Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #32853 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IAID — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra min jiġi infurmat meta ssir investigazzjoni mill-IAID? Liema strumenti legali jirregolaw l-IAID? Tista' tpoġġi r-regoli relattivi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skont Artiklu 14 (1) ir-rapport tal-investigazzjoni jintbagħat lis-Segretarju Permanenti li l-entita` investigata tkun taqa' taħt is-superviżjoni tiegħu. Skont Artiklu 18 jekk jirriżulta li l-irregolarità/frodi jekk tiġi ppruvata tkun tikkostitwixxi reat kriminali, r-rapport jintbagħat minnufih lill-Avukat Ġenerali. L-IAID hu regolat bl-Att intitolat 'Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji' (Kapitlu 461 tal-Liġijiet ta' Malta) liema l-imsemmi Att qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — Allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Nitlob l-Onor Membru tinnota illi t-tweġiba tal-MEPA tkopri mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011. L-informazzjoni ta’ l-aħħar tlett xhur għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32877 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-allowances li tħallsu f'din l-aħħar sena lill-impjegati kienu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Subsistence Allowance Overseas Service Allowance Multiple Allowance Allowance for wear & tear of clothing Qualification Allowance Shift Allowance Ministeru €6,086.78 Nil Nil Nil €349.41 Nil Segretarjat Permanenti €61,467.57 €10,500 Nil Nil €8,735.15 Nil Direttorat tal-Probation u Parole Nil Nil Nil Nil €322.5 Nil Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili €5,235 nil nil nil nil nil Faċilita' Korrettiva ta' Kordin Nil nil nil nil €3,493.75 nil Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija €188,274.37 €43,824 nil nil €32,027.06 €26,559 AWAS €8,292.45 nil nil nil nil €12,663 Gvern Lokali nil €9,225.1 nil €3,268.86 nil nil Reġistru Pubbliku u tal-Artijiet €572 nil €65,440 nil €3,844 nil
Leg 11 PQ #32931 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università — finanzjament

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32571, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'options hemm għad-diskussjoni? Għaliex inħasset il-ħtieġa li jinstab mudell ġdid u differenti? Min qed jieħu sehem fit-taħditiet u kemm-il laqgħa saret fuq dan is-suġġett f'din il-leġislatura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università qed taħdem fuq mudell finanzjarju biex jiġi stabbilit il- cost-basis ta’ kull programm ta’ studju. Dan qed isir biex wieħed jiżgura li l-Università tirċievi fondi li jirriflettu l-bżonn tagħha fuq bażi tal-attività li tagħmel u s-servizz li tipprovdi.
Leg 11 PQ #32932 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — kariga ta' direttur eżekuttiv u deputat direttur

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kariga ta' direttur eżekuttiv u deputat direttur fl-Istitut għall-Istudju Turistiċi ġewx mimlija b'mod permanenti? Il-perjodu ta' prova (probation) għadda? X'inhuma l-kondizzjonijiet tal-impieg tagħhom, inkluż perks eċċ.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Kopja tas-sejħa tad-Direttur Eżekuttiv u ta’ Deputat Direttur li jinkludu l-kondizzjonijiet kollha tal-impjieg tagħhom.
Leg 11 PQ #32941 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Part-time clerks fl-iskejjel tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm part-time clerks fl-iskejjel tal-gvern? Tista' tgħid ukoll kemm huwa l-ħlas tagħhom u jekk jeħdux iż-żieda tal-għoli tal-ħajja jew parti minnha? Hemm il-ħsieb li l-ħlas taghhom jiżdied?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għadd ta’ skrivani part-time fl-iskejjel tal-gvern hu ta’ 137. L-iskrivani part-time jitħallsu b’rata ta’ ħlas fis-siegħa msejsa fuq skala ta’ Salarju 16 u għalhekk tinkludi ż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Dawk il- part-timers li jaqbżu l-1040 siegħa fis-sena jkunu intitolati għaż-żidiet ( increments ) fi skala 16. Għaldaqstant, ir-rata ta’ ħlas tvarja minn minimu ta’ €5.32 sa massimu ta’ €6.08 għal kull siegħa li jaħdmu. L-iskrivani part-time ikunu intitolati għall-bonus annwali u l-ħlas supplimentari ta’ kull ġimgħa, it-tnejn fuq bażi pro-rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma.

