Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għammieri — Animal Welfare - tender dwar xiri ta' ikel

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29080, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żvilupp fis-sens jekk l-appell dwar it-tender kienx ġie deċiż? Jekk kien ġie deċiż, jista' jgħid x'kien l-eżitu tal-appell? Jekk il-każ għadu mhux deċiż, jista' jgħid xi proċedura qed tintuża biex jinxtara l-ikel għal klieb miżuma fl-Animal Welfare fl-Għammieri u mingħand liema supplier qed jinxtara l-ikel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33053, 32719, 32510 u 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — protection order fuq tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal Għawdxin li hemm bżonn li dwarhom tinħareġ protection order? X'inhi r-raġuni li dawn il-protection orders mhumiex jinħarġu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhalissa m'hemmx tfal Ghawdxin li dwarhom hemm bzonn tinhareg protection order.

infurzar tal-Avviż Legali 315

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta bdiet tiġi infurzata Regulation 7 tal-Avviż Legali 315 tal-2004? Iħoss il-Ministru li din il-proċedura ġdida qed tkun ta' xkiel għall-importaturi lokali? Jista' jgħid jekk din il-prattika hijiex addottata f'pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel d-domanda tiegħu lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur.
Leg 11 PQ #33247 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

RRAG — approval għall-impjiegi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid skont RRAG fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru x'kien l-approval għall-impjiegi għas-sena 2011 u għal tul l-2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

TVM HD — informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ħarġitx liċenzja għal TVM HD? Meta saret l-applikazzjoni għal-liċenzja? Meta ħarġet il-liċenzja? Billi TVM HD qed ixandar mhux simulatament ma' TVM 1, tista' tgħid jekk TVM HD hux se jkun GIO jew għal skop ta' teleshopping biss?

Response (CRISTINA, DOLORES)

TVM HD mhux stazzjon ġdid. Dan il-kanal qiegħed ixandar bi prova u fuqu tkun tista’ tara programmi li jixxandru fuq TVM iżda fuq dan il-kanal jixxandru u jinqabdu bis-sistema high definition . It-teknoloġija tat-televizjoni wara l-qabża mill- analogue għad-digitali issa miexja biex tagħmel il-qabża għal xandir High Definition (HD ). Hija l-policy tal-Gvern li l-istazzjonijiet tal-PBS ikunu fuq l-avangwardja tat-teknologija biex dejjem jagħtu l-aħjar servizz lill-udjenzi. L-Awtorita’ tax-Xandir ġiet infurmata b’dan l-esperiment. Wieħed jistenna r-riżultat tax-xandir bi prova qabel jieħu deċizjonijiet legali u tekniċi dwar dak meħtieġ li jsir.

Bdil ta' skola

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33133 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31882, jista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex din il-persuna tibda tmur fl-iskola oħra Ħal Far?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jipprovdi l-isem u d-dettalji dwar il-persuna kkoncernata, sabiex inkun nista nwiegeb l-mistoqsija.

pensjoni tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jiġu effetwati emendi kontemplati fl-2003, fir-regolamenti li jirrigwardjaw il-pensjonijiet tal-pulizija fis-sens illi tiġi introdotta l-għażla li l-uffiċjali tal-Pulizija li se jirtiraw ikunu jistgħu jiġu mogħtija flokk din il-pensjoni, pensjoni bir-rata ta' tliet kwarti tal-pensjoni oriġinali flimkien ma' gratifkazzjoni li tkun daqs tnax-il darba u nofs l-ammont li hekk jitnaqqas mill-pensjoni oriġinali jew jekk xi tibdil ieħor huwiex maħsub?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li ma hemm ebda ħsieb li jiġu disturbati l-arranġamenti preżenti għar-rigward tal-pensjoni tas-servizz li jibbenifikaw minnha membri tal-Korp tal-Pulizija.

laboratorju tad-DNA

Question

B'referenza għall-proposta elettorali 265 fil-manifest elettorali, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-laboratorju tad-DNA għall-Korp tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s-sistema tad-DNA li biha l-Pulizija Maltija tkun tista’ tikkompara profili ta’ DNA ta’ persuni suspettati f’reati, tinsab fi stadju avvanzat.

