Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabli li jsegwi dak li jkun qed jiġri fil-komunità li jista' jkun ta' dannu għas-saħħa tal-poplu tagħna? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u r-rapporti li tali aġenzija/dipartiment jew nukleu ta' ħaddiema li għandhom fejn dawn jikkonfermaw li l-antenni tat-telefonija ċellolari ma tagħmilx ħsara lill-poplu tagħna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kull antenna tat-telefonija ċellolari stallata f’Malta u Għawdex ġiet approvata u ittestjata mill-Awtorita` kompetenti li hija l-Awtorita` ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni biex tikkonferma l-livelli ta’ radjazzjoni rakkomandati għall-pubbliku skont ir-rapport “Report on recommendations for limiting Human Exposure to Time-varying electric, magnetic and electromagnetic fields in the frequency range from 0 Hz to 300 GHz” maħruġ mill-International Commission on Non-Ionizing Radiation Protection (ICNIRP). (Anness 1)
It-testijiet fuq dawn l-antenni isiru skont il-frekwenza li fiha jkun qed jopera l-apparat li jkun qiegħed jiġi ttestjat kif ukoll skont ir-Rakkomandazjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-limitazzjonijiet ta’
exposure
tal-pubbliku in ġenerali għar-radjazzjoni elettromanjetika (0 Hz to 300 GHz) (1999/519/EC).
Is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika timxi fuq ir-rakkmandazzjonijiet li toħroġ l-Organiżżazzjoni Dinjija tas-Saħħa li tirrevedi l-implikazzjonijiet fuq is-saħħa minn radjazzjoni elettromanjetika minn antenni tat-telefonija ċellolari. S’issa l-Oganiżżazzjoni Dinjija tas-Saħħa ikkonkludiet li m’hemm l-ebda effett sostantzjali fuq is-saħħa relatat ma’ livelli ta’ radjazzjoni elettromanjetika minn dawn l-antenni.
Nista ukoll ninkonferma li mit-testijiet li saru s’issa fuq dawn l-antenni mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, il-livelli ta’ radjazzjoni elettromanjetika f’persentaġġi tal-livell massimu aċċettabli skont ir-rapport imsemmi hawn fuq, kienu dejjem aktar baxxi minn dawk rakkomandati għall-pubbliku. Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet jistgħu jinstabu fuq il-paġna elettronika tal-istess awtorità. Għal rapporti aktar dettaljati fuq dawn l-antenni nitlob lil Onor. Intelpellant jagħmel din it-talba lill-Ministru kkonċernat.
Is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika tibbaża r-rakkomandazzjonijiet tagħha fuq l-istudji mondjali.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ġew importati bird skins u bird trophies minn barra l-Ewropa fis-sena 2011? Kemm saru testijiet (lab tests), kemm kienet l-ispiża ta' dawn it-testijiet u min ħallas għal dawn it-testijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm daħlu nies l-emerġenza jbatu minn hypotermia matul ix-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2011 u Jannar u Frar 2012? Jista' jagħti statistika ta' kemm kien hemm anzjani li batew minn din il-kundizzjoni fil-komunità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mit-tagħrif miġbur permezz tas-sistemi Hosptial Activity Analysis u A&E Module, in-numru ta’ pazjenti li daħlu l-emerġenża jbatu minn hypothermia (kodiċi ICD-10 T68 u R68.0) matul ix-xhur ta' Ottubru, Novembru, Diċembru 2011 u Jannar u Frar 2012 jinsab irrapurtat fit-tabella hawn taħt:
Xahar
Numru ta' Każijiet
Ottubru 2011
3
Novembru 2011
3
Diċembru 2011
9
Jannar 2012
22
Frar 2012
25
In-numru għal- Frar 2012 huwa proviżorju. Il-maġġoranża tal-pazjenti li żgħaru l-emerġenża jbatu minn hypothermia iżżamew l-isptar għal-iżjed kura.
Id-dipartiment m’għandux statistika dwar anzjani li setgħu batew minn hypothermia u m’attendewx fl-isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew is-smoking area shelters fl-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kuntrattur issottometta l-kont relattiv għax-xogħlijiet li għamel fuq l-ismoking shelters. Bħal issa dan qed jiġi ivverifikat mit-tekniċi tal-Isptar Mater Dei. Għaldaqstant l-ammont finali ta’ kemm ġew jiswew dawn l-smoking shelters ma jistax jingħata għalissa.
Jista' l-Ministru jgħid min bena s-smoking area shelters tal-Isptar Mater Dei u jekk kienx hawn sejħa pubblika qabel ma ntgħażel il-kuntrattur aħħari?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kienet ippublikata sejħa għall-offerti għall-bini ta’ external smoking shelters fis-27 ta’ Lulju 2011 taħt ir-referenza PD58/11. It-tender ingħata lill-Messrs Building Management System.
