Ġaladarba kienu ġew mwegħda proġetti marittimi ġodda, bħal park marittimu li kellu jsir flok ex-shipbuilding, iż-żona magħrufa bħala tal-Menqa li kellha tinbidel f'żona t'attrazzjoni turistika kif ukoll l-istitut il-ġdid li kellu jkun parti mill-MCAST u li jiġi użat bħala bażi ta' koordinazzjoni mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dawn il-proġetti sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — karozzi bid-data track mhux imħaddem
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tal-infurzar fi Transport Malta kellu karozzi bid-data track u dan ma kienx jiġi mħaddem? Jista' jagħti l-perjodu ta' meta dan l-apparat ma kienx isir użu minnu u li f'dak l-istess perjod xorta waħda kien għadu stallat? Jista' jagħti l-ammont ta' kemm kienet in-nefqa għal dan id-data track fil-perjodu li ma kienx isir użu minnu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' dawk l-aġenziji tal-ivjaġġar li taw servizz lill-Transport Malta mill-2012 sal-lum? Jista' jinkludi s-servizzi li ġew provduti minn kull aġenzija flimkien mal-ammont minfuq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mwettqa proġetti differenti għar-riġenerazzjoni tal-Forti Sant Iermu u jindika liema huma? Jista' jgħid meta dawn inbdew, tlestew u x'kienet in-nefqa għal kull proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Proġett tar-riġenerazzjoni tal-Forti Sant Iermu beda f’Mejju 2012 bir-restawrazzjoni tal-forti u bħalissa għaddej ix-xogħol fuq ir-restawrazzjoni tal-Carafa Enceinte. In-nefqa globali għal dan il-proġett hija ta’ € 15.3 miljun, iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea (ERDF 244). Hu mistenni li jkun lest fit-tielet kwart tas-sena 2014.
Transport Malta — manutenzjoni tal-parkeġġ ħdejn id-Deep Water Quay
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa u kell ilu lest mill-manutenzjoni l-parkeġġ li hemm biswit il-bini ta' Transport Malta iġifieri dak tad-Deep Water Quay? Jista' jgħid x'kien l-iskop u għal liema raġuni ġie rranġat? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minn dan il-parkeġġ llum? Jista' jindika min humna l-proprjetarji/u u x'tip ta' sigurtà għandu dan il-parkeġġ sabiex ikun imħares minn xi tip ta' vandaliżmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-iStock Information and Management System (SIMS) hux qed titħaddem fil-Pharmacy of Your Own Choice? L-iStock Information and Management System (SIMS) tindegra direttament ma' ACCESS Financials? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq l-implementazzjoni tal-iStock Information and Management System (SIMS)? Il-kuntratturi għamlux user acceptance testing (UAT) tas-sistema SIMS u jekk dawn il-UAT ġew aċċettati mill-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek? Kemm intefqu flus biex ġiet implementata din is-sistema SIMS?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 38223.
Servizz Ċivili u s-Settur Pubbliku — Capacity Building Reports
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Capacity Building Reports kollha li saru fis-Servizz Ċivili u s-Settrur Pubbliku fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-lum?
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jsir il-kuntratt bejn l-Awtorità tad-Djar u l-inkwilini l-ġodda fl-indirzz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-familja ndikata ser tiffirma l-kuntratt tal-post fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm persuni li damu fuq stretcher l-emergenza għal iktar minn 24 siegħa fl-Isptar Mater Dei sakemm issejħu sabiex jingħataw sodda matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li kellu jsir xi xogħol minħabba l-katusa tal-ilma imma s'issa għadu ma beda xejn?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ħarġet sejħa għal stimi għal xogħol simili fi 12-il appartament fit-12 ta’ Settembru, 2012. It-talba għalqet fl-20 ta’ Settembru, 2012, iżda x-xogħol ma ġiex assenjat. Is-sejħa reġgħet ħarġet fit-28 ta’ Settembru, 2012 u għalqet fl-10 t’Ottubru, 2012. Ġew evalwati l-offerti u intagħżel il-kuntrattur li ser jagħmel ix-xogħlijiet. Il-kuntrattur ġie ordnat jibda f’dawn l-appartamenti fit-12 ta’ Novembru, 2012 u għandu jlesti sal-14 ta’ Jannar, 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ġewwa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jieħdu l-above grade allowance? Kemm kull wieħed/waħda ilhom jieħdu l-above grade allowance għal aktar minn tliet xhur konsekuttivi?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga x’passi ttieħdu wara rapporti li allegatament saru rigward servizzi veterinarji fil-ħanut li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ġieli użaw trattament mediku fuq annimali meta l-ħanut huwa biss wieħed ta' animal grooming u jingħad li l-operaturi tal-istabbiliment m'għandhomx liċenzja veterinarja? Iddaħħlu l-pulizija f’xi stadju jew ieħor?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-ilmenti ta’ abbuż ta’ professjoni veterinarja jiġu nvestigati mill-Kunsill Tal-Kirurgi Veterinarji. Sa fejn ninsab infurmat, fil-passat kien hemm rapporti fuq l-istabbiliment in kwestjoni fejn il-Kunsill Tal-Kirurgi Veterinarji kien irċieva ittra b’ilment li tirrigwarda s-sigurtà u l-kwalità tas-serivizz li jingħata minn dan l-istabiliment; b’mod partikolari fuq l-użu ta’ sedativi biex jikkalmaw l-annimali. Dan il-kunsill kien għamel l-investigazzjonijiet neċessarji li inkluda spezzjoni fuq il-post fejn isir dan ix-xogħol ta’ ‘grooming’.
Il-konklużjonjiet ta’ dawn l-investigazjonijiet kienet li medicini minn dan l-istabbiliment jingħataw minn nies bi kwalifika. Instab ukoll li kull meta kien hemm il-bżonn tas-sedazzjoni biex jiffaċilita x-xogħol għal persuna li qiegħed/qiegħda jagħmel il-
grooming
, din is-sedazzjoni ngħatat biss minn veterinarju li huwa reġistrat mal-Kunsill u huwa maħruġ b’
warrant
mogħti mill-President ta’ Malta biex jaħdem il-professjoni veterinarja f’Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37230 u jgħid fiex wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-tender marbut mal-pannelli fotovoltajiċi fuq bjut tal-gvern u propjetajiet oħra u jekk l-aġġudikazzjoni saret, kemm hija l-feed in tariff maqbula kif ukoll jekk din il-feed in tariff hix se sservi ta' benchmark għal proġetti oħrajn simili?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-proċess tal-aġġudikazzjoni jinsab fi stadju avvanzat tali li r-rata l-aktar vantaġġuża ġiet referuta lill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi għall-approvazzjoni. Għaldaqstant f’dan l-istadju mhuwiex prudenti li fil-preżent tkun pubblikata aktar informazzjoni waqt li l-proċess ta’ aġġudikazzjoni għadu mhux konkluż.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37269 u jgħid kemm hemm VAT inspectors fil-VAT Department? Dan huwa l-full compliment jew le? Kemm suppost għandu jkun hemm VAT inspectors biex dawn ilaħħqu mal-work load tagħhom? Jista' jgħid jekk il-VAT inspectors kollha humiex jagħmlu xogħol ta' VAT inspectors, jew jekk hemmx minnhom li qed jingħataw xogħol purament klerikali? Jekk dan huwa minnu kemm minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-misotqsija parlamentari 37229, jista' l-Prim Ministru jwieġeb rigward l-events organizing company privata li ħadet ħsieb ix-xogħol loġistiku marbut mal-konferenza 5+5?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-organizzazzjoni loġistika tas-Summit tal-5+5 kienet kollha f’idejn il-kumitat organizzattiv imwaqqaf fi ħdan l-uffiċċju tiegħi.
Ovvjament, sabiex jiġu organizzati d-diversi avvenimenti marbutin mas-summit, ġew utilizzati servizzi ta’ diversi kuntratturi sabiex ġew armati l-postijiet kollha li ntużaw.
Dwar il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, għall-għajnuna fil-koordinazzjoni tal-Palazz Verdala tħallset is-somma ta’ €4720.
Għal dan ix-xogħol ma ħarġitx sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36704 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33674, minkejja li l-Ministru wiegħed li se jsir iċ-ċint, jista' jgħid għaliex għaddew aktar minn ħames xhur u dan għadu ma sarx?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Mistoqsija Parlamentari 36704 ġiet imwieġba f’Seduta 521.
Tista' l-Minstru tgħid meta twaqqaf u għaliex ġie mwaqqaf l-aħħar kuntratt tat-trainers li suppost spiċċa f'Diċembru 2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq niċċara li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma waqfet l-ebda kuntratt tat-‘trainers’ li rebħu t-tenders taħt l-‘Employability Programme’. Kulħadd kien jaf li dawn kienu kuntratti fuq “timeframe”. Peress li ħafna mill-fondi allokati fil-proġett intużaw u l-miri stabbiliti ntlaħħqu l-ETC organizzat inqas korsijiet fl-aħħar xhur.
Sabiex jitkomplew il-programmi ta’ taħriġ, il-Korporazzjoni applikat għal aktar fondi Ewropej li ġew approvati. Il-proġett bl-isem
Enhancing Employability through Training
ser jitnieda fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Korporazzjoni ħarġet numru ta’ sejħiet għal tenders ġodda biex dawk interessati li joffru s-servizzi ta’ taħriġ taħt dan il-programm jiġu magħżula.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti fl-aħħar sejħa li kien hemm biex jieħdu għajnuna mill-fondi tal-miżura 1 to 1 taħt il-programm żvilupp rurali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li niġbed l-attenzjoni li m’hemmx Miżura “1 to 1” li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, iżda Miżura 121, nixtieq ninfurmah li għall-aħħar sejħa ta’ din il-miżura kien hemm 501 applikanti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta beħsibu joħroġ ir-riżultat tal-evalwazzjoni fuq l-għajnuna mill-fondi tal-miżura 1 to 1 taħt il-programm żvilupp rurali peress li wasalna fl-aħħar xhur ta’ din is-sena, fejn min applika ilhom jistennew l-għajnuna għal bosta xhur? X’qed iżomm lid-dipartiment li joħroġ ir-riżultat ta’ dawk li kwalifikaw u dawk li ma kwalifikawx?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-proċess biex ikun determinat liema huma dawk l-applikazzjonijiet eliġibbli għall-għajnuna mill-Miżura 121 hemm bżonn li jsiru l-iskrutinji neċċessarji liema proċess ta’ skrutinju għaldaqstant jieħu tul ta’ żmien. Madankollu huwa mistenni li r-riżultat jiġi ppubblikat lejn l-aħħar ta’ Novembru 2012.
Tista’ l-Ministru tgħid min huwa responsabli sabiex jagħti r-rotta lil tal-mini busses u tal-buses li jieħdu t-tfal għal u minn l-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-responsabbilta' sabiex jippjana, jorganizza, jqassam u jissorvelja r-rotot tal-istudenti tal-iskejjel tal-istat mogħtija lil tal-minibuses u tal-buses hija tal-Unit tat-Trasport fi ħdan id-Dipartiment tar-Riżorsi fl-Iskejjel fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi.