estensjoni tal-power station — ħażna għall-heavy fuel oil
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-estensjoni tal-power station għandhiex sistema ta' storage li taħżen il-heavy fuel oil? B'liema sistema qed issir din il-ħażna fl-istorage facility tal-estensjoni u kif qed jinġarr il-heavy fuel oil mill-vapur għall-istorage facility tal-estensjoni? Qed tintuża s-sistema konvenzjonali ta' pipeline mill-moll għal ġewwa l-estensjoni? Jekk le, għaliex? Kemm qed tiswa kuljum is-sistema li qed tintuża bħalissa u għaliex qed tintuża din is-sistema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
MCAST — Mechanical Engineering Institute - spezzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinvestiga jekk kienx hemm inspection ta’ Block I tal-Mechanical Engineering Institute fl-MCAST il-Kordin? Meta saret din l-ispezzjoni u kienx hemm xi rapport dwar dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li Uffiċjali tal-Awtorita’ għas-Saħħa u Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) żaru l-MCAST Kordin fit-8 t’ Awissu wara lment anonimu li rċeviet l-Awtorita’ dwar perikli li allegatament kien hemm għall-istudenti. Barra l-miżuri li kienu diġa ttieħdu biex jissegregaw ix-xogħol ta’ demolizzjoni mill-istudenti u terzi, u li l-Uffiċjali ddeterminaw li kienu adekwati peress li kienu jikkonsistu f’ħajt ta’ sebgħa filati, l-istess Uffiċjali taw struzzjonijiet biex jittieħdu iktar miżuri f’dak li għandhom x’jaqsmu d-dħul fis-sit, u l-ħruġ minnu. Saret laqgħa mad-direzzjoni tal-iskola, u dan biex ikunu spjegati l-obbligi tal-klient waqt proġetti ta’ kostruzzjoni, inkluż l-appuntar ta’ supervisor tal-proġett.
Saret spezzjoni għal skop ta’ follow-up fl-10 t’Awissu, u ma ġew innotati l-ebda irregolaritajiet.
Kunsilli lokali — servizzi marbuta mal-qasam soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif se taħdem l-inizjattiva li ħabbar xi ġranet ilu fejn minn numru ta' kunsilli lokali se jkun qed jipprovdu servizzi marbuta mal-qasam soċjali? Jista' jgħid x'tibdil se jseħħ wara li tħabbret din l-inizjattiva?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din is-sistema se tkun qed topera bħala parti minn pjan ta’ ristrutturar tas-servizzi ta’ Customer Care li jagħti d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali.
Id-Dipartiment prezentament ghandu 24 Uffiċċju Distrettwali madwar Malta. Issa id-Dipartiment ser jifrex is-servizz tiegħu f’10 lokalitajiet oħra mal-24 li diġa' jagħti s-servizz fihom.
Is-servizz se jkun qed jingħata darba fil-ġimgħa mill-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali ta’ Ħ’Attard, Santa Venera, l-Imqabba, Pembroke, il-Għargħur, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, Wied il-Għajn, ix-Xagħra u l-Għarb. Dawn se jiżdiedu mal-Kunsill Lokali tal-Gudja li diġa ilu sentejn joffri dan is-servizz.
Grazzi għal din l-estensjoni tal-uffiċċji tal-customer care fil-lokalitajiet, minflok imorru f’raħal ieħor jew fl-uffiċċju distrettwali biex jinqdew għal dak kollu li jkollhom bżonn fejn jidħlu informazzjoni u applikazzjonijiet, ir-residenti issa jistgħu jinqdew permezz tal-one-stop shop li qed joffrilhom il-Kunsill Lokali tagħhom stess.
