Legislature:
Category:
Reset
Active:

persuni li tressqu l-qorti akkużati bit-traffikar ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li tressqu l-qorti akkużati bi traffikar ta' persuni matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Skont informazzjoni li tinżamm għand il-Pulizija jirriżulta illi fl-2007 tressqu żewġ każi ġodda l-Qorti fuq allegat traffikar ta’ persuni. Tressqu tlett (3) persuni f’kull każ akkużati b’dan ir-rejat, dawn huma kollha ta’ nazzjonalità Maltija. Fl-2008 kien hemm każ wieħed ta’ allegat traffikar tal-persuni u tressqu il-Qorti tlett (3) persuni, dawn ukoll ta’ Nazzjonalità Maltija. Fl-2009 u l-2010 ma kienx hemm każijiet ta’ din in-natura mressqa il-Qorti pero’ kien hemm każ ġdid irreġistrat fis-sena 2011. Kienu tressqu erba’ (4) persuni, tnejn ta’ nazzjonalita’ Maltija u tnejn ta’ nazzjonalita’ Rumena fuq dan il-każ.
Leg 11 PQ #32674 Sitting 459 2012-03-21 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Qasam Industrijali tax-Xewkija — kumpanija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qed iħaddmu nies bejniethom it-33 kumpanija li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ fl-aħħar ta’ Frar 2012, il-35 kumpaniji li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija kienu jħaddmu 540 persuna fuq bażi full-time u part-time.
Leg 11 PQ #32707 Sitting 459 2012-03-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Education 22 Channel il-ġdid

Question

Tista' l-Ministru tgħid min se jkun qed imexxi r-revamped Education 22 Channel? Min huma d-diretturi l-ġodda? X'budget allocation għandhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Education 22 issa sar jagħmel parti mill-PBS u se jibda jissejjaħ TVM2. Dan ser ikun immexxi mill-istess Diretturi tal-Bordijiet tal-PBS. Il-budget dovut huwa ta’ €500,000.

Qtugħ tal-benefiċċju tal-Enerġija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31517, jista' l-Ministru jara li kopja tal-ittra tintbagħat fl-indirizz it-tajjeb liema indirizz qiegħed jintbagħat separatament peress li l-persuna inkwestjoni qiegħda tinformani li għadha ma rċevitx il-korrispondenza mid-dipartiment?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Jien infurmat li ntbagħatet ittra oħra fl-indirizz indikat mill-Onorevoli Interpellant.

Kartuna Roża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31856 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jara li tinħareġ il-kartuna r-roża tal-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament peress li dan ħalla kartuna biex iġibulu l-pilloli u issa infurmawh li tilfu l-kartuna?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.

