Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — car allowances

Question

Fid-dawl tad-dibattitu parlamentari li sar dan l-aħħar dwar id-dħul tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jista' l-Ministru jikkonferma jekk fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010 ikkunsidrax dħul bħala car allowance u ġentilment jgħid kemm kien dan l-ammont filwaqt li jikkonferma wkoll jekk hux minnu li għandu karozza leased mill-Ministeru tiegħu jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onoerevoli Interpellant illi fid-dikjarazzjoni għad-dħul għas-sena 2010, hemm inkluż il-car allowance ta’ €7000. Nikkonferma li qatt ma kelli karozza leased mill-Ministeru jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħi jew tal-familja tiegħi.

Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — car allowances

Question

Fid-dawl tad-dibattitu parlamentari li sar dan l-aħħar dwar id-dħul tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jista' l-Ministru jikkonferma jekk fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010 ikkunsidrax dħul bħala car allowance u ġentilment jgħid kemm kien dan l-ammont filwaqt li jikkonferma wkoll jekk hux minnu li għandu karozza leased mill-Ministeru tiegħu jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li bħala Ministru minbarra l-karozza uffiċċjali, jien għandi wkoll id-dritt ta’ użu ta’ karozza oħra li fuqha niġi ntaxxat bħala fringe benefit. Nikkonferma wkoll li jien ma nieħu l-ebda car allowance.
Leg 11 PQ #33095 Sitting 462 2012-03-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili u s-Settur Pubbliku — teleconferencing facilities

Question

Jista' l-Prim Ministru li hu responsabbli mis-Servizz Ċivili u s-Settur Pubbliku jgħid f'liema ministeri, dipartimenti, korporazzjonijiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi kollha hemm teleconferencing facilities? Għal kull faċilità li teżisti, jista' jgħid kemm swiet biex tiġi stallata kull faċilità rispettiva u kemm-il darba tintuża kull ġimgħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru tiegħu hemm faċilità waħda ta’ teleconferencing installata fis-Segretarjat dwar l-Unjoni Ewropea. Din il- faċilità ġiet tiswa € 5,704 biex tiġi nstallata. Is-sistema ta’ teleconferencing hija miftuħa għall-użu tal-Ministeri, Dipartimenti u l-entitajiet Governattivi kollha. L-użu jiddependi skont l-esiġenzi tas-Servizz. Ta’ min jgħid li jkun hemm ukoll okkażjonijiet fejn il-Kummissjoni Ewropea toffri l-possibbiltà li ċerti laqgħat isiru permezz tal- videoconferencing. Dan ifisser illi l-parteċipanti ma jkollhomx bżonn jivvjaġġaw sa Brussell biex jipparteċipaw fil-laqgħat. Din is-sistema tintuża fuq medja ta’ tlett darbiet fil-ġimgħa. Rigward faċilitajiet ta’ teleconferencing f’Ministeri oħrajn nitolbu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Restawr tal-Knisja tal-Parroċċa taż-Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex xi talba mill-parroċċa taż-Żejtun għal xi għajnuna ħalli l-knsija parrokjali tiġi restawrata? Jekk fl-affermattiv x'kienet it-tweġiba tal-awtoritajiet responsabbli mill-qasam tal-kultura u r-restawr f'pajjiżna? Jikkunsidra l-gvern li jagħti l-għajnuna ħalli dan ir-restawr tant meħtieġ isir?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-Ministeru għat-Turiżmu l-Ambjent u l-Kultura rċeviet talba mill-Parroċċa taż-Żejtun għall-għajnuna finanzjarja għall-proġett taħt l-Iskema għall-proġetti ta’ Turiżmu Sostenibbli mis-Settur Privat. Il-proġett jikkonsisti fir-restawr u l-ħolqien ta’ mużew tal-knisja. Dan il-proġett ħa jkun parti minn heritage trail il-Knisja taż-Żejtun qed tiżviluppa biex turisti jkunu jistgħu jgawdu l-valur storiku tar-raħal kemm f’kuntest storiku kif ukoll f’kuntest rurali. Il-proġett kellu suċċess fl-evalwazzjoni u b’hekk ġie allokat fondi strutturali taħt l-iskema.

Restawr tal-Knisja tal-Parroċċa taż-Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi talba lill-Ministeru ħalli jkun jista' jgħin fir-restwar tant meħtieġ li l-knisja parrokjali taż-Żejtun tant għandha bżonn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nikkonferma li dan il-Ministeru rċieva talba ta’ għajnuna għar-restawr tal-knisja parrokjali taż-Żejtun liema talba qiegħda ttitieħed konsiderazzjoni tagħha flimkien ma’ ħafna talbiet oħra minn parroċċi oħra.
Leg 11 PQ #33107 Sitting 462 2012-03-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Proċess ta' Bologna — informazzjoni dwar l-esperti

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-esperti tal-gvern appositament fuq il-Proċess ta' Bologna? Kif intgħażlu dawn l-esperti, x'xogħol jagħmlu u b'liema kriterji ntgħażlu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-esperti appuntati għas-snin 2011 – 2013 huma Dr James Calleja bħala Koordinatur u s-Sur Anthony Saliba (MCAST), Marie Anne Lauri (Università ta’ Malta), Adrian Mamo (ITS), Stephen Balzan (KSU) u Michelle Gialanze (li qed tirrappreżenta s-settur privat tal-edukazzjoni post-sekondarja u ogħla). Dawn l-esperti ntagħżlu fuq il-bażi li jistgħu jikkontribwixxu lejn riformi fl-edukazzjoni ogħla fuq il-prinċipji maqbula fil-laqgħat tal-proċess ta’ Bologna. Ix-xogħol li jsir f’dan il-kumitat huwa dokumentat fuq is-sit www.eupa.org.mt u f’pubblikazzjonijiet li nħarġu s-sena l-oħra u li tqassmu lill-Membri tal-Parlament u lil individwi u organizzazzjonijiet b’interess fl-edukazzjoni ogħla.

