Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kapijiet ta' skejjel tal-knisja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu attwalment in-numru ta' kapijiet ta' skejjel tal-knisja li huma: a) lajċi; u b) reliġjużi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-iskejjel tal-Knisja hemm 16 –il kap lajċi u 26 reliġjużi.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31921

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti; - Kummissjoni għal Vjolenza Domestika; nil - Kummissarju għat-Tfal; nil - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà; Assistant Service Officer fi skala 15 fuq kuntratt definit - Awtorità Nazzjonali għall-Impjiegi; nil - Dipartiment għall-Istandards tal-Harsien Socjali; Project Administrator fuq kuntratt definit fi skala 7 (li rrizenjat fil-21 ta’ Marzu 2012) - Meusac; 5 fuq kuntratt definit fil-gradi ta’ Media Coordinator, Events &activities Coordinator, Projects Coordinator, Head EU funding, Executive EU funding; Filwaqt li Head Administration &HR u Executive EU Policy and Legislation bhala Ufficjal Pubbliku ‘deployed on grounds of public policy’ - Kummissjoni ghall-Organizazzjonijiet Volontarji; nil - Kumissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza; 7 fuq kuntratt definit fil-grad ta’ Segretarja, 3 Ufficjali ta’ Sapport ghall-progett, 2 Koordinaturi ta’ Progett u Promotur tal-marka tal-Ugwaljanza - Qorti t’Ghawdex; Kuntratt Definit ghal-Xufier ma’ Membri tal-Gudikatura u Kuntratt ta’ 3snin ghal Deputat Registratur - Qrati ta’ Malta; 14-il kuntratt definit 4 ghall-Assistenti Gudizzjarji (part-time), 6 Casual substitute Clerks, u 4 ghal Casual Substitute Execuvtive Officers, Filwaqt li 9 Deputati Registraturi fuq kuntratt ta’ 3 snin - Awtorità tad-Djar; 9 fuq kuntratt Definit fil-post ta’ 2 Officer 1 back to back, 1 EU Coordinator back to back, 1 Executive Head back to back, 5 Apprentices filwaqt li 9 humw fuq kuntratt Indefinit – 3 Officer 1, 1 Senior Technical Officere, 1 Admin Technical Officer, 1PR Supervisor u 3 Officers 2 - Politika Socjali; 2 fuq kuntratt definit fil-post ta’ Manager (Voluntary Organisations) u Porject Administrator - Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali; 99 fuq kuntratt definit fejn 72 huma fuq bazi full-time mentri 27 huma fuq bazi part-time fil-post ta’ 6 Clerk, 3 Customer care/ Administrative Support Worker, 1 Execuvtive 1, 10 Executive III, 20 Social Workers, 44 Support Workers, 2 Nurse, 2 Psychoterapist, 2 Administrator – Officer (safer internet), 1 EU Projects Executive, 2 Training Executive, 1 Senior Manager HR, 1 Procurements, 1 Manager Access, 1 Assistant Manager, 1 Manager Home Care Programme u 1 Senior Executive II – Administration.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — informazzjoni dwar l-impejgati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

informazzjoni dwar post residenzjali

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk il-post li d-dettalji dwar u qed jintbagħtu separatament għadx għandu skop residenzjali? Kemm ilu vakanti?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi li l-post in kwistjoni qatt ma nkera għal skopijiet residenzjali sakemm ġie vvakat fl-1 ta’ Lulju 2010. Ai fini ta’ użu residenzjali jew le, peress li bħalissa hemm kawża pendenti l-Qorti, nkunu rridu nistennew l-eżitu tal-kawza sabiex jiġi determinat l-iskop futur tal-post.

