Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #33429 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Tnaqqis tal-Vot fil-Budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm se jkun qed jonqos il-vot fil-Budget 2012 dedikat għall-Ospitalità u mill-vot għall-Konsulenzi li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu hija responsabbli? Kemm kienu dawn l-ammonti għas sena 2011 u kemm kienu skont l-budget oriġinali għall-2012?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li wara r-reviżjoni tal-Vot Rikurrent Numru 15, l-ammonti taħt Hospitality u Contractual Services huma ta' €10,000 u €401,000 rispettivament. L-ammonti għas-sena 2011 kienu ta' €10,000 taħt Hospitality u €390,000 taħt Contractual Services. Taħt il-baġit oriġinali tal-2012, il-vot tal-Hospitality kien tal-istess ammont, jiġifieri ta' €10,000, filwaqt li dak tal-Contractual Services kien ta' €430,000.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Tnaqqas tal-Vot fil-Budget

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun qed jonqos il-vot fil-Budget 2012 dedikat għall-Ospitalità u mill-vot għall-Konsulenzi li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu huwa responsabbli? Kemm kienu dawn l-ammonti għas sena 2011 u kemm kienu skont l-budget oriġinali għall-2012?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — tnaqqis tal-vot fil-budget

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun qed jonqos il-vot fil-Budget 2012 dedikat għall-Ospitalità u mill-vot għall-Konsulenzi li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu huwa responsabbli? Kemm kienu dawn l-ammonti għas sena 2011 u kemm kienu skont l-budget oriġinali għall-2012?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #33432 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — Tnaqqas tal-Vot fil-Budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm se jkun qed jonqos il-vot fil-Budget 2012 dedikat għall-Ospitalità u mill-vot għall-Konsulenzi li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu hija responsabbli? Kemm kienu dawn l-ammonti għas sena 2011 u kemm kienu skont l-budget oriġinali għall-2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuqil-Mejda tal-Kamra.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — nies li għandhom l-overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jwettqu l-overtime fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, f'liema skali jinsabu u x'tip ta' xogħol isir fil-ħin tal-overtime?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Faċilita' Korrettiva ta’ Kordin hemm 165 impjegat li jwettqu l-overtime, 16 Senior Correctional Officers fi skala 10 u 149 Correctional Officers fi skala 12/13. Infurmat ukoll illi dawn l-impjegati jagħmlu xogħol relatat mal-karigi tagħhom fil-ħin tal-overtime.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — pruġunieri minħabba droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu priġunieri b'rejati relatatti ma' droga fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, kemm minnhom ħarġu rijabilitati u kemm minnhom reġgħu ddaħħlu minħabba l-istess kawża, mis-sena 2008 'l hawn, sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-priġunieri li daħlu fill-Faċilita' Korrettiva ta’ Kordin b’reati relatatti ma’ droga hu kif ġej: 2008 119 2009 119 2010 104 2011 88 2012 24 ( sa l-24 ta’ Marzu 2012) Infurmat ukoll illi minn dawn reġgħu daħlu lura erbatax-il priġunier b'reati relatati mad-droga.

Ministeru tal-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32636.

prezzijiet tal-mediċini li roħsu f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-prezzijiet tal-mediċini li roħsu f'Malta u jgħid jekk huwiex lest li jippubblika l-istess prezzijiet tal-istess mediċini fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bħal Sqallija, Ċipru, Spanja u l-Portugal? Jista' jgħid jekk teżistix informazzjoni li turi l-prezzijiet tal-istess prodott mal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li ma teżiztiex informazzjoni li turi l-prezzijiet tal-istess prodott mal-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea. Bil-mekkanizmu presenti sabiex jiġi stabilit jekk il-prezz hux ġust u raġjonevoli, il-prezz li jħallas il-konsumatur f’Malta jiġi mqabbel mal-prezz medju li joħrog minn basket ta’ numru ta’ pajjizi Ewropej jiġifieri ser ikun hemm pajjizi li l-mediċina tinbiegħ ogħla minn Malta u oħrajn li tkun orħos. Il-lista tal-prezzijiet tal-medicina li roħsu kif ukoll kif jinbiegħu fil-pajjizi mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

regolatur fuq prodotti importati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi body-regulator li jirregola kemm importatur irid u għandu d-dritt li jagħmel profitt fuq il-prodotti li jimporta? Jista' jgħid jekk humiex l-istess regolamenti li jirregolaw lil dan il-body irrelevanti minn xi jkun qed jiġi impurtati?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabli għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur.

informazzjoni dwar mediċini li għolew jew raħsu fil-prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm raħsu u kemm għolew il-mediċini matul is-snin 2007/8/9/10/11? Jista' jagħti lista b'din l-informazzjoni?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li n-numru tal-mediċina li raħset kien hekk: 2007 38 medicina 2008 9 medicina 2010 91 medicina 2011 85 medicina Il-lista tal-mediċina li raħset fl-2007 u 2008 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt li l-mediċina li raħset fl-aħħar sentejn tinstab fir-risposta tal-mistoqsija 32491. L-Awtorita ma għandiex informazzjoni tal-medicina li setgħet raħħset jew għoliet jekk mhux dak bl-intervent tal-Awtorita.