Jista' l-Ministru jgħid b’kollox kemm mistennija tlaħħaq in-nefqa tal-gvern fuq l-interconnector ma' Sqallija u kemm se tiġi għajnuna mill-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq l-interconnector ma’ Sqallija mistennija tlaħħaq mal-€200 miljun. Din in-nefqa tinkludi l-ispiża tal-apparat li jrid jitpoġġa fil-Magħtab, tal-cables u t-tqegħid tagħhom fil-baħar u fl-art, tal-apparat u permessi li hemm bżonn fi Sqallija sabiex l-interconnector jitqabbad mas-sistema elettrika Taljana, u tal-istudji u xogħol ieħor meħtieġ kemm għat-tqegħid tal-cables kif ukoll sabiex jiġu ppreparati l-applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini u x-xogħlijiet f’Malta u fl-Italja. L-għajnuna mill-Unjoni Ewropea ser tkun ta’ €20 miljun.
B’dan l-investiment, pajjiżna se jkun f’pożizzjoni li jitfi għal kollox il-
power station
tal-Marsa.
Billi l-Ministru ġie kkwotat li qal li t-tnaqqis fil-Budget 2012 ta' nefqa ta' madwar €40 miljun sar biex il-gvern ikollu flessibilità biżżejjed biex ikun jista' jlaħħaq ma' problemi li jistgħu jinqalgħu bħal fil-każ tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid kif jirrikonċilja dan kollu mal-fatt li t-tnaqqis ma ġiex b’riżultat ta’ xi strateġija maħsuba u mfassla mill-Gvern Malti, iżda ġie impost fuqna mill-Kummissjoni Ewropea nnifisha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tnaqqis ta’ madwar €40 miljun mill-Budget tal-2012 qiegħed isir bħala prekawzjoni sabiex il-gvern ikollu flessibilità biżżejjed li jsiru aġġustamenti skont il-bżonnijiet li jistgħu jinqalgħu. Mhux minnu li din id-deċiżjoni ġiet imposta fuqna mill-Kummissjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jgħid meta kuntrattur responsabbli mill-esportazzjoni tal-RDF – refuse derived fuel jiltaqa' ma' xi diffikultajiet li jxekklu l-eżekuzzjoni sħiħa tal-kuntratt tiegħu, il-kuntratt jibqa' validu? Jekk iva, jitħalla jitfa' offerti għal tenders oħrajn simili ġodda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta jinqalagħu diffikultajiet fuq eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ tender tal-RDF dawn jiġu evalwati bl-istess mod bħal fi kwalinkwe tender iehor, u jekk jirriżulta li dawn id-diffikultajiet huma riżultat ta’ kawżi li-kuntrattur m’għandux kontroll fuqhom, il-kuntrattur jingħata ċ-ċans jottempera ruħu, jekk dan ma jkunx possibbli, jkunu implimentati l-passi skond ma jippermetti l-kuntratt.
Peress li s-Sativex u Bedrocan huma uħud mill-mediċini derivati mill-kannabis li wieħed jista' jsib fi Stati Ewropej, jista' l-Ministru jgħid kif jista' l-konsumatur Malti jixtri din il-mediċina jekk tiġi preskritta lilu mit-tabib? Il-gvern lest li jipprovdi din il-mediċina?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li biex prodott mediċinali jiġi wżat f’Malta jeħtieġ li ssir applikazzjoni mid-Detentur tal-Awtorizzazzjoni fuq is-Suq tal-prodott biex dan jiġi reġistrat f’Malta. S’issa l-Awtorità dwar il-Liċenzjar tal-Mediċini ma irċeviet l-ebda applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-imsemmijin prodotti Sative®x u Bedrocan®. Qabel ma’ tinħareġ licenzja, l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jiġu evalwati mill-Awtorità tal-Mediċini.
Kemm
Sativex®
kif ukoll
Bedrocan®
ma jinstabux fil-Formularju tal-Gvern u l-anqas m’hemm applikazzjoniet biex jiġu nklużi fil-Formularju tal-Gvern.
persuna li tidħol f'Malta u jkollha preskrizzjoni ta’ Bedrocan jew Sativex
Question
Jekk persuna tkun qed tivvjaġġa minn pajjiż fiż-żona Schengen u jkollha preskrizzjoni ta’ Bedrocan jew Sativex mit-tabib tagħha, jista' l-Ministru jgħid jekk hi u dieħla f'Malta bil-mediċini tagħha, din hux se tiġi mwaqqfa jew arrestata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ġarr ta’ sustanzi narkotiċi għal skop ta’ trattament mediku huwa rregolat mix-Schengen Agreement. Għalhekk kull ġarr ta' dawn is-sustanzi, inkluż dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, għandu jsir skont kif jipprovdi l-Art. 75 tal-istess Agreement li jgħid:-
1
. "As regards the movement of travellers to the territories
of the contracting parties or their movement within these territories, persons may carry the narcotic drugs and psychotropic substances that are necessary for their medical treatment provided that, at any check, they produce a certificate issued or authenticated by a competent authority of their State of residence.