service charge għall-industrija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32398 u jgħid jekk is-service charge għall-industrija daħlitx fis-seħħ jew le? Jekk fl-affermattiv, kemm hija s-service charge u minn meta daħlet fis-seħħ? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-industrial estates li ġew milquta? Kif qed taħdem din il-proċedura u x’inhu r-rwol tal-Malta Enterprise fit-tħaddim tagħha? Jista’ jgħid ukoll jekk inħarġux xi tenders u jekk fl-affermattiv kemm kienu dawk li tefgħu t-tender? Min ingħata dan jew dawn il-kuntratti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-kunċett ta’ service charge ma ġiex introdott riċentament, iżda kien introdott minn żmien il-Malta Development Corporation (MDC) fl-1998 u sussegwentement kull kuntratt li ġie magħmul minn mindu ilha mwaqqfa l-Malta Industrial Parks jinkludi s-service charge. Preżentement is-service charge hija ta' €3.50 kull metru kwadru għal dawk il-kuntratti ġodda li ġew iffirmati wara l-1 ta' Ottubru 2009. Kuntratti viġenti ma ġewx mittiefsa u hemm diversi rati differenti jew saħansitra m'hemmx provvediment għal ħlas ta' service charge. L-għan tas- service charge dejjem kien li jipprovdi għall-manutenzjoni taż-żoni industrijali li l-fabbriki kkonċernati kienu joperaw minnhom. Is-service charge kienet dejjem tapplika għaż-żoni industrijali kollha amministrati mill-Malta Industrial Parks Limited skond il-liġi u hija l-Malta Industrial Parks li tħaddem is-service charge. Il-proċedura hija waħda stabbilita f'kull kuntratt fejn tinħareġ invoice kull tlett xhur. Il-Gvern qed jinvesti miljuni ta’ ewro biex ikompli jtejjeb iż-żoni industrijali, filwaqt li l-industrija għandha tkun responsabbli u marbuta bi ftehim għal manutenzjoni tal-istess żoni. Il-kunċett tas- service charge hu li l-flus li jinġabru għal manutenzjoni taż-żoni industrijali jiġu utilizzati għal dan l-iskop biss. Għal dan il-għan qed naraw li jkun hemm sistema strutturata, ta’ ftehim maniġerjali li jġorr l-obbligu għal manutenzjoni u s-servizzi telatati. Din l-istruttura tista tkun miftuħa għal tenants infushom f’dik iż-żona jew uħud minnhom. Il-Gvern qed jipproponi rati massimi ta service charge biex jiġi assigurat li kullħadd jagħti il-kontribut tiegħu b’mod ugwali. Madanakollu jekk mill-offerta li tinħareġ għal facility management tkun aktar baxxa, jingħata kreditu lill-istess tenants ta’ dak li jkun tħallas żejjed. Ma nħareġ l-ebda tender fuq is- service charge , għalkemm ir-responsabbiltà biex tinġabar is- service charge kienet waħda biss mid-diversi funzjonijiet li ġew enumerati f’żewġ public service concessions għall- outsourcing ta’ facilities management ġewwa Safi Aviation Park u ż-żoni industrijali ta’ Bulebel. Għal public service concession ta’ Safi Aviation Park, kien hemm entita’ waħda biss li tefgħet il-proposta tagħha, filwaqt li kien hemm erba’ entitajiet li tefgħu l-proposti tagħhom għaz-zona industrijali ta’ Bulebel. L-ebda kuntratt għadu ma ngħata għal dawn il- concessions .
Leg 11 PQ #32761 Sitting 459 2012-03-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32399 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32402 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ITS — lecturers part-time

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32323, tista’ l-Ministru tgħid f’liema kors qed jingħataw il-lectures għal kull suġġett mgħallem minn lecturer fuq kuntratt definit f’dan it-tieni semestru għas-sena akkademika 2011/2012 fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ITS — lecturers fuq kuntratt definit

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm suġġetti mgħallma minn persuni fuq kuntratt definit fis-sena akkademika 2009/2010, 2010/2011 u fl-ewwel semestru fis-sena akkademika 2011/2012 fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi? X’kienu l-kwalifiki tal-lecturers ingaġġati għal kull suġġett u kemm ingħata ħlas għal kull suġġett? X’kienu r-rati ta’ ħlas fis-siegħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Applikazzjoni għal-learning support assistant

Question

Tista' l-Ministru tagħmel arranġamenti biex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata għajnuna biex tidher quddiem l-iStatementing Board minħabba li din il-persuna għandha bżonn urġenti ta' learning support assistant?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dan l-istudent se jingħata appuntament kemm jista’ jkun malajr tul din is-sena skolastika, skont il-lista ta’ reġistrazzjoni.