Ġurnal Flimkien — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien wassal biex il-ġurnal Flimkien maħruġ mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani waqaf u reġa' beda jigi ppubblikat issa? Għaliex waqaf u għaliex reġa' beda jiġi ppubblikat? Kemm hemm abbonaturi fih u kemm jiġi jiswa lid-dipartiment biex jippubblika dan il-fuljett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rivista msemmija mhijiex pubblikazzjoni ta’ dan il-Ministeru.

Ġurnal Biedja u Sajd — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien wassal biex il-ġurnal Biedja u Sajd maħruġ mill-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jitwaqqaf għall-perjodu u issa jerġa' jiġi ppubblikat? Għaliex waqaf u għaliex reġa' beda jiġi ppubblikat? Kemm hemm abbonaturi fih u kemm jiġi jiswa lill-ministeru biex jippubblika dan il-fuljett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-pubblikazzjoni ta’ dan il-ġurnal kienet sospiża għal xi żmien kiex ikun aġġornat fid-dawl ta’ suġġerimenti li twasslu ħalli jkun aktar relevanti. Fid-dawl tal-popolarità li gawda, kien hemm talba kontinwa għalih anke meta l- pubblikazzjoni twaqqfet temporanjament. Barraminnhekk din il-pubblikazzjoni uriet li kienet għodda siewja ta’ aggornament dwar l-iżviluppi u opportunitajiet għall-bdiewa u s-sajjieda. Oriġinarjament kien hemm madwar 2,000 abbonat waqt li issa qed ikun distribwit lis-sajjieda u bdiewa kollha registrati kif ukoll lill-dawk kollha li juru x-xewqa li jirċevuh L-stampar ta’ din il-ħarġa sar permezz ta’ sejħa għal offerti u ser tiġi tiswa €1,491. Hemm ukoll spejjeż ta’ posta li jlaħħaq €1,443.

karrijiet tal-karnival — kumpens

Question

Jista' l-Minstru jgħid jekk meta jiġri xi inċident hekk kif ġara u li fih inħaraq karru tal-karnival u spiċċa fix-xejn wara dak is-sagrifiċċji kollha li jkunu għamlu, hemm xi tip ta' għajnuna li dawk li jkunu ħadmu fuq il-karru jkunu jistgħu jitolbu għaliha bħala kumpens tas-sagrifiċċju li jkunu għamlu? Din l-għajnuna tingħata mill-Unjoni Ewropea jew min-naħa tal-gvern?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-parteċipanti tal-Karnival jirċievu ‘advance money’ bħala għajnuna sabiex jaħdmu l-karru. F’dan il-każ partikolari l-parteċipant diġà ħa għajnuna bil-quddiem ta’ €942.50. L-għajnuna tingħata kollha mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u ma nirċievu l-ebda kumpens mill-Unjoni Ewropea rigward il-Karnival.

Persuni li għandhom visa residenzjali f'pajjiżna

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom visa residenzjali f'pajjiżna llum? Kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li jekk b'visa residenzajli qed jirreferi għall-permess ta' residenza maħruġ lill-ċittadini ta' pajjiżi terzi mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates, ninsab infurmat li bhalissa 10843 persuna għandhom dan il-permess jew inkella awtorizzazzjoni li joqgħodu f'Malta. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li ċittadini tal-UE u l-familja tagħhom għandhom id-dritt ta' muviment ħieles fit-territorju tal-Unjoni u għalhekk m'għandomx bżonn, la ta' visa sabiex jidħlu f'xi Stat Membru jew ta' permess biex jirresjedu f'dak lis-Stat. Dawn il-persuni huma mitluba biss jirreġistraw ir-residenza tagħhom, wara tliet xhur li jkun waslu Malta, mad- Dipartiment tac-Cittadinanza u tal-Expatriates. Meta jagħmlu hekk jinħarġilhom ċertifikat ta'din ir-reġistrazzjoni. Ninsab infurmat li 3693 persuna huma hekk rreġistrati ma' dan id-Dipartiment.
Leg 11 PQ #32639 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Evażjoni ta' taxxi