Volum ta' drenaġġ

Question

B’refereza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32199, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta’ drenaġġ iġġenerat kull sena f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2000 sal-2011 peress li hu naqas li jagħti l-volumi għal Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #33307 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi ta' politika ta' koezjoni għall-programm baġitarju 2007 — 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti approvati s’issa li huma ko-finanzjati mill-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-Programm Baġitarju 2007-2013 tal-Unjoni Ewropea u li minnhom se jibbenefika Għawdex? X’inhuwa l-benefiċċju għal Għawdex f’kull każ? Kemm mistennija li tkun in-nefqa f’Għawdex fuq kull proġett? Meta suppost li beda/se jibda jiġi implimentat kull porġett? Meta tlesta jew mistenni li jitlesta kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #33308 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Programm Operattiv I — Politika ta' Koezjoni Ewropea 2007 - 2013 - fondi strutturali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv I tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa, kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #33309 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Programm Operattiv II — Politika ta' Koezjoni Ewropea 2007 - 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta’ għajnuna diġà approvati taħt Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-intermediate body taħt kull skema? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn l-iskemi diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta nbdew? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa, kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #33310 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Programm Operattiv I — Politika ta' Koezjoni Ewropea 2007 - 2013 - Fond ta' Koezjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv I tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fond ta’ Koeżjoni - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa, kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #33311 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Programm Operattiv II — Politika ta' Koeżjoni Ewropea 2007 - 2013 - Fondi strutturali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #33312 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati li għandhom dottorat u/jew masters

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm impjegati maċ-ċivil bi kwalifika akkademika (dottorat u/jew masters) li jinsabu jaħdmu mal-Gvern fi skala ta' anqas minn dik ta' Assistent Direttur, jiġifieri fi skala 8 sa 16? F'liema qasam hi l-kwalifika tagħhom? X'inhu l-grad (pożizzjoni) u l-iskala attwali tagħhom, f'liema Dipartiment huma llum impjegati u jekk ix-xogħol tagħhom hux relatat mal-kwalifika tagħhom? Jista' jagħti lista separata ta' min huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi skont stħarriġ li sar mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika rigward il-kwalifiki u l-ħiliet tal-impjegati fis-Servizz Pubbliku, preżentement hemm 30 uffiċjal pubbliku li l-għola kwalifika tagħhom hija Dottorat u 1116-il uffiċjal pubbliku li l-għola kwalifika tagħhom hija Masters li preżentement qegħdin fi Skala ta’ Salarju ta’ anqas minn dik ta’ Assistent Direttur, jiġifieri minn Skala 6 sa Skala 20. Biex tingħata risposta sħiħa u dettaljata rigward il-qasam tal-kwalifiki, l-gradi, id-Dipartimenti, dwar jekk ix-xogħol tagħhom hux relatat mal-kwalifika tagħhom, u lista ta’ min huma, hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, irid jiġi ddedikat ħafna ħin li jista’ jiġi użat għal xogħol aktar produttiv u li jista’ jħalli aktar frott għal pajjiżna, sakemm ma ningħatax raġuni valida għal dan.
Leg 11 PQ #33325 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati maċ-ċivil li m'għandhomx Baċellart, Master jew Dottorat

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm impjegati maċ-ċivil, full-time, part-time bit-telework, jew reduced hours li m'għandhomx kwalifika akkademika (bħal Baċellerat, Masters jew Dottorat), li jinsabu jaħdmu mal-Gvern fi skala bejn 1 u 7? X'inhu l-grad (pożizzjoni) u l-iskala attwali tagħhom, f'liema Dipartiment huma llum impjegati? Meta kienu maħtura f'dik il-pożizzjoni? Jista' jagħti lista separatament ta' min huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li skont stħarriġ li sar mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika rigward il-kwalifiki u l-ħiliet tal-impjegati fis-Servizz Pubbliku, preżentement, hemm 650 uffiċjal pubbliku li qegħdin fl-iskali ta’ salarju bejn Skala 1 u Skala 7, li m'għandhomx kwalifika akkademika (bħal Baċellerat, Masters jew Dottorat). Biex tingħata risposta sħiħa u dettaljata rigward jekk jaħdmux bir- reduced hours jew bit- telework , il-gradi, d-Dipartimenti, meta kienu maħtura fil-pożizzjoni preżenti tagħhom, u lista ta’ min huma, hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, irid jiġi ddedikat ħafna ħin li jista’ jiġi użat għal xogħol aktar produttiv u li jista’ jħalli aktar frott għal pajjiżna, sakemm ma ningħatax raġuni valida għal dan.

