Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "Create" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi taħt din l-iskema, daħlet biss applikazzjoni waħda, din is-sena, li għadha qed tiġi evalwata.
Malta Enterprise — ERDF International Competittivness Grant Scheme
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-ERDF International Competittivness Grant Scheme tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u n-numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ERDF International Competitiveness Grant hija skema ta’ natura kompetittiva ko-finanzjata mill-fondi ERDF li ġiet miftuħa 4 darbiet mill-2009. Fl-ewwel 3 sejħiet, 100 kumpanija ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €7,272,488 liema informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-raba’ sejħa hija miftuħa bħalissa. Id-dettalji dwar il-benefiċjarji tal-iskemi ERDF huma ukoll aċċessibli fis-sit www.20millionforindustry.com
Is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa biss għall-SMEs.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-ERDF Energy Grant Scheme tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u n-numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ERDF Energy Grant hija skema ta’ natura kompetittiva ko-finanzjata mill-fondi ERDF li ġiet miftuħa 3 darbiet mill-2010. 264 kumpanija ibbenefikaw minn din l-iskema għal total ta’ €14,722,301 liema informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-iskema mhux pjanata li terġa tinfetaħ peress li il-fondi allokati ttieħdu kollha. Ir-riżultati tal-iskema ERDF Energy huma aċċessibbli ukoll fis-sit http://energy.maltaenterprise.com
Is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa għall-kull daqs ta’ intrapriża.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Soft Loans (Business Pormotion Act) tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illli l-iskem Soft Loans, daħlet fis-seħħ fl-2005. Dettalji ta’ benefiċjarji huma murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dettalji dwar id-daqs m’humiex disponibbli.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Loan Guarantees (Business Promotion Act) tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba hija murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dettalji dwar l-impjieg u tqassim skont in-NACE mhumiex disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx art li ngħatat għall-bini ta' residenti mill-gvern iżda li għadha mhix akkwistata mill-Gvern f'Ħal Luqa? Jekk iva jista' jgħid liema huma dawn l-artijiet? Meta huwa ppjanat mill-Gvern li jakkwista dawn l-artijiet u sussegwentement jagħmel il-kuntratti relevanti ma' dawk il-familji li bnew ir-residenzi tagħhom fuq artijiet bħal dawn, f'Ħal Luqa?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Id-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern huwa konxju li hemm diversi persuni li għadhom bla titlu fuq ir-residenza taghhom f’Tal-Wilga, Hal Luqa, għalkemm għamlu konvenju ma l-Awtorita’ tad-Djar xi żmien ilu, għaliex l-art għada ma nxtratx mill-Gvern. Għalhekk id-Dipartiment qiegħed jagħti priorita’ biex malajr kemm jista jkun iseħħ ix-xiri ta’ l-artijiet kollha fejn huma mibnija l-oqsma tad-Djar. Ta’ min isemmi li kemm fl-2011 kif ukoll fl-2012 ġew allokati tlett miljun ewro għall-dan il-għan. B’dawn il-fondi, fis-sena 2011 inxtrat l-art kollha tal-Housing Estates f’Għajn Dwieli u f’ta’ Xlejli l-Gudja. Fis-sena li qegħdin fiha huwa previst li tinxtara l-art kollha fil-Housing Estates taz-Zurrieq, il-Gudja (area oħra) u n-Nadur Għawdex. Din il-priorita’ biex jinxtraw dawn l-artijiet, bdiet tingħata mis-sena 2010, fejn matul dik is-sena inxtrat l-art f’Għar Barka, ir-Rabat u f’Sta Lucia. Huwa ttamat li b’hekk wara numru ta’ snin, tkun akkwista l-art kollha fejn huma mibnija l-Housing Estates inkluz dawk li l-Onorevoli Interpellant qed tistaqsi għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq huma dawk l-artijiet li ngħataw għal bini ta' residenzi mill-Gvern fis-Siġġiewi, iżda li sal-lum għadhom ma ġewx akkwistati mill-Gvern u għaldaqstant il-familji li jgħixu fihom għadhom bla titolu fuq l-art? Meta huwa ppjanat mill-Gvern li jakkwista dawn l-artijiet u sussegwentement jagħmel il-kuntratti relevanti ma' dawk il-familji li bnew ir-residenzi tagħhom fuq artijiet bħal dawn, fis-Siġġiewi?