2.
The Executive Committee shall lay down the form and content of the certificate referred to in paragraph 1 and issued by one of the contracting parties, with particular reference to details on the nature and quantity of the products and substances and the duration of the journey.
3.
The contracting parties shall notify each other of the authorities responsible for the issue and authentication of the certificate referred to in paragraph 2.
" , kif ukoll l-annessa, li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Minn informazzjoni li ġbarna minn onkoliġisti Maltin jidher li pazjenti tal-kanċer Maltin fl-Ingilterra ġieli jingħataw xi tip ta' kannabis medika, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju u evalwazzjoni xierqa dwar jekk din għandhiex tibda tiġi provduta lill-pazjenti tal-kanċer f'pajjiżna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ebda forma ta’ kannabis mediċinali ma hija liċenzjata f’Malta jew tinstab fil-Formularju tal-Gvern. Evalwazzjoni xierqa issir meta ssir applikazzjoni biex mediċina liċenzjata f’Malta tddaħħal fil-Formularju tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk f'kull inċident serju tat-traffiku jsirx toxicology report fuq dawk involuti? Jekk iva, x’perċentwali minn dawn instabilhom livell ta’ alkoħol ogħla minn dak stipulat mil-liġi tas-sewqan? Kemm minn dawn kienu fatali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fid-dipartiment tal-emerġenza eżamijiet tossikoloġiċi isiru għal skopijiet mediċi u mhux mediko-legali. Dawn l-eżamijiet isiru fuq il-pazjenti kollha li jkunu mitlufin minn sensihom, konfuzi jew juru sinjali oħra newroloġiċi jew ikun hemm suspetti kliniċi oħra li l-pazjent jista jkun taħt effett ta' xi sustanza. Dawn l-eżamijiet għaldaqstant isiru f'dawk l-inċidenti tat-traffiku fejn il-pazjenti jkollhom dawn is-sinjali.
Id-dipartiment tal-emerġenza ma jzommx dawn il-perċentwali. Ir-riżultati ta' dawn l-eżamijiet ikunu mehmuzin fil-file mediku tal-individwu.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32237 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32636.
Liġi dwar id-Drittijiet Ċivili Diġitali dwar l-użu tal-internet
Question
Billi l-Prim Ministru ftit ilu kien sejjaħ press call urġenti biex iħabbar it-tħejjija ta' liġi dwar id-drittijiet ċivili diġitali dwar l-użu tal-internet, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan l-abbozz, meta mistenni jitressaq għall-ewwel qari u meta huwa maħsub li jibda jiġi diskuss fil-Parlament - indipendentement minn kwalunkwe eżitu li jista' jkun hemm dwar it-trattat tal-ACTA u dan aktar u aktar billi abbozz ta' liġi li tħabbar ftit jew wisq fl-istess żmien dwar reati omofobiċi, kellu jitressaq fil-Parlamentar f'dawn il-jiem?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern qiegħed jipprepara abbozz ta’ liġi li jwettaq dak li qal il-Prim Ministru dwar id-drittijiet ċivili ġodda relatati mal-internet.
Billi allegatament l-art li hemm faċċata tal-parti mibnija ta' Triq Emvin Cremona fl-Imsida hija tal-Joint Office, u billi l-ħajt tal-istess art huwa mwaqqa' b'periklu għal kull min ikun għaddej minn hemm, jista' l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa ħalli jissolva dan l-inkonvenjent?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Peress li mad-domanda tal-Onorevoli Membru ma kien hemm l-ebda pjanta li turi fejn qiegħed l-imsemmi ħajt imwaqqa’, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern se jieħu ħsieb li immedjatament issir spezzjoni sabiex naraw fejn qiegħed eżatt dan il-ħajt peress li jista’ jkun li l-art fejn hemm dan il-ħajt hija mikrija lil terzi. Wara li ssir din l-ispezzjoni, tkun tista’ tittieħed l-azzjoni meħtieġa skont il-każ.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 32976.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — tnaqqis mill-budget
Question
Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 32681.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32977.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi l-gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja wkoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi essenzjali bħas-servizzi soċjali jew ta’ għajnuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b’ebda mod m’hu se jimpattaw professjonijiet kruċjali fosthom ta’ professjonisti fil-qasam tal-kura tat-tfal.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-Gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol.
Il-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta u l-Konsumatur wkoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi essenzjali bħal servizzi varji lin-negozju u is-
self employed,
assistenza fil-affarijiet tal-Konsumatur, jew ta’ għajnuniet u assistenza differenti skond il-kaz. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b’ebda mod m’hu se jimpattaw dawk il-professjonijiet ikkunsidrati kruċjali bhal qasam legali u dak tekniku.