Tiġdid tal-kuntratt bejn il-Gvern u l-Konsorzju ELC
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt ta' tisbiħ u landscaping bejn il-gvern u l-Konsorzju ELC hux se jiskadi din is-sena? Jista' jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar it-tidid mill-ġdid ta' dan il-kuntratt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31706 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intalbet tħallas mal-€1000 bħala spiża meta kienet rikoverata l-isptar? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti spjegazzjoni kif waslu għal dan l-ammont?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32122.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tnaqqsilha ammont ta' aktar minn €1000 mill-pensjoni tagħha?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Peress li ftit ilu d-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ skema sabiex ikun jista' jinfeda ċ-ċens fuq proprjetà residenzjali, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix skema simili għal proprjetà kummerċjali? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li skema simili tkun imnedija fil-futur għal proprjetà kummerċjali?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema eżistenti għal fidi ta’ ċnus fuq proprjeta’ residenzjali tnediet sabiex aktar individwi jkunu jistgħu isiru sidien ta’ darhom u ma teżisti l-ebda skema simili għal fidi ta’ ċnus dovuti fuq proprjeta’ kummerċjali. Ma hemm l-ebda ħsieb li fil-futur qarib ikun hemm xi skema simili għal proprjeta’ kummerċjali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw għall-aħħar sejħa għal Drama Teachers to serve in the Peripatetic Service in State Colleges and at the Drama Unit ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-aħħar sejħa għal
Applications for Drama Teachers to serve in the Peripatetic Service in State Colleges and the Drama Unit in Malta
kien hemm 29 applikazzjoni, 26 minn Malta u 3 minn Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-pensjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kif ukoll qed jintalab iħallas ħlas lura bħala over payment is-somma ta' €1912 u dan kull m'għandu dħul mill-pensjoni barranija hija mat-€28 fix-xahar?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li jiġi ċċekkjat is-sussidju għall-enerġija li jirċievi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li qegħdin ħames minn nies u l-ammont li qed jirċievi jidher baxx wisq?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Jien infurmat li d-Dipartiment mhux f’posizzjoni jagħti t-tweġiba minħabba nuqqas ta’ dettalji personali mogħtija mill-interpellant. Għaldaqstnat nitlob l-interpellant jipprovdi iżjed dettalji tal-persuna li fuqha saret l-interpellanza sabiex id-Dipartiment ikun jista jagħti l-informazzjoni.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Prim Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.
Ministeru tal-Affarijier Barranin — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Viċi Prim Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin matul l-2011 inħarġu għaxar (10) sejħiet għal applikazzjonijiet lokalment fejn ġew ingaġġati għaxar(10) persuni. Tnejn(2) minnhom huma fuq kuntratt definit u t-tmienja (8) l-oħra huma fuq kuntratt indefinit.
L-informazzjoni dwar gradi/nomenklatura ta' mpjieg hija kif ġej :-
1 Assistent Direttur
8 Second Secretaries
1 Technical Attache'
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33029, jista' l-Ministru jgħid jekk it-talbiet li ma ġewx aċċettati għadhomx qed jiġu kkunsidrati jew le? Jekk le, dawk involuti għad jistgħu japplikaw għal xi forma ta' skemi oħra li għad jistgħu joħorġu?
Response (DEMARCO, MARIO)
It-talbiet li ma ġewx aċċettati ma kellomx sucċċess fil-proċess tal-evalwazzjoni li issa hija magħluqa. Għalhekk m’għadhomx qed jiġu kkunsidrati għall-iffinanzjar. Kull sejħa hija separata u dawn l-applikanti jistgħu jerġgħu jitfgħu applikazzjoni ġdida taħt sejħa oħra.
Hemm possibilta li jkun hemm ir-raba’ sejħa taħt din l-istess skema. Din isseħħ biss jekk ikun hemm ammont ta’ flus li jiġu mfaddla mis-sejħiet ta’ qabel. Applikanti li għandhom proġetti ta’ turiżmu sostenibbli li għadhom ma ġewx mibdija jistgħu japplikaw.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru aċċettax talbiet minn bdiewa li marru biex jirrapurtaw ħsarat li seħħew wara l-aħħar maltempati, kemm minħabba x-xita kif ukoll minħabba l-irjieħat qawwija li kien hemm waqt l-istess maltempati? Jekk kien hemm struttura li tilqa' tali talbiet, kemm kien hemm bdiewa li rreġistraw it-talbiet tagħhom? Jekk ma kienx hemm struttra biex tilqa' dawn it-talbiet għaliex seħħ dan u jista' jirrimedja din is-sitwazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment bħal ma ġara qabel dejjem laqa’ rapporti simili minn għand il-bdiewa mingħajr il-ħtieġa li jkun hemm xi struttura partikolari. Preżenetment l-informazzjoni miġbura għadha qiegħda tkun analizzata u evalwata.
Arranġamenti mal-kunsilli lokali waqt attivitajiet
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33025, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, meta u għal-liema attivitajiet saru l-arranġamenti msemmija fil-lokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr u l-Mosta fil-perjodu msemmi cioè Ottubru 2011 sal-15 ta' Marzu 2012? F'dawn il-każijiet, kien hemm kordinazzjoni mal-kunsilli lokali rispettivi diversi f'dawn l-attivitajiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta’ statistika.
Impjegati ta' dipartiment tal-Gvern u ta' korpi parastatali — xogħol ta' back office
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm impjegati ta’ dipartimenti tal-gvern u ta’ korpi parastatali ġew trasferiti mill-1984 sal-lum minn Malta għal Għawdex biex jagħmlu xogħol ta’ back office? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont (i) id-dipartiment jew korp parastatali minn fejn ġew trasferiti; (ii) in-natura u t-tip tax-xogħol li ġie trasferit għal Għawdex; (iii) il-grad tal-ħaddiema trasferiti; u (iv) d-data tat-trasferiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Niġbed l-attenzjoni li l-Onorevoli Interpellant qed jitlob informazzjoni li tmur lura 28 sena. Dan ifisser li sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba, l-Gvern għandu bżonn jiddedika diversi riżorsi umani li nemmen li jistgħu jintużaw b’mod ħafna aħjar u iktar produttiv. Għalhekk, jekk ma jkollix raġuni suffiċjenti, ma nħoss li jkun sew li nuża dawn ir-riżorsi sabiex niġbor din l-istatistika.
L-Imġarr — car park tat-terminal - spazji ta' parkeġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm spazji ta’ parkeġġ hemm fil-car park tat-terminal tal-Imġarr? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-ispazji huma riservati u għal min huma riservati? Jista’ jagħti din l-informazzjoni bin-numru ta’ spazji riservati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tad-Djar tar-residenti ta' blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jiġi stallat lift f'dan il-blokk?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li is-sit in kwistjoni, jifforma parti mill-lista ta’ blokki li jmiss biex jinħarġilhom tender għall-istallar ta’ lift fil-partijiet komuni tagħhom.