Xemxija — Triq Raddet ir-Roti - open plot

Question

Jista' l-Ministru jara li l-open plot li jinsab fi Triq Raddet ir-Roti, x-Xemxija, u li l-Environmental Health Risk Management - North Region jinsab konxu minnu jingħalaq mill-aktar fis possibbli, sabiex jitwaqqfu l-abbużi li qed jiġu mwettqa fih u tiġi evitata xi disgrazzja jekk dan jingħata n-nar u liema plot jinsab bieb ma bieb ma' proprjetà tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-sena li għaddiet id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali irċieva lment wieħed fit-12 t’Awwissu rigward akkumulu ta’ żibel ġewwa kamra li twassal għal post fil-beraħ ħdejn is-substation tal-Enemalta ġo Triq Raddet ir-Roti. Minn investigazzjonijiet li saru minn uffiċċjal għas-Saħħa Ambjentali dan l-ilment ġie kkonfermat iżda għalkemm saru diversi tentattivi sabiex jinstab is-sid ta’ din il-kamra u tal-plot indikat, is-sid baqa` ma nstabx. Ġie mistoqsi kemm min għamel l-ilment, xi ħaddiema tal-Korporazzjoni tal-Enemalta kif ukoll xi nies li joqgħodu fil-viċin dwar jekk jafux minn huwa s-sid, iżda ħadd minnhom ma kien jaf, għalhekk dan id-Direttorat ma setax jordna sabiex dan iż-zibel jitneħħa. Fil-21 ta’ Marzu, 2012 l-istess uffiċċjal reġa għamel spezzjoni f’din it-Triq iżda l-aċċess għal din il-kamra tneħħa u għalhekk ma setax jikkonferma jekk iż-żibel fil-fatt tneħħiex jew le. Sa dan it-tant, l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejja. Rigward ir-referenza tal-Onor. Interpellant dwar il-possibilita` li dan il-plot jiġi magħluq, nitolbu jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kumitat Amministrattiv Swatar — Segretarju Amministrattiv - ħlas mill-fondi allokati

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-Segretarju Amministrattiv (acting) tal-Kumitat Amministrattiv, Swatar għandu jitħallas mill-fondi allokati lill-kumitat meta dan is-segretarju kien appuntat direttament mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali u dan għaliex il-Kumitat Amministrattiv huwa l-uniku kumitat li jaqa' taħt żewġ kunsilli lokali; tal-Imsida u ta' Birkirkara?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali kien ta b’konċessjoni lill-Kumitat Amministrattiv konċernat, is-servizzi ta’ Aġent Segretarju Eżekuttiv. Kull Segretarju Eżekuttiv tal-Kumitat Amministrattiv jitħallas mill-Kunsill Lokali, ċioe' mill-allokazzjoni li tkun ingħatat lill-Kumitat Amministrattiv. Sallum l-Aġent Segretarju Eżekuttiv tal-Kumitat kkonċernat għadu jitħallas mid-Dipartiment.

Benefiċċju tal-Enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċekk tal-benefiċċju tal-enerġija baqa' ma ssarrafx matul 2011? Peress li dan joħroġ fuq l-isem tal-klient tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma/Enemalta li mhux neċessarjament hi l-familja li qed tgħix f'dik ir-residenza, kemm saru talbiet mal-ARMS Ltd dwar dan u x'sar biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ vouchers għall-Benefiċċju għall-Enerġija li ma ssarfux matul is-sena 2011 kien ta’ 12,122, li minnhom 2015 ġew maħruġa mill-ġdid b’data ġdida. Dawn il-vouchers joħorġu fuq isem il-persuna reġistrata bħala account holder mal-Kumpanija ARMS iżda jintbgħatu lil persuna li għandha dritt għal voucher għax hi l-benefiċċjarja. Inżid ukoll illi d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ma għandux l-informazzjoni ta’ kemm saru talbiet mal-ARMS Ltd u għalhekk nitlob lill-interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata — prezz tal-oqbra

Question

B'referenza għal min kien ilu li applika għal qabar fiċ-Ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata sa sew qabel l-2008 meta l-prezz stabbilit kien ta' anqas minn €3000, jidhirlu l-Ministru li mhux ġust li l-prezz għal servizz bażiku bħal dan aktar milli jirdoppja għal €8000?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-prezz propost għal xiri ta’ qabar jinkludi l-ispejjez tal-iskavar u l-bini tal-istess qabar kif ukoll spejjeż għal manutenzjoni taċ-ċimiterju. Ninsab infurmat li l-prezz mitlub huwa wieħed raġonevoli meta kkomparat mal-andament tas-suq u li ma hemm l-ebda rabta bejn l-applikazzjoni għal xiri ta’ qabar u il prezz tal-istess qabar.

Università — pensjonanti li jkunu jridu jattendu

Question

Tista' l-Minsitru tgħid jekk hemmx mezz li pensjonanti li ma jkollhomx dħul finanzjarju ieħor għal kors fl-Università ma jkollhomx għalfejn iħallsu €1250 fis-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Persuna pensjonanta tista’ tirrikorri għand il-Bord ta’ l-Eżenzjonijiet fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol biex tiġi kkunsidrata t-talba tiegħu jew tagħha. Jekk il-każ jimmerita eżenzjoni mill-ħlas dan jingħata fuq rakkomandazzjoni tal-Bord.