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Id-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern huwa konxju li hemm diversi persuni li għadhom bla titlu fuq ir-residenza tagħhom, kemm fiz-żona ta’ Kircippu u fi Triq Dr. Nikola Zammit, Siġġiewi, għalkemm għamlu konvenju ma l-Awtorita’ tad-Djar xi żmien ilu, għaliex l-art għada ma nxtratx mill-Gvern. Għalhekk id-Dipartiment qiegħed jagħti priorita’ biex malajr kemm jista jkun iseħħ ix-xiri ta’ l-artijiet kollha fejn huma mibnija l-oqsma tad-Djar. Ta’ min isemmi li kemm fl-2011 kif ukoll fl-2012 ġew allokati tlett miljun ewro għall-dan il-għan. B’dawn il-fondi, fis-sena 2011 inxtrat l-art kollha tal-Housing Estates f’Ghajn Dwieli u f’ta’ Xlejli l-Gudja. Fis-sena li qegħdin fiha huwa previst li tinxtara l-art kollha fil-Housing Estates taz-Zurrieq, il-Gudja (area ohra) u n-Nadur Għawdex. Din il-priorita’ biex jinxtraw dawn l-artijiet, bdiet tingħata mis-sena 2010, fejn matul dik is-sena inxtrat l-art f’Ghar Barka, ir-Rabat u f’Sta Lucia. Huwa ttamat li b’hekk wara numru ta’ snin, tkun akkwista l-art kollha fejn huma mibnija l-Housing Estates inkluz dawk li l-Onorevoli Interpellant qed tistaqsi għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-helipad li kien hemm fl-Isptar San Luqa, ġiex żarmat? Jekk iva, jista' jagħti lista tal-affarijiet u l-faċilitajiet, anke dawk li jintużaw għas-sigurtà li żżarmaw minn dan il-helipad? Jista' jgħid mil-liema entità ġie żarmat, jekk hux id-Dipartiment tas-Saħħa jew il-Malta Enterprise jew xi entità oħra? Jista' jgħid jekk hemmx pjanijiet li dan il-helipad jerġa' jintuża flok dak li hemm fl-Isptar Mater Dei, minħabba l-bini taċ-Ċentru tal-Onkoloġija? Jekk iva, dan ifisser li l-helipad ta' l-Isptar San Luqa se jerġa' jiġi armat? Jekk iva, x'se tkun l-ispiża biex dan jerga' jintrama? Jekk il-helipad tal-Isptar San Luqa se jerġa' jintuża, jista' jghid jekk il-Malta Enterprise għandhiex aċċess għal din l-area u jekk iva min se jkun responsabbli għas-sigurtà tal-helipad? F'każ li l-helipad tal-Isptar San Luqa se jerġa' jintuża, x'se jiġri mill-parking area li hemm madwaru u li qed tintuża mill-Malta Enterprise? Din se tibqa' hemm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli nterpellanta għar-risposta tiegħi għad-Domanda Parlamentari 32938 fejn diġa spjegajt l-arranġamenti li qegħdin isiru sabiex il-helipad li tinsab ġewwa l-bini tal-ex Sptar San Luqa terġa tiġi reinstated minħabba li fil-madwar tal-Isptar Mater Dei qegħdin isiru numru ta’ proġetti nazzjonali fosthom dak taċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija; kif ukoll dak tal-Life Sciences Park.
Tajjeb li nerġa nfakkar li l-
helipad
ġewwa l-Isptar San Luqa ser tkun qed tintuża b’mod temporanju sakemm il-
helipad
il-ġdida ġewwa l-Isptar Mater Dei tkun lesta. Kif kelli l-okkażjoni li ntenni f’diversi okkażżjonijiet oħra, nerġa nfakkar li ser tinbena
helipad
ġdida fuq Block D1 fl-Isptar Mater Dei - u dan minħabba l-proġetti hawn fuq imsemmija; u minħabba bini għoli ieħor li jinsab fil-viċinanzi tal-Isptar Mater Dei. It-
tender
għall-proġett tal-bini tal-
helipad
il-ġdida ġewwa l-Isptar Mater Dei jinsab fi stadju avvanzat ta’ aġġudikazzjoni.
Il-
helipad
ġewwa l-bini tal-ex-Sptar San Luqa ma ġietx żarmata. Il-
helipad
innifisha hija fi stat tajjeb ħafna u kull ma hemm bżonn huwa li terġa tinżebaħ bil-
markings
oriġinali tagħha. Li ġiet imneħħija hija kamra żgħira li ġewwa fiha kien hemm
cables
tal-elettriku u
switches
tad-dwal. Ġewwa din il-kamra kien jinżamm ukoll apparat ta’ kominikazzjoni; u apparat użat għat-tifi tan-nar. Din il-kamra ma ġietx imneħħija mid-Dipartiment tas-Saħħa. Mhux ser tinbena kamra oħra sabiex tkun tista tintuża l-
helipad
b’ mod temporanju iżda ser tintuża
mobile cabin
apposta. L-ispiża sabiex tiġi
reinstated
il-
helipad
ġewwa l-bini tal-Isptar San Luqa mhux mistennija tkun aktar minn €4,500.