Fost l-oħrajn ir-residenti jistgħu japplikaw għal kwalunkwe benefiċċju tas-sigurta’ socjali li ma jirrikjedix dikjarazzjoni guramentata, jagħmlu rapporti dwar bdil fiċ-ċirkostanżi, japplikaw għal jew iġeddu l-karta r-roża, jissottomettu ċertifikati tal-mard, u jagħmlu kwalunkwe talba għall-informazzjoni fuq sigurta’ socjali. Għal dan il-għan uffiċċjali mid-Dipartiment se jkunu qed joffru s-servizzi tagħhom mill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Huwa ppjanat li fil-futur dan is-servizz ikompli jkun estiż għal iżjed Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jaħdmu fil-Benefit Fraud Investigation Directorate fi ħdan il-qasam tas-Sigurtà Soċjali? Jista' jgħid kemm minnhom huma spetturi fi ħdan l-istess direttorat?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-Dipartiment għall-Frodi u Investigazzjoni dwar Benefiċċji bħalissa hemm jaħdmu tmien persuni. Id-Dipartiment jinsab għaddej bil-proċess biex joħrog sejħa għal Spetturi ġodda biex jieħdu post dawk li spiċċaw fl-aħħar xhur.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — impjegati self employed
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32405, jista' l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet l-oħra tawx l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' self employed li huma impjegati? Jekk iva, jista' jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra kif intqal fit-tweġiba msemmija?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b'zieda mar-risposta ghall-mistoqsija parlamentari 32405 kien fadal tasal l-informazzjoni mill-Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali.
Il-persuni li jahdmu bhala self-employed fi hdan l-FSWS huma 8.
Seba' minn dawn huma allaccjati ma' progetti ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja. Dawn huma assistant project administrator, 4 professonal youth support workers u 2 project administrators.
Hemm persuna ohra li hija driver. Dan jahdem mal-persuni b'dizabilita’ u ghandu bzonn tip ta' licenzja tas-sewqan specjali. Ghalhekk filwaqt li kien ghaddej process biex jigu trasferiti xufiera ohra minn entitajiet ohra ghal mal-FSWS kellu jinghata dan il-kuntratt biex dan is-servizz ta' transport ma jieqafx.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32418 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32225, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mis-sena 2008 'l hawn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irreklutat persuni Transport Malta minn Jannar 2012 sal-lum, anke bħala konsulenti u f'kull każ, x'inhu l-pakkett finanzjarju li tat lill kull wieħed u waħda minnhom? X'inhu x-xogħol rispettiv tagħhom? Kemm-il siegħa jaħdmu f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-kampanja għall-promozzjoni ta' Malta f'Harrod's ġewwa Londra? Mil-liema budget se toħroġ in-nefqa? Xi stħarriġ sar biex jiġi żgurat li dawn huma flus minfuqa tajjeb għax biha qed nolqtu lit-turisti li potenzjalment nistgħu ninteressawhom f'Malta?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom skorta tal-pulizija? Jista' jgħid jekk din hux 24 siegħa jew inkella għal xi ħinijiet biss? Jista' jgħid ukoll jekk dawn l-istess persuni jew inkella oħrajn għandhomx għassa mar-residenza tagħhom jew ma' xi post ieħor? Hemm xi persuni li għandhom skorta wkoll meta jkunu barra mill-pajjiż? Dawn l-istess persuni kemm ilhom bl-iskorta tal-pulizija? Kemm huwa stmat li tqum kull skorta? Kemm kienet l-ispiża, sena b'sena, fis-snin 2010, 2011 u matul din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Bħal ma diġa' kelli l-okkażjoni ngħid, mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar miżuri ta' sigurta' li jittieħdu mill-Awtoritajiet kkonċernati meta u fejn ikun meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu flus skont il-liġi mill-gaming parlours liema fondi jmorru għall-kawżi soċjali? Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-snin 2010, 2011 u għal din is-sena separatament? Kif intużaw dawn il-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi il-Liġi li tirregola l-Gaming Devices (u Parlours) daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju 2011, filwaqt illi l-ewwel applikazzjonijiet daħlu għal ħabta ta’ Settembru 2011. Fis-27 ta’ Frar 2012 ingħataw permess illi jiftħu l-ewwel Gaming Parlours u għaldqastant għadha ma nġabret ebda taxxa minn dawn il-ħwienet.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — car allowances
Question
B'riżultat tad-dibattitu parlamentari li sar dan l-aħħar dwar id-dħul tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, jista' l-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkonferma jekk fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010 ikkunsidrax dħul bħala car allowance u ġentilment jgħid kemm kien dan l-ammont filwaqt li jikkonferma wkoll jekk hux minnu li għandu karozza leased mill-Ministeru tiegħu jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru il-car allowance ta' €1737.58 kienet taxed at source mit-Teżor u allura ġiet dikjarata.
Ninforma wkoll li l-karozza għad-dispozizzjoni tiegħi hi proprejta tal-Gvern.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — car allowances
Question
B'riżultat tad-dibattitu parlamentari li sar dan l-aħħar dwar id-dħul tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jista' l-Ministru jikkonferma jekk fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010 ikkunsidrax dħul bħala car allowance u ġentilment jgħid kemm kien dan l-ammont filwaqt li jikkonferma wkoll jekk hux minnu li għandu karozza leased mill-Ministeru tat-tip Honda kulur grey metalic jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul l-2010 ma rċevejt l-ebda car allowance, waqt li nikonferma l-użu tal-vettura imsemija.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — car allowances
Question
B'riżultat tad-dibattitu parlamentari li sar dan l-aħħar dwar id-dħul tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, jista' l-Ministru jikkonferma jekk fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010 ikkunsidrax dħul bħala car allowance u ġentilment jgħid kemm kien dan l-ammont filwaqt li jikkonferma wkoll jekk hux minnu li għandu karozza leased mill-Ministeru tiegħu jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li sat-8 ta’ Novembru 2010 jien kont nuża second car kif inhu stipulat fil-pakkett tas-salarju ta’ Ministru.
Minn dik id-data jien waqqaft l-użu tas-second car u ġibt l-approvazzjoni biex nibda nieħu allowance fix-xahar skont iċ-ċirkulari tal-OPM 4008/2003.
Din il-car allowance bdiet tingħatali mill-paga tax-xahar ta’ Marzu 2011 (b’effett mit-8 ta’ Novembru 2010).
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xogħlijiet lill-Kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmqat illi mill-2004 sal-lum il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ta żewġ xogħlijiet lil din il-kumpanija. Dawn ingħataw fl-2006 għax-xiri ta’ żewġ ‘Air-Conditioning Units’ għall-valur ta’ €914.28 kull ordni. Kull xogħol ingħata wara sejħa għall-quotations.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — Xogħlijiet lill-Kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — Xogħlijiet lill-Kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Xogħlijiet lill-Kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li skont ir-records tas-Sezzjoni tal-Kuntratti u Xiri il-kumpanniji msemmija ma ingħatawx xogħolijiet fil-perjodu ndikat.
Minsiteru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — Xogħlijiet lill-Kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dan il-Ministeru ma ta l-ebda xogħolijiet lill-kumpaniji msemmija mill-2004 sa llum.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — Xogħlijiet lill-Kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
- Kummissjoni ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil
- Kummissarju ghat-Tfal: nil
- Awtorita’ Nazzjonali ghall-Impjiegi: nil
- Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: nil
- Politika Socjali: nil
- Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: nil
- Qrati ta’ Malta: nil
- Qorti t’Ghawdex: nil
- Kummissjoni ghal-Vjolenza Domestika: nil
- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: nil
- Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali: nil
- MEUSAC; fl-2010 €420 ghall-Airconditioner u fl-2011 €25 ghal remote
- Fondazzjoni ghal-Harsien tas-Servizzi Socjali: fl-2011: €32,850 ghal Provision of Maintanance Service and Transfer of Airconditioners wara sejha ghal tenders, u €31,794 ghal Supply and Installation of a Passenger Lift at the New Appogg Premises in Gwardamangia wara sejha ghal tenders.
- Dipartiment ghas-Servizzi Socjali: fl- 2008: €1,967 (airconditiong Unit for Adult Training Centre M’Skala ), 2010: €1045 (Airconditioning Unit for Accounts Section)
- Awtorita’ tad-Djar; fl-2006 €142,986.74, fl-2007 €67,964.13, fl-2008 €33,745.63, fl-2009 €212,813, fl-2010 €47,711 filwaqt li fl-2011 €77,605.60 li kollha nghataw b’tender.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "Quality+" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi din l-iskema abbażi ta’ krediti ta’ taxxa ġiet varata din is-sena u għaldaqstant għadhom ma ġewx mitfugħa applikazzjonijiet.