu għal ħobżhom mill-posti mikrija għandhom hemm hekk? Jista' l-Ministru jgħid ukoll għaliex is-Suq tal-Belt mhux isirlu manutenzjoni, per eżempju bħas-soqfa joqtru, toilets pubbliċi imkissrin u l-escalator ilu wieqaf is-snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern ma huwiex infurmat li s-Suq tal-Belt ser jitneħħa jew jingħata lill-Privat. Il-manutenzjoni tas-Suq tal-Belt mhijiex responsabbiltà ta’ dan il-ministeru.
Ħal Qormi -Triq Dun Ġorġ Fenech — għalqa mimlija ġrieden
Question
Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tinforza l-bini ta' ħajt ta' għalqa fi Triq Dun Ġorġ Fenech f'Ħal Qormi, liema għalqa timtela biż-żibel u b'konsegwenza b'infestazzjoni ta' ġrieden?
Tal-Pietà — Skola Primarja - kmamar mogħtija lilhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid hux jikkonsidra li l-kmamar li kienu jagħmlu parti mill-Iskola għal Persuni b'Diżabilità u li llum qed jintużaw minn xi impjegati tad-Dipartiment tas-Saħħa, li jgħaddihom lura lill-Iskola Primarja ta' Tal-Pietà fejn jistgħu jiġu użati għal skopijiet edukattivi? Jekk iva, meta dawn il-kmamar se jgħaddu lill-iskola u jekk le, għaliex, fil-kuntest ta' xi pjanijiet li jista' jkollu l-istess dipartiment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kmamar li jagħmlu parti mill-kantina tal-Iskola Primarja tal-Pietà qegħdin jintużaw mis-sezzjoni tal-manutenzjoni tal-isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech. Dan ix-xogħol huwa parti mill-proġett ta’ tisbiħ li qed isir fis-swali ta’ dan l-isptar. Nista’ nikkonferma li kien hemm diskussjoni bl-għan ta’ trasferiment tal-Unit mill-iskola għall-isptar, liema diskussjonijiet iridu jiġu konklużi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29089 u 29518 u cioè : Peress li r-riżoluzzjoni mgħoddija mill-Parlament dwar it-trasferiment tal-propjetà tat-Tarzna ta’ Bormla lill-kumpanija Palumbo tinkludi pjan li jorbot lil Palumbo jinvesti €5.45 miljun fl-ewwel sena u €5.3 miljun fit-tieni sena fit-tarzna ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jinforma:
a) kemm attwalment hija n-nefqa totali sal-lum minn Palumbo f’investiment fit-tarzna ta’ Bormla;
b) liema huma l-proġetti attwali ta’ investiment minn Palumbo u kemm intnefaq s'issa fuq kull wieħed minnhom;
ċ) b’liema mod il-gvern qiegħed jassigura li l-impenn ta’ Palumbo li jinvesti qed jitwettaq skont il-ftehim; u
d) jekk Palumbo qiegħed jagħmel xi spejjeż għall-manteniment tal-impjant, dawn l-ispejjeż hux qed jiġu mgħoddija bħala investiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29518.