Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — pazjenti fil kurituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżulta li kien hemm pazjenti li spiċċaw fil-kurituri tas-swali fl-Isptar Mater Dei, kawża li ma kienx hemm kmamar fejn jakkomodawhom matul l-2008, 2009 u 2010 ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Pilloli Out of Stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti li huma fuq il-pilloli li kienu out of stock matul is-sena 2011 ? Jista' jgħid kemm għandhom żmien dawn il-pazjenti li suppost ħadu dawn il-pilloli ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-lista tal-mediċini out of stock hija dinamika u tvarja minn ġurnata għal oħra. Barra minhekk, il-lista mhux neċċessarjament tirrifletti l-pożizzjoni tal-istess stokk fl-outlets kollha tal-Qasam tas-Saħħa. Ħafna drabi, mediċina li tkun out of stock minn post tkun in-stock fl-lokalitajiet oħra. Ta’ minn jgħid li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] tipprovdi biex meta mediċina tkun out of stock mill-ispiżeriji tal-Kommunita, il-pazjenti li jibbenifikaw mill-Iskema jistgħu jinqdew mil-lokalitajiet l-oħra fil-Qasam tas-Saħħa. Minħabba din il-varjazzjoni u d-dinamika kbira fil-parametri, huwa diffiċili li wieħed jikkwantifika u jiddentifka kemm kienu dawk il-pazjenti li attwalment ma’ nqdewx.

Siġġiewi — Triq Dun Manwel Zammit - tneħħija ta' bring-in site

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex, wara li anki l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għadda mozzjoni unanima f’dan ir-rigward, il-Wasteserv għadha ma neħħietx bring-in site li tinsab fi Triq Dun Manwel Zammit, Siġġiewi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-WasteServ ma rċeviet l-ebda talba sabiex titneħħa l-bring in site msemmijja.

Skema ta' tined u Dairy Restructuring Aid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-iskema tat-tined u Dairy Restructuring Aid? Jista' jgħid x'sar minnha l-iskema tat-tined li kienet ħarġet bejn l-2008 u l-2009 ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23783
Leg 11 PQ #33117 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista ta’ xogħolijiet li ngħataw lill-kumpanija li jisimha Central Trading Co. Ltd. u li tindika liż-żewġ ismijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħataw l-ebda xogħlijiet mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin lill-kumpanija msemmija la b'tenderu lanqas b' direct order mill- 2004 sa llum.

Malta Enterprise — Small Start Ups

Question

Jista’ l-Ministru jaghti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "Small Start-Ups" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — Environment Actions

Question

Jista’ l-Ministru jaghti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Environment Actions" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — Innovation Actions

Question

Jista’ l-Ministru jaghti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "Innovation Actions" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — E-Business development

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "E-business Development" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — Trade Promotions

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "Trade Promotions" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — Micro Invest

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "Micro Invest" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Marsaxlokk — Xatt is-Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi ffinalizzat ix-xogħol fuq triq Xatt is-Sajjieda ġewwa Marsaxlokk li issa ilu mitluq għal diversi ġimgħat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat peress illi din it-triq mhix responsabilita' ta' Transport Malta.

Struzzjonijiet kontra l-kaċċaturi u nassaba

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru ħariġx xi struzzjonijiet sabiex l-għalliema jimmilitaw kontra l-kaċċaturi u nassaba? Jekk fin-negattiv, tista' tgħid mela, b'liema awtorità ċerta għalliema li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-iskola governattiva diriġiet lill-istudenti jiktbu ittra lill-Ministru kontra l-kaċċaturi u nassaba u jieħdu aktar marki? Tista' tgħid x'passi se jittieħdu kontra din id-diskriminazzjoni sfaċċata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Milli jidher l-Onor. Interpellant għandu nformazzjoni skorretta. Infurmata li l-għalliema kkonċernata tinnega dak kollu attribwit lilha fil-mistoqsija parlamentari. Dan hu wkoll ikkollaborat mill-Learning Support Assistant li tkun il-ħin kollu pre¿enti magħha waqt il-lezzjonijiet u mill-istudenti nfushom.

Tiswijiet ta' Ambulanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn jissewwew l-ambulanzi meta jkun hemm ħsarat fuqhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li wara li jinġiebu tliet kwotazzjonijiet kif meħtieġa, il-ħsarat jissewwew għand dak li joffri l-irħas offerta. Dalwaqt se jinħareġ tender għat-tiswijja tal-ambulanzi.

Qorti ta' Malta u Għawdex — bejgħ bis-subbasta

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm, fl-aħħar ħames snin, kien hemm: a) bejgħ bis-subbasta u; b) bejgħ bis-subbasta animo compensadi fil-Qorti ta' Malta u Għawdex separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza ghad-domanda tal-Onor. Membru fl-ahhar hames snin kien hemm is-segwenti bejgh bis-subbasta fil-Qorti ta’ Malta: Immobbli Mobbli 2007 26 13 2008 27 17 2009 25 5 2010 17 18 2011 11 23 Dwar kemm minn dawn kienu animo compensandi ma tinzamm l-ebda statistika. Qrati u Tribunali ta’ Ghawdex a) Sena Numru ta’bejgħ bis-subbasta 2007 1 2008 8 2009 14 2010 15 2011 12 2012 0 Total 50 b) Rigward din il-parti tal-mistoqsija, nixtieq niġbdu l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi fil-Qorti ta’ Għawdex, ma tinżammx statistika dwar kemm mill-bejgħ bis-subbasta jkunu animo compensandi .

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — persuni li jbatu minn epilessija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li nies li jbatu minn epilessija, li għandhom card maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, m'għandhomx l-istess dritt li jħallsu nofs il-prezz bħala physically disabled għall-użu tal-karozzi tal-linja, meta nafu li hawn madwar 4,000 persuna li tbati b'din il-kundizzjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuni li juzaw siggu tar-roti ma jhallsu xejn biex juzaw il-karozzi tal-linja. B'hekk dawn ikunu jistghu jiffukaw ahjar biex jitilghu u jsibu post adattat u jintrabtu tajjeb. Min-naha l-ohra persuni b'dizabilta' fizika ohra ihallsu prezz normali.

Applikazzjonijiet pendenti għall-talba għall-proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn familji li għal raġunijiet ta' saħħa jitolbu li jbiddlu l-proprjetà tagħhom li tkun mikrija lilhom mill-Gvern, ma proprjetà fit-terran? Jista' jipprovdi rendikont ta' dawk li applikaw sa mis-sena 1990, kemm minn dawn ġew moqdija u kemm għadhom pendenti? Tista' tingħata raġuni għal dawk li baqgħu pendenti?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-prezent l-Awtorita’ tad-Djar għandha 113-il applikazzjoni li għandhom problema tat-taraġ. Dawn l-applikazzjonijiet għadhom pendenti minħabba li l-Awtorita’ m’għandhiex propjeta’ adekwata għal dawn l-applikanti. L-Awtorita’ tad-Djar ma’ zzommx l-informazzjoni ta’ kemm ġew moqdija mill-1990 lil hawn.

Kont ta' multi fuq vettura

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont ta' multi li rċeviet il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fuq vettura li ma baqgħetx tagħhom għaliex kienet inbiegħet u sar transfer fuqha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma' jkollix il-kunsens ta’ l-individwi konċernati.