ETC — kwestjoni dwar għalliema li jgħallmu l-isnajja

Question

B'referenza għal dawk l-għalliema fi ħdan il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li nkarigati fuq snajja fost oħrajn peress li issa qed jingħad li l-fondi mill-Unjoni Ewropea spiċċaw, tista' l-Ministru tgħid x'se jiġri minnhom? Tista' tikkonferma jekk dawn il-korsijiet humiex se joħorġu minn idejn il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u jmorru fi ħdan l-MCAST?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Wieħed ta’ min jiċċara illi l-iskop tat-taħriġ li jingħata mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ huwa sabiex ikun jista’ jilqa’ b’mod effettiv għal nuqqas, jew bżonnijiet, ta’ ħiliet illi jkunu preżenti fis-suq tax-xogħol f’Malta. Għalhekk in-natura u n-numru ta’ korsijiet li jingħataw mill-ETC hija dinamika. Għaldaqstant dawn jinbidlu minn żmien għal żmien. Minħabba l-fatt illi l-Korporazzjoni ma għandiex programm ta’ taħriġ permanenti, imma, kif ingħad, il-korsijiet jiġu mfassla skont il-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol, l-għalliema tal-korsijiet offruti mill-ETC m’humiex ingaġġati fuq bażi permanenti, iżda fuq bażi kuntrattwali. Dawn l-għalliema jagħtu s-servizzi tagħhom permezz ta’ sejħiet għal tenders. Sa’ mill-2009, l-ETC ħarrġet ‘il fuq minn 32,000 persuna fuq l-Employability Programme, li hu ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew. Dan il-programm kien ta’ suċċess, u mhux biss laħaq il-miri tiegħu iżda dawn ġew maqbuża. Dan it-taħriġ ingħata mhux biss lil persuni li qed ifittxu xogħol iżda wkoll lil dawk li qed jaħdmu u jridu jżidu l-ħiliet tagħhom. Bħal kull programm ieħor dan kellu baġit, li kien ta’ 5,253,211 Ewro, u issa l-programm jinsab fi stat avvanzat ħafna. Minkejja dan, xorta waħda għad hemm numru ta’ korsijiet li għadhom qed jingħataw għax il-programm għadu ma ntemmx. Minħabba s-suċċess ta’ dan il-programm il-Korporazzjoni ħasbet sabiex tagħmel applikazzjoni oħra biex tikseb programm ieħor ta’ taħriġ mill-Fond Soċjali Ewropew fl-aħħar sejħiet mit-8 sejħa taħt l-Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013. Din l-applikazzjoni bħal issa qed tiġi evalwata u fil-każ li l-applikazzjoni tiġi milqugħa, jerggħu jinfetħu sejħiet oħra sabiex il-Korporazzjoni tkun tista’ tikkuntratta servizzi ta’ taħriġ għal numru ta’ korsijiet. Il-programmi ta’ taħriġ li ser jingħataw qed jiġu mfassla fuq bażi ta’ konsultazzjoni ma’ għaqdiet ta’ min iħaddem, u fuq analiżi interna li qed issir mill-Korporazzjoni, fejn fiha qed jiġu identifikati l-ħiliet li qed jiġu mitluba min dawk li jħaddmu. Dawn is-sejħiet iridu isiru ukoll f’kuntest legali ġdid ta’ kif entita’ tista’ tikkuntratta il-proviżjoni ta’ Servizzi. L-MCAST joffru l-programmi ta’ korsijiet tagħhom, li huma amministrati separatament minn dawk li toffri l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.

Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa — anzjani li tefgħu applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet minn anzjani (u mhux anzjani) li talbu biex imorru fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa, matul l-aħħar 12-il xahar li wara li ġiet evalwata t-talba tagħhom kienu infurmati li t-talba tagħhom ma setgħetx tintlaqa'? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li t-talba tagħhom ma ġietx aċċettata? Fl-istess perjodu kemm kien hemm talbiet li ġew aċċettati u minn fejn kienu ġejjin dawk involuti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li f’dawn l-aħħar tnax il-xahar applikaw 104 persuni għad-Dar tal-Mellieħa. 21 minnhom irrifjutaw l-applikazzjoni meta marret is-Social Worker tagħmel l-assessment u jgħidulha li ma jixtiequx jidħlu ġo dar tal-Anzjani għalissa; 14-il applikazzjoni huma pendenti u applikant wieħed ġie nieqes. 10 applikazzjonijiet ma ġewx approvati mill-Bord tal-Ammissjoni li huma minn dawn il-lokalitajiet: 1 mill-Mosta 1 mill-Mellieħa 1 minn Ħad-Dingli 2 mill-Għargħur 1 minn Ħ’Attard 1 mill-Imsida 2 minn-Naxxar 1 mill-Kalkara 27 applikazzjoni ġew approvati għal Nursing Care Setting (Mtarfa, Mellieħa, Residenza San Vincenz de Paule (SVPR)) 18-il applikazzjoni ġew approvati għal dar fil-komunita’; 13-il applikazzjoni ġew approvati għal SVPR Dawn huma minn dawn il-lokalitajiet: 3 San Pawl il-Baħar 2 Ibraġġ 1 St. Venera 16 Mellieħa 1 Balzan 1 Fgura 1 Birżebbuġa 1 Rabat 1 Valletta 2 Qawra 1 Baħrija 6 Birkirkara 1 Floriana 2 Mġarr 1 Żabbar 4 Ħamrun 1 Paola 1 Iklin 4 Mosta 1 Victoria, Għawdex 1 Naxxar 1 Tarxien 1 San Ġwann 1 Swieqi 1 Attard 2 San Ġiljan

Residenza San Vinċenz de Paul — pazjenti li marru jivvotaw

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33160, fejn issemma li kien hemm 33 persuna li ħarġu biex jivvutaw, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet inġarru biex jivvutaw dawn il-persuna aktar u aktar meta t-trasport kien ipprovdut minn servizz ta' trasport tar-Residenza San Vinċenz de Paul? X'inhi l-proċedura li trid/għandha tintuża biex persuni intitolati għall-voti iżda għalkemm residenti f'dan l-istess sptar ikollhom jivvutaw fil-lokalità oħra, jiġu pprovduti bit-trasport mir-Residenza għall-post tal-votazzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li disa’ u għoxrin (29) persuna ġew meħuda sal-post tal-votazzjoni fil-lokalita’ tagħhom bit-trasport pprovdut minn San Vinċenz, filwaqt li erba’ (4) persuni kienu meħuda sabiex jivvotaw mill-qraba tagħhom bi trasport privat. Il-lokalitajiet u n-numru ta’ residenti li ttieħdu sabiex jivvutaw huwa indikat fit-tabella hawn taħt: Residenti ta’ San Vincenz de Paule li vvutaw fil-Lokalita’ Lokalita’ Votanti ATTARD 2 B'BUGIA 2 BIRGU 3 FLORIANA 1 GZIRA 2 HAMRUN 3 ISLA 1 KIRKOP 1 PAOLA 5 QORMI 2 SAN GILJAN 2 SIGGIEWI 1 ST PAUL'S BAY 1 ZEBBUG 2 ZURRIEQ 1 29 Assistiti mill-Qraba Lokalita’ Votanti HAMRUN 1 LUQA 1 ZEBBUG 1 ZURRIEQ 1 4 TOTAL TA’ VOTANTI 33 Il-proċedura użata hija li meta persuna jinħarġilha l-vot mill-Kummissjoni Elettorali, fejn ikun indikat kemm il-lokalita’ kif ukoll il-post tal-votazzjoni, dawn il-persuni jiġu mistoqsija jekk jixtiequx jivvutaw. Jekk it-tweġiba tkun fl-affermattiv, allura l-persuna tiġi meħuda sal-lokalita’ tagħha akkumpanjata minn rappreżentant ta’ kull partit.

servizz ta' speech therapist għat-tfal fl-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32751 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f'kemm-il skola primarja jiġi provdut is-servizz ta' speech therapist? Għaliex tfal minn skola jkollhom imorru fi skejjel oħra flok ma t-terrapista jżur it-tfal li għandhom bżonn ta' dan is-servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' skejjel li fihom nipprovdu servizz dirett ta’ speech therapist huwa ta’ 21. It-tfal narawhom fl-iskejjel jew fi kilinika fil-kommunita skont il-bżonn individwali tal-istess tfal. Infatti għandna linji gwida li jirregolaw dan is-servizz sabiex, kemm jista' jkun, nipprovdu lill-individwu b'dak li għandu bżonn sabiex it-terapija tkun iżjed effettiva.