ITS — course description tas-suġġetti mgħallma

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-course description ta' dawn is-suġġetti mgħallma fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-kors tal-Foundation: Malti, Matematika u Ingliż? Tista' tpoġġi wkoll kopja tal-karta tal-eżami ta' dawn l-istess suġġetti li l-istudenti ngħataw fi tmiem l-ewwel semestru tas-sena akkademika 2011/2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għall-course description fejn hemm inkluż s-suġġetti indikati, l-Onorevoli Interpellant mitlub ġentilment jirreferi għal Mistoqsija Parlamentari Numru 32765. Is-suġġetti indikati ma kellhomx eżami fl-ewwel semestru ta’ din is-sena akademika. Għaldaqstant l-karti tal-eżamijiet ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

ITS — course description tas-suġġetti mgħallma

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-course description ta' dawn is-suġġetti mgħallma fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi: Food and Beverage Service, Basic Costings, Integrated Relational Tourism, Sustainable Tourism, Food Chemistry, Cruise Liner Operations, Business Communications, Information Technology, Food Nutrition and Diet u Introduction to Hospitality Operations?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 32765.

Arriva — għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha topera l-Arriva kemm irċeviet għajnuna finanzjarja f'forma ta' sussidju statali jew kemm hi ntitolata li tirċievi s'issa xahar b'xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-provedimenti rilevanti fil-kuntratt bejn Transport Malta u Arriva Malta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27764.

Mellieħa u Manikata — ilmenti dwar ir-rotot tal-linja

Question

Peress li qed ikolli ħafna lmenti minn residenti fil-Mellieħa u fil-Manikata dwar l-inkonvenzi kbar li nħolqu bir-rotot il-ġodda u bus-stops ġodda u differenti minn qabel, jista' l-Ministru jikkonsidra li jerġgħu għal li kienu qabel bdiet topera l-Arriva?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku dwar rotot u bus stops li qed isemmi.

Tarġa Gap — Istitut tal-Arti u Disinn -  aċċess għall-internet

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li ma kienx hemm aċċess għall-internet fl-Istitut tal-Arti u Disinn f’Tarġa Gap fil-Mosta għal aktar minn sena? Tista’ l-Ministru tinvestiga u tgħid jekk hemm xi pjanijiet biex tirrimedja din is-sitwazzjoni fil-futur qarib?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Istitut tal-Arti u d-Disinn riċentement beda jesperjenza xi diffikultajiet tekniċi fis-servizz tal-Internet. Kien għalhekk li bdiet ħidma biex isir magħruf il-kaġun ta’ dawn id-diffikultajiet, proċess li ma setax isir fi żmien qasir peress li n-nuqqasijiet setgħu kienu kkawżati kemm mill-infrastruttura tan-‘network’ intern tal-Istitut, kif ukoll mill-konnettivita’ tal-Internet ipprovduta mill-kuntrattur rispettiv. Madankollu, minkejja li matul dan iż-żmien l-Istitut kellu konnettivita’ limitata, kien biss f’xi każi iżolati li s-servizz tal-Internet inqata’ kompletament. F’dawn l-aħħar ġimgħat, l-MCAST ħa l-azzjoni meħtieġa biex is-servizz tal-Internet jitjieb u jitreġġa għall-livelli normali. Aktar miżuri biex il-livell tal-konnettivita’ tkompli titqawwa se jiġu implimentati fiż-żmien li ġej. Sadanittant, l-MCAST qed janalizza wkoll x’tibdil jista’ jkun hemm bżonn biex l-infrastruttura interna tkun aktar robusta u tilqa’ għaż-żieda qawwija fid-domanda li kien hemm f’dawn l-aħħar xhur hekk kif l-ammont ta’ studenti fl-Istitut żdied sostanzjalment.