Applikazzjoni għal Learning Support Assistant fl-MCAST

Question

Tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament jingħata l-għajnuna li qed jitlob fil-kors li qed isegwi fl-MCAST?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kulleġġ Malti ta’ l-Arti Xjenza u Teknoloġija permezz tas-sezzjoni ta’ l-inklużjoni joffri għajnuna lil studenti bi bżonnijiet partikulari. It-talbiet għal din l-għajnuna jsiru lill-istess sezzjoni meta l-istudent prospettiv jitfa’ l-applikazzjoni tiegħu f’Lulju/Settembru. F’dan il-kas speċifiku l-istudent ma kienx jidher fuq il-listi tas-sezzjoni ta’ l-inklużjoni qabel Jannar 2012 u għalhekk ma setax jibbenifika minn xi forma ta’ għajnuna li joffri l-istess Kulleġġ fis-sena li għaddiet. Nixtieq inżid li din is-sena l-Kulleġġ ħa diversi miżuri biex iżid l-ammont ta’ sigħat ta’ servizz ta’ LSAs, fosthom billi offra lill-LSAs li diġa’ jimpjega miegħu kuntratt full-time . Qabel dawn kienu kollha jaħdmu sigħat imnaqqsa. Bħalissa għaddej l-proċess sabiex jiġu ngaġġjati aktar learning support assistants biex tingħata assistenza lill-istudenti li għandhom ħtieġa.
Leg 11 PQ #32797 Sitting 459 2012-03-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' Pixxina fir-Rabat Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-offerta għall-bini ta’ pixxini fir-Rabat Għawdex ħarġitx? Jekk iva x'inhu n-numru tagħha? Jekk le, x’qed iżomm milli tinħareġ? Fejn wasal il-proċess? Tista’ tgħid jekk dan il-proġett hux ko-finanzjat minn fondi Ewropej ukoll?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-offerta għall-bini ta' pixxina fir-Rabat Għawdex għadha ma ħarġitx. It-Tender for the Construction of Hoarding and Earth works at the Gozo Natatorium (Swimming Pool) qiegħda fil-proċess biex tiġi vvetjata mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Dan il-proġett m'huwiex ko-finanzjat minn fondi Ewropej.
Leg 11 PQ #32798 Sitting 459 2012-03-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università ta' Malta — studenti barranin li qed isegwu korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti barranin isegwu korsijiet fl-Università ta' Malta? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont in-nazzjonalità tagħhom u skont il-kors li qed isegwu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MEPA — kisi ta' passaġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wieħed għandux bżonn il-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiksi passaġġ fir-raba bil-konkrit?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li normalment dan it-tip ta' xogħol jirrikjedi permess tal-MEPA sakemm ma jkunx xogħol ta' manutenzjoni. Peress li kull każ hemm bżonn li jiġi evalwat fuq il-merti tiegħu, jkun aħjar jekk l-Onor. Interpellant jagħti l-informazzjoni preċiża biex dan jiġi ivverifikat.
Leg 11 PQ #32800 Sitting 459 2012-03-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Direttur Ġenerali tal-proġetti settorali — żvilupp u implementazzjoni ta strategy and support

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti settorali li d-Direttur Ġenerali (Strategy and Support) hija responsabbli għall-iżvilupp u implimentazzjoni tagħhom? X’inhija r-responsabilità tagħha fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat Ġenerali (Strategy and Support) huwa responsabbli minn tliet dipartimenti li fil-preżent qed jimplimentaw proġetti relatati mas-setturi tat-turiżmu, ambjent, infrastruttura bażika u żvilupp tar-riżorsi umani. Ir-responsabiltajiet tad-Direttur Ġenerali (Strategy and Support) huma speċifikati fil-position description marbuta ma' din il-pożizzjoni.

Programmi finanzjarji — ħlas minn Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013 f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu l-Uffiċju tal-Prim Ministru.

Sptar Mater Dei — riżultat tas-CT Scans aċċessibli

Question

Peress li r-riżultati tas-CT Scans li jsiru f'Għawdex huma aċċessibbli mill-isptar f'Malta, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawn ir-riżultati ma jiġux rapportati f’Għawdex taħt is-superviżjoni online f’Malta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 32406 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Peress illi l-Ministeru, d-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà politika tiegħi ma jżommux informazzjoni ta’ dawk li jagħtu servizz humiex “self-employed” jew “kumpanija” nitlob lill-Onor. Interpellant jistax ikun aktar speċifiku għal liema settur jew kategorija ta’ servizz jew xogħol qed jirreferi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32403 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.