Question

B'referenza għaċ-ċifra ta' €577 miljun evażjoni f'taxxi, kif ġie kkwotat f'ġurnal lokali, jista' l-Prim Ministru jinforma x'wassal lill-Gvern għal dan il-falliment f'dik li hija evażjoni ta' taxxi f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li filwaqt li m’hemmx dubju li l-ġlieda kontra l-evażjoni għandha tkun kontinwa, diversi studji li anke saru fil-passat waslu għall-konklużjonijiet dwar dan il-fenomenu li ma ħadux aspetti kruċjali tas-sistema fiskali Maltija f’konsiderazzjoni. Dawn jinkludu s-sistema ta’ rifużjonijiet fuq investiment, għajnuniet fi skemi speċifiċi għal sidien ta’ negozji żgħar, u oħrajn, li permezz tagħhom diversi imprendituri, sidien ta’ negozji u individwi jingħataw rifużjonijiet fuq taxxa. Dan il-Gvern huwa impenjat bis-saħħa kontra kull forma ta’ abbuż. Tul l-aħħar xhur ittieħdu diversi inizjattivi fil-ġlieda tagħna kontra l-evażjoni; Dawn jinkludu miżuri kontra forom aggressivi ta’ evażjoni fiskali li jitwettaq permezz ta’ software diżenjat apposta biex tiġi manipulata informazzjoni elettronika u equipment elettroniku; miżuri li jirregolaw il-mod kif jiġu notifikati u żgurati ċerti avviżi mid-dipartimenti tal-VAT, it-TCU, l-Inland Revenue u l-Capital Transfer Duty; miżuri li jipprojbixxu refunds lil persuni sakemm dawn jibqgħu mhux regolari fl-issottomittjar tal-formoli kollha tagħhom kemm tal-VAT kif ukoll tal-income tax. Dan barra t-tisħiħ tal-proċeduri ta’ infurzar regolari li jsiru mid-dipartimenti responsabbli mill-ġbir tat-taxxa. Dan il-Gvern huwa kommess li jibqa’ jiġġieled l-abbuż f’kull mezz possibbli, u hu f’dan is-sens li komplew fl-aħħar Baġits isiru riformi oħra li jimmiraw għal dan l-għan, fosthom il-proċess ta’ integrazzjoni tad-dipartimenti fiskali.

Evażjoni tat-taxxi — tbassir ta' evażjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li meta huwa jgħid il-politika tiegħu qed tindirizza l-evażjoni tat-taxxi, jirriżulta tbassir ta' evażjoni ta' €577 miljun fis-sena u dan kif intqal f'ġurnal indipendenti f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #32641 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — eżamijiet annwali - sistema ta' index number

Question

Tista' l-Ministru tinforma fuq liema bażi ġiet rifjutata t-talba li resqu numru ta' studenti li jattendu l-MCAST dwar ix-xewqa tagħhom li l-eżamijiet annwali jsiru permezz ta' sistema ta' index number minflok bl-isem tal-istudent u dan minħabba li dawn jiġu kkoreġuti mill-għalliema tagħhom stess? Tista' tara li din it-talba tiġi rispettata għall-benefiċċju tal-istudenti li jħossu li meta jirreġistraw b'index minflok b'isimhom ikun hemm aktar trasparenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST qatt ma rrifjuta talbiet biex jintużaw ‘index numbers’ minflok ismijiet ta’ studenti fl-eżamijiet finali tagħhom. Fil-fatt, din is-sistema diġa’ tintuża mill-MCAST fl-eżamijiet relatati ma’ korsijiet akkreditati minn istituzzjonijiet internazzjonali bħal ‘City & Guilds’, ‘Association of Accounting Technicians’, ‘ITEC’ u bordijiet tal-eżamijiet oħrajn.

Settur tat-Turiżmu — ħaddiema full-time u part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat in-numru ta' ħaddiema full-time u part-time fis-settur tat-turżimu llum? Kemm minn dawn il-ħaddiema f'kull kategorija huma ta' ċittadinanza barranija?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-aħħar statistika li ħarġet mill-Uffiċju ta’ l-Istatistika (02/03/12) tindika li f’Ottubru 2011, kien hemm 9,589 full-time u 9,612 part-time impjegat fil-qasam tal-hotels u restaurants kif juru ż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Hemm eluf ta’ ħaddiema oħra però li l-għixien tagħhom jiddependi minn dan is-settur u li ma jaħdmux fil-qasam ta’ hotels u restaurants iżda f’oqsma oħra, fosthom ħaddiema li jaħdmu bħala gwidi, ħaddiema fil-ħwienet, ħaddiema li jaħdmu fis-settur tat-trasport pubbliku, ħaddiema li jaħdmu f’siti turistiċi u ħaddiema li jaħdmu f’postijiet bħal l-ajruport internazzjonali. Skont prassi internazzjonali fl-istatistika nazzjonali dawn ma jidhrux taħt l-istatistika ta’ mpiegi fis-settur turistiku. Nitlob lill-Onor Interpellant biex jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.