MCAST — Mechanical Engineering Institute - rapport ta' defiċjenzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemm xi rapport ta' defiċjenzi fil-bini f’Block I tal-Mechanical Engineering Institute fl-MCAST il-Kordin? Jekk hemm dan ir-rapport, tista' l-Ministru tgħid minn min sar, meta sar u min kien ordna dan ir-rapport? Jekk dan ir-rapport ma sarx in-house tista' tgħid kemm sewa? Tista' tpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra u tgħid ukoll x’kienu il-passi li ttieħdu sussegwentement ta’ dan ir-rapport?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-MCAST jixtieq jinforma li ftit żmien wara li żdied sular fi Block I tal-Istitut tal-Inġinerija Mekkanika biex fihom isiru laboratorji ġodda għall-użu tal-istudenti, ġew innutati xi ‘settlement cracks’ f’ ħitan fis-sulari ta’ taħt, u mal-faċċata ta’ wara tal-bini. L-MCAST mill-ewwel ikkonsulta mal-perit li mexxa x-xogħlijiet biex jaċċerta s-sigurta’ strutturali tal-bini u ttieħdu miżuri ta’ prekawzjoni. Fl-istess waqt, biex ikompli jaċċerta li ma kienx hemm periklu, l-MCAST ikkummisjona perit struturali indipendenti, biex jistudja l-kundizzjoni tal-bini, ix-xogħlijiet ta’ prekawzjoni u manutenzjoni li saru, u jirrakkomanda xi xogħlijiet oħra ta’ prekawzjoni li seta’ kien hemm bżonn. Saru għadd ta’ rapporti proċedurali waqt stadji differenti tax-xogħlijiet. Fost l-aħħar miżuri li ttieħdu, kien hemm l-installazzjoni ta’ ‘strain gauges’, strumenti li jaqraw sa l-inqas movimenti f’każ li l-bini jistrieħ xi ftit. Wara li nqraw ir-riżultati ta’ dan l-apparat fuq medda taż-żmien, inħareġ ir-rapport finali li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, u li permezz tiegħu il-bini ġie għal darb’ oħra iċċertifikat li hu strutturalment sikur u li jista’ jintuża mingħajr ebda riskji. Is-servizzi tal-Perit Dr. Marc Bonello swew €1,180 u ġew ordnati mid Direttur Amministrattiv f’isem l-MCAST.

Tqassim ta' ktieb: Minn Qalbna... Għalik

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa il-ktejjeb ta' propoganda li jismu Minn Qalbna...Għalik? Kif tqassam u kemm ġie jiswa t-tqassim tiegħu? Kemm-il kopja ġiet imqassma? Jista' jgħid min għamdel dan ix-xogħol u jekk ingħatax b'direct order jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Post tal-Ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara tant ġimgħat, il-Ministru u s-Segretarju Permanenti għadhom qegħdin ġewwa Kastilja minflok fil-post fejn jista' jkollu lill-oqsma li huwa politikament responsabbli minnhom miġbura flimkien? Fejn huwa maħsub li jkun il-Ministeru tiegħu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Gustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja se jopera minn Palazzo Ferreria fi Triq ir-Repubblika. Bħalissa qed isiru l-preparamenti meħtieġa biex il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xoghol jimxi minn dan il-post għal bini li issa kien identifikat.

Malta Free Port — seniour managers

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tad-diversi senior managers fi ħdan Malta Free Port Corporation?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li fi ħdan Malta Freeport Corporation hemm Senior Manager wieħed u peress li din hija l-istess persuna li hemm referenza għaliha fil-mistoqsija Parlamentari Nru. 32112, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal din l-istess mistoqsija, cioe' mistoqsija Parlamentari Nru. 32112.

Transport Malta — informazzjoni dwar impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-impjegat, li d-dettalji dwaru qed jinbtagħtu separatament, għad li huwa fl-impjieg dirett ta' Transport Malta, ħadd ma jkun jaf jekk irraportax għax-xogħol jew le? Jista' jgħid taħt liema dipartiment/taqsima dan impjegat huwa assenjat? Jista' jgħid għal kemm żmien ilu tissustixx din is-sitwazzjoni konċernanti dan l-impjegat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuna taħdem fid-Direttorat tal-Infurzar u nfurmat ukoll li l-attendenzi tal-ħaddiema kollha huma verifikati skond proċeduri stabbiliti.