benefiċċju lin-nisa tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx benefiċċju li jingħata fil-bidu tat-tqala lin-nisa li n-natura tax-xogħol tagħhom hu ta' strapazz kbir u b'ħafna tqandil?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi min ihaddem huwa obbligat bil-Ligi li jaghmel risk assessment biex jassigura li x-xoghol li jkun qed jitwettaq minn kawlunkwe impjegat ma hux ta riskja ghas-sahha u sigurta tieghu. Fil-kaz ta' nisa tqal dan l-assessment irid jiehu in konsiderazzjoni wkoll jekk x-xoghol jikkrejax riskju gha-sahha u sigurta ghat-tqala tal-istess persuna. Jekk dan l-assessment juri li hemm riskju allura min ihaddem huwa obbligat li jiehu l-mizuri kolha necessarji biex ihares is-sahha tal-istess persuna tqila billi inter alia jaghmel aggustamenti temporanji fl-ambjent tax-xoghol jew fil-hinijiet tax-xoghol tal-impjegata koncernata jew inkella billi joffri xoghol alternattiv li jkun idoneju lill-istess impjegata fic-cirkustanti li tkun fihom. Jekk l-impjegata tirrifjuta dan ix-xoghol alternattiv minghajr raguni valida ma tkun intitolata ghall-ebda remunerazzjoni. Jekk min ihaddem minhabba n-natura u prattici tax-xoghol ma jkunx f posizzjoni li joffri dawn il-mizuri allura huwa jkun obbligat li jaghti lill-impjegata koncernata leave tal-maternita specjali ghall perjodu kollu necesarju biex jipprotegi s-sahha u sigurta tal-persuna tqila. Matul dan il-perjodu ta leave specjali min ihaddem ghandu jhallas lill-impjegata allowance specjali ekwivalenti ghar-rata tal-beneficcju tal-mard skont ma jipprovdi l-Att dwar is-Sigurta Socjali.

Inventarju nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gass serra

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenki dwar il-ħidma fuq l-inventarju nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gass serra? Jista' jgħid jekk dan l-inventarju hux se jkun pubbliku?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inventarju nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, ġie kkompilat mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Rizorsi u kien sottomess lill-Kummissjoni Ewropeja fil-15 ta’ Marzu 2012. Dan ir-rapport, li jkopri s-snin 1990-2010, huwa aċċessibbli għall-pubbliku u jinsab fuq is-sit elettroniku tal-‘European Environment Information and Observation Network’ http://cdr.eionet.europa.eu/mt/eu/ghgmm.

Korp tal-Pulizija — pulizija li telqu mill-korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali tal-pulizija telqu mill-Korp fl-aħħar ħames snin sena b'sena u kemm hemm uffiċjali li taw senjalazzjoni li se jitilqu matul din is-sena? Jista' f'kull każ jindika l-gradi tal-uffiċjali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 367 membru li spiċċaw mill-Korp tal-Pulizija bejn l-1 ta’ Jannar 2007 sat-22 ta’ Marzu ta’ din is-sena. Dawn kienu s-segwenti:- Grad 2007 2008 2009 2010 2011 2012 Assistent Kummissarju - 3 1 1 2 - Supretendent 2 1 1 2 1 - Spettur 5 8 - 5 6 - Surgent Maggur 3 5 6 3 4 - Surgent 11 19 7 5 10 1 Kuntistabbli 38 72 25 43 65 12 Total 59 108 40 59 88 13 Filwaqt li hemm 46 membru tal-Korp li s’issa taw avviż li beħsiebhom jitilqu mill-Korp matul din is-sena. Dawn kienu s-segwenti:- Assistent Kummissarju 1 Spettur 2 Surgent Maggur 3 Surgent 8 Kuntistabbli 32 Total 46

MEUSAC — laqgħat mal-privat - rakkmandazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parteċipazzjoni tal-privat fil-laqgħat ta' konsultazzjoni organizzati mill-MEUSAC waslux sabiex tressqu rakkmandazzjonijiet mir-rappreżentanti tal-privat u jekk dawn ir-rakkmandazzjonijiet waslux sabiex inbidlet xi proposta leġislattiva?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjoni permezz tal-MEUSAC issir f’laqgħat tal-Core Group, ta’ disa’ kumitati settorjali kif ukoll permezz ta’ open consultations. Fil-Core Group u l-kumitati settorjali jieħdu sehem rappreżentanti tal-gvern, tal-partiti politiċi, korpi kostitwiti u soċjetà ċivili. Rappreżentanti tas-settur privat ma jistgħux jipparteċipaw b’mod dirett fil-laqgħat tal-Core Group jew tal-kumitati settorjali. Jiġu mistiedna għal open consultations. Fil-proċess ta’ konsultazzjoni, isiru rakkmandazzjonijiet minn dawk li jipparteċipaw. Dawn jintbagħtu direttament lill-Ministeru responsabbli ( lead Ministry ) li għandu d-dmir li jikkunsidra dawn ir-rakkmandazzjonijiet meta jressaq għall-approvazzjoni tal-Gvern, il-pożizzjoni ta’ Malta dwar xi proposta leġiżlattiva tal-Unjoni Ewropea.

Studju ta' fattibilità għall-bini ta' tunnel bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji tal-fattibilità għall-bini ta' tunnel bejn Malta u Għawdex? Jista' jgħid min qed jagħmel id-diżinji preliminari u min qed jagħmel l-istudji ta' fattibilità? Jista' jgħid b'liema proċedura ġew imqabbda dawn l-entitajiet?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat jiġifieri lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni.