Legislature:
Category:
Reset
Active:

Baċir Nru 1 — tibdil tal-kuntrattur

Question

Issa li tħabbar li nbidel il-kuntrattur li qiegħed jagħmel xogħlijiet madwar il-Baċir Nru 1, jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur il-ġdid u kif intagħżel? Il-valur tax-xogħol se jibqa' l-istess jew ir-rati tax-xogħol ġew mibdula?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Lime Building Products Ltd ġew ingaġġati b’Direct Order għall-valur ta’ €76,000 biex tispiċċa t-triq li hi biswit id-Dock 1. Id-differenza fir-rati meta mqabbla mal-kuntratt oriġinali ser tiġi rikjesta mingħand Marinelli Spa.

Saluting Battery, Ġnien ta' Hastings u l-Barraka t'isfelq — Kirjiet tal-postijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kirjiet li jeżistu għar-rigward tas-Saluting Battery, il-Ġnien ta' Hastings u l-Barraka t'isfel fil-Belt? Jista' jgħid kif ingħażlu l-kumpaniji li għandhom dritt esklussiv li jagħmlu liġijiet u funzjonijiet oħra f'dawn il-postijiet u kemm qiegħed iddaħħal il-gvern mill-flus li jitħallsu għal dawn l-attivitajiet?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Belt — Triq san Ġwann - pavimentar

Question

Jista' l-Ministru jivverifika x'inhi r-raġuni għala l-paviment tal-qawwi li tpoġġa fi Triq San Ġwann (b'mod partikolari fil-junction ma' Triq id-Dejqa) il-Belt qiegħed jinqala' kollu u jinfetħu l-fili kollha ta' bejn l-islabs?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta se tagħmel laqgħat mal-kuntrattur u mal-MRRA biex tinstab soluzzjoni għal din il-problema.

Servizz ta' facilitator

Question

Tista' l-Ministru tara jekk hux possibli li t-tifel li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament jingħata għajnuna ta' facilitator peress li issa ilu applikat diversi xhur u fl-istat tiegħu qed isibha iebsa sabiex jitgħallem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikazzjoni waslet quddiem l-Istatementing Moderating Panel f’Ottubru 2011 u ħa tingħata l-attenzjoni meħtiega fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #33352 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministru Austin Gatt — tibdil fix-xogħol

Question

Peress li l-Prim Ministru ddikjara b'mod pubbliku li l-Ministru Austin Gatt se jieqaf jagħmel xogħol ta' Ministru u jibda jaħdem mal-Partit Nazzjonalista, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se ssir din iċ-ċaqliqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Le.

Awtorità tad-Djar — ilment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-investigazzjoni li għamlet l-Awtorità tad-Djar dwar ilment li għamel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li anke kiteb ittra lill-Avukat imma sal-lum għadu bla risposta?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ittra imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma intbaghtitx lill-avukat izda intbaghtet minn avukat, u kienet datata 23 ta’ Marzu 2011. L-Awtorità tad-Djar kienet diga indikat lill-persuna in kwistjoni li ma kien hemm ebda irregolarità fl-istruttura mertu tad-domanda. Dan il-fatt kien gie mgharraf lill-persuna indikata permezz ta’ ittra datata 24 ta’ Novembru 2009. Il-persuna indikata tista tikkonstata dan ukoll billi tikkonsulata mal-permessi mahruga mill-MEPA li jikkonfermaw li il-binja saret skond il-permessi.

Tarzna — pensjoni tal-ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32752, skont il-ftehim li kien intlaħaq dwar l-istrutturar li kien sar f'din l-ażjenda, jista' l-Ministru jgħid fost l-ex ħaddiem tat-Tarzna, kemm-il pensjonant kien ikkommuta parti mill-pensjoni tiegħu? Hemm il-ħsieb li dawn jibdew jingħataw id-differenza li għadha dovuta?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara għal-liema pensjoni qed jirreferi.

Uffiċjali tal-ħabs li ntbagħtu fuq taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-ħabs intbgħat fuq taħriġ f'dawn l-aħħar ħames snin? X'tip ta' taħriġ kien dan? Kif kien maqsum dan it-taħriġ sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninstab infumat illi f’dawn l-aħħar ħames snin 151uffiċjal attendew xi tip ta' taħriġ kif elenkati hawn taħt: 2009/10 Weapon Safe Handling and Use Course Tahrig moghti mill-AFM 2011 Abseiling Course Tahrig moghti mill-AFM 2010 Uzu ta’ pepper spray Tahrig moghti minn ufficjali ta’ CCF 2010 Dog handling instructor course Tahrig moghti mill-Korp tal-Pulizija 2010 Control & Restrain Tahrig moghti minn ufficjali ta’ CCF 2011 Control & Restrain Tahrig moghti minn ufficjali ta’ CCF 2011 Basic Weapon Safe Handling & use Course Tahrig moghti minn ufficjali ta’ CCF 2011/12 Crowd Control Tahrig moghti minn ufficjali ta’ CCF

Pilloli Simvacor

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qalulha li mhijiex intitolata għal pilloli Simvacor 10mg meta kienu l-awtoritajiet tal-isptar li kitbulha biex tibda tieħu dawn it-tip ta' pilolli u issa qed ikollha tixtrihom minkejja li hija bil-pensjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-każ tal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġie nvestigat minn naħa tal- ‘Medicines Entitlement Unit’ fejn l-applikazzjoni ta’ din il-persuna għall-mediċini statins ma ġietx approvata għar-raġunijiet li ġejjin: · Id-dokument tal-‘ heartscore’ ma kienx disponibbli mal-applikazzjoni skont il-kriterji meħtieġa mill-protokoll għall-kundizzjoni mmarkata mill-konsulent; · Id-dokument ta’ Skeda V irid jiġi aġġornat biex jinkludi l-mediċina kollha li għandha bżonn din il-persuna. Għalhekk din il-persuna jkollha bżonn tmur għand il-konsulent biex jaġġornala l- entitlement tagħħa ta’ Skeda V, kif ukoll l-applikazzjoni tal-permess. Ġie ppruvat għal bosta drabi biex isir kuntatt ma’ din il-persuna permezz tan-numru pprovdut pero’ t-telefon ma ġiex imwieġeb.

Żerriegħa tal-patata

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien matul l-istaġun taż-żriegħ tal-patata li bħalissa waslet biex bdiet/se tibda tinqala', il-kwantità differenti ta' żerriegħa li ġiet impurtata? Ta' liema varjetajiet kienet iż-żerriegħa li ġiet hekk impurtata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor.Interpellant jispeċifika’ jekk irridx din l-informazzjoni għaż-żerriegħa li ġejja mill-EU jew impurtata minn pajjiżi Terzi.

Xogħol fuq l-Acquarium fil-Qawra

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlestew l-ewwel fażijiet tax-xogħol marbut mal-Acquarium, fl-inħawi tal-ponta tal-Qawra? Liema fażijiet oħra hu mistenni li jitlestew din is-sena li qegħdin fiha?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fil-proġett tal-Akkwarju, fil-Ponta tal-Qawra jinsab miexi ġmielu u l-intenzjoni tal-kuntrattur u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu hija illi l-ewwel sezzjoni li għandha titlesta hija l-parti tal-parkeġġ tal-karozzi. Ix-xewqa tal-kuntrattur hija li din tkun lesta qabel is-sajf li ġej. Sezzjonijiet oħra li għandhom potenzjal li jkunu lesti huma l-faċilitajiet ta’ mal-kosta u parti mill-ġnien ta’ mal-promenade. Il-proġett kollu huwa mistenni li jkun qrib il-kompletazzjoni sal-aħħar ta’ din is-sena.
Leg 11 PQ #33376 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forma ta avviż meta dawk li jqasmu l-voti ma jsibu lill-ħadd

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawk responsabbli mit-tqassim tal-voti humiex responsabbli li jħallu xi forma ta' avviż f'dawk id-djar fejn meta jmorru bil-vot ma jsibux il-persuni hekk reġistrati f'dik id-dar, biex l-istess persuni jkunu nfurmati bil-fatt li min kien responsabbli fil-fatt kien mar bil-vot iżda ma sab lil ħadd fil-post partikulari, fil-ħin li fih kien mar fil-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-proċedura li tintuża fiċ-ċirkustanza indikata fil-Mistoqsija hi li titħalla nota mill-uffiċċjal inkarigat mit-tqassim tad-dokumenti għall-votazzjoni.

drittijiet tas-single father

Question

Jista' l-Ministeru jgħarraf lil din il-Kamra jekk id-drittijiet kollha ta' single mother bi tfal magħha, jgħoddux ukoll, għal single father bit-tfal miegħu? Jekk le, hemm ħsieb li dawn ikunu l-istess?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-drittijiet kollha li jgħoddu għal single mother jgħoddu ukoll bl-istess mod għal single fathers. Infatti bħal ma għandna nisa jirċievu Għajnuna Soċjali għal Single Parents għandna ukoll irġiel.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — purtinara part-time

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi prospetti hemm li purtinari ingaġġati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni part-time jingħataw full-time employment fiż-żmien li ġej u dan partikolarment għal dawk li ġew ingaġġati aktar minn tliet snin ilu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor Interpellant li m’hemmx il-ħsieb biex l-ingaġġ tal-part-timers imsemmija jiġi kkonvertit għal wieħed Full-time . Madankollu, ninforma l-Onor. Interpellant li għadu kemm ġie konkluż mal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, eżerċizzju biex l- ingaġġ ta’ l- part-time Cleaners mad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi jiġi regolarizzat u għalhekk ser jiġi meqjus bħala mpjieg part-time mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

Temporary Provisions Schemes li mhux aċċessibli għall-pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn it-Temporary Provisions Schemes li kienu parti mid-Draft Local Plans ta' qabel l-2006 m'għadhomx aċċessibbli għall-pubbliku? Huwa possibli li dawn l-iskemi jiġu kkonsultati mill-pubbliku?

Response (DEMARCO, MARIO)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għad-dokument imsemmi kien fuq il-websajt tal-parlament, nixtieq ninfurmah li għalkemm dan id-dokument għandu l-logos tal-MEPA, m'huwiex dokument tal-MEPA.

applikazzjoni għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija single parent u tgħix f'post privat li ftit ta' snin ilu għamlet talba għal post alternattiv?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. Hija tikri post mill-privat u tħallas kera ta’ €2, 040 fis-sena pero’ se tibda’ ukoll tibbenefika minn sussidju fuq il-kera li jammonta għall-€966. 69 fis-sena. Dan ifisser li din il-persuna se tibda’ tħallas minn butha kera ta’ €89 fix-xahar. L-Awtorita’ tad-Djar pre¿entament għandha 218 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera i¿da li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.
Leg 11 PQ #33427 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Tnaqqistal-vot fil-Budget 2012

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm se jkun qed jonqos il-vot fil-Budget 2012 dedikat għall-Ospitalità u mill-vot għall-Konsulenzi li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu huwa responsabbli? Kemm kienu dawn l-ammonti għas sena 2011 u kemm kienu skont l-budget oriġinali għall-2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infumat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Tnaqqis tal-Vot fil-Budget 2012

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm se jkun qed jonqos il-vot fil-Budget 2012 dedikat għall-Ospitalità u mill-vot għall-Konsulenzi li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu huwa responsabbli? Kemm kienu dawn l-ammonti għas sena 2011 u kemm kienu skont l-budget oriġinali għall-2012?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Vot tal-Ospitalita' għal Head Office u 25 Ambaxxata ta' Malta u Uffiċċiji Representativi fl-2011 kien jammonta għal €132,000. L-ammont oriġinali approvat fl-2012 kien ta' €131,000 u dan ġie imnaqqas għal €124,000 jiġifieri tnaqqas b'€7,000 Il-Vot Professional Services fl-2011 kien jammonta għal €47,000. L-ammont oriġinali approvat fl-2012 kien ta' €47,000 u ġie mnaqqas għal €44,000 iġifieri tnaqqas bi €3,000.