Nassigura lill-Onorevoli nterpellanta li minħabba n-natura stess tal-użu tal-
helipad
din tal-aħħar trid tkun bilfors mgħammra b’mod xieraq. Huwa flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta li ttieħdet id-deċiżjoni li terġa tintuża l-
helipad
ġewwa l-bini tal-Isptar San Luqa. Kull arranġament, għalhekk, qed isir flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta; u ser jitħaddmu proċeduri sabiex l-aċċess għall-
helipad
jingħata li min huwa awtoriżżat; b’ mod kontrollat; u f’ kull ħin tal-ġurnata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' serq mid-Djar tal-Anzjani matul il-perjodu 2008 sa' Frar 2012, xahar b'xahar u home b'home? Kemm kien hemm anzjani effettwati? X'investigazzjonijiet saru dwar ir-rapporti ta' serq? X'riżultati inkisbu mill-investigazzjonijiet li saru? Kien hemm implikazzjonijiet fuq staff tal-homes in kwestjoni jew implikazzjonijiet oħra? X'miżuri ittieħdu biex jiġu evitati aktar serqiet mingħand l-anzjani f'dawn il-homes? Id-Dipartiment għandu policy dwar dan l-abbuż? Jekk iva jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din il-policy? Jekk le għaliex m'għandux policy?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li inbeda servizz ta' delivery ta' ħrieqi lill-anzjani fi djarhom? Jekk dan is-servizz inbeda, minn meta? Fejn jistgħu japplikaw l-anzjani? Jista' jgħid jekk id-Dipartiment ħariġtx tender għal dan is-servizz? Jekk ħarġet tender ġiet allokkata u lil min? Jista' jgħid x'inhi s-sistema, bħal per eżempju jekk hux jintalab ħlas għad-delivery? Kemm huwa l-ħlas? Min jitħallas? Tingħata irċevuta għall-ħlas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17244, jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-inkjesta li talab id-dipartiment u jqiegħed kopja tar-rapport tal-Bord tal-Inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu sepatarament, kellha tnaqqis kemm fl-SKA kif ukoll fl-għajnuna socjali SA?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li l-ilment li resqet il-persuna li d-dettalji dwarha li jintbagħtu separatament rigward ħsarat fir-residenza tagħha u l-parti komuni mal-Awtorità tad-Djar xi ġimgħat ilu, jiġi mistħarreġ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ilment li resqet il- persuna insemmija gie mistharreg diga' meta saret spezzjoni minn ufficjal ta’ L-Awtorita’ tad-Djar fil 9 ta’ Jannar 2012 rigward id-dhul ta’ l- ilma mil-bejt u fil-14 ta’ Frar, 2012 rigward il- bieb tal- bejt li qieghed fil-parti komuni tal- blokk.
Jista' l-Ministru jara li tiġi mistħarrġa l-ammont ta' kera li qed ikollu jħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u dan peress li jgħix bil-benefiċċji soċjali biex jieħu ħsieb uliedu żgħar?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni tħallas kera ta’ €419 fis-sena jiġifieri €35 fix-xahar. Il-kera kummerċjali tal-fond fejn joqgħod hija ta’ €465.87 fis-sena. Id-dħul totali tal-applikant huwa ta’ €14, 664 u għaldaqstant jaqa’ taħt kategorija E u għandu sussidju ta’ 10 fil-mija. Il-persuna in kwestjoni jmissha r-revizzjoni tal-kera f’Ġunju li ġej.
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fil-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u dan minħabba li hemm ħsarat konsiderevoli?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorita’ tad-Djar ma tghamilx dan it-tip ta’ spezzjonijiet. Pero’ l-inkwilin jista’ japplika taht skema SM jew skemi ohra applikabbli li minnhom jista’ jibbenefika. Ghalhekk l-inkwilini huma mhegga javvicinaw l-Awtorita’ sabiex ikunu jistghu japplikaw.
Infrastruttura biex ikollna ġenerazzjoni tal-elettriku bil-gass fuq skala nazzjonali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21862, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' fiex waslu l-istudji sabiex ikun magħruf x'infrastruttura hi meħtieġa u kemm se tqum din l-infrastruttura sabiex ikollna ġenerazzjoni tal-elettriku fuq skala nazzjonali li taħdem bil-gass?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ftehim bejn l-Assoċjazjoni Kunsill Lokali u Faces Ltd
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li kien saru bejn l-Assoċjazjoni Kunsill Lokali u Faces Ltd dwar stallazzjoni, manutenzjoni u reklamar ta' bus shelters?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hija entita' mhux Governattiva u hija awtonoma mill-Gvern Ċentrali skont ir-Regolamenti pubblikati taħt il-Kap 363 tal-Liġijiet ta' Malta.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts tal-Public Broadcasting Services għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-PBS tas-snin finanzjarji 2007/2008, 2008/ 2009 u 2009/2010, peress li l-Audited Accounts tas-sena finanzjarja 2010/2011 għadu mhux ffinalizzat.
Issa li qed jingħad li l-Power Station se tibda topera f'Ġunju, jista' l-Ministru jgħid kienx deċiż li l-iskart tossiku jinġarr fuq l-art flok il-baħar? Jista' jagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu attwalment in-numru ta' kapijiet tal-iskejjel tal-knisja lajċi li inħatru fl-istess skola fejn kienu jaħdmu qabel il-ħatra tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-Numru ta’ Kapijiet tal-iskejjel tal-knisja lajċi li nħatru fl-istess skola fejn kienu jaħdmu qabel il-ħatra tagħhom huwa 12.