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — Xogħlijiet lill-Kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ma jirriżultax li ingħataw xogħlijiet lill-Kumpaniji li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Xogħlijiet lill-Kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qatt ma uża is-servizzi tal-kumpaniji li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #33127 Sitting 462 2012-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — Xogħlijiet lill-Kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Tista’ tagħti d-data u l-ammonti u tgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #33128 Sitting 462 2012-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Xogħlijiet lill-Kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Tista’ tagħti d-data u l-ammonti u tgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #33131 Sitting 462 2012-03-28 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — tnaqqis mill-budget

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32971, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — Triq L-Immakulata Kunċizzjoni - bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta il-bus shelter ta' Triq L-Immakulata Kunċizzjoni Bormla se jerġa' jitwaħħal f`postu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-bus shelter ta' Triq L-Immakulata Kunċizzjoni f'Bormla ser jitwaħħal qabel il-festi tal-Għid.

Malta Enterprise — Interest Rate Subsidies

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Interest Rate Subsidies (Business Pormotion Act) tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazjoni mitluba hija murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dettalji dwar l-impjieg u tqassim skont in-NACE mhumiex disponibbli.

Malta Enterprise — Loan of Highly Qualified Personnel Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet il-Loan of Highly Qualified Personnel Scheme tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jagħti din l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u n-numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma ġiet sottemessa l-ebda applikazjoni taħt din l-iskema relatata ma' riċerka u żvilupp. Madankollu ta’ min jinnota li taħt l-ERDF R&D grants ibbenefikaw 30 intrapriża għal total ta €3.9 miljuni.

Malta Enterprise — Industrial Research and Developement Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-Industrial Research and Developement Scheme tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem).

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi din l-iskema ġiet miftuħa fis-sena 2010. Matul is-sena 2011 ġiet sottomessa u approvata applikazzjoni waħda għal total ta’ €43,000 fi krediti ta’ taxxa.

Postijiet mogħtija mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xahar b'xahar fl-aħħar erba' snin kemm ingħataw postijiet mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jew/u l-Awtorità tad-Djar (bħala suċċessura legali tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali) jew mid-Divizjoni Proprjetajiet tal-Gvern bil-kera liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin? Fejn kienu l-postijiet u minn fejn kienu ġejjin ċ-ċittadini li ħadu dawn il-postijiet b'titolu ta' kera? F'kull każ kemm hi l-kera? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ogħti ta' postijiet tal-Gvern bil-kera soċjali?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Marsaxlokk — Ġibjun tas-Silġ qrib kamra tan-nar taż-Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ilma fil-ġibjun tas-Silġ limiti ta' Marsaxlokk u li jinsab qrib il-kamra tan-nar taż-Żejtun mhux qed jasal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment li hu responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

MEPA — uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra: a) min huma l-uffiċjali li qegħdin fuq il-Bord tal-Aworità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jirrappreżentaw lil diversi ministeri; b) jekk dawn l-uffiċjali humiex kompensati għal-laqgħat li jattendu tal-Bord tal-istess Awtorità; u ċ) jekk fl-affermattiv, x'inhu l-kumpens u minn min jingħata?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali pubbliċi fuq il-Bord tal-MEPA huma s-segwenti: s-Sur Charles Bonniċi - Ministeru tas-Saħħa s-Sur Anthony Zammit - Ministeru għal Għawdex s-Sinjura Chiara Borg - Ministeru għall-Politika Soċjali. Huma jithallsu Eur2,620.54 fis-sena mill-MEPA ta' dan ix-xogħol li, minbarra l-laqgħat tal-MEPA jinkludi ukoll sehem f' interviewing panels .
Leg 11 PQ #33220 Sitting 462 2012-03-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kulleġġ Maria Reġina — skola sekondarja tas-subien - studenti u għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti u għalliema fl-iskola sekondarja tas-subien tan-Naxxar fil-Kulleġġ Maria Reġina? F'kemm klassijiet u forms huma mqassmin l-istudenti? Xi pjanijiet hemm għal din l-iskola għas-snin li ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fl-iskola tas-subien tan-Naxxar fil-Kulleġġ Maria Regina hemm: Għalliema - 27 Studenti - 125 Form IV’s - 4 Klassijiet - 73 student Form V’s - 3 Klassijiet - 52 student L-iskola se tagħlaq din is-sena u l-istudenti se jmorru l-iskola Sekondarja tas-Subien tal-Mosta. Il-blokk se jintuża mill-iskola tal-Kulleġġ San Nikola.

Meter Display u Blood Glucose Test Strips

Question

Peress li fl-aħħar diskors tal-budget tal-Ministru ġie mħabbar li se jerġgħu jibdew jingħataw meter display u blood glucose test strips lill-persuni kollha li għandhom id-dijabete li għandhom 'l fuq minn 36 sena u dan sabiex jiġu evitati kumplikazzjonijiet minħabba din il-marda, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jingħataw dawn it-test strips u l-meter display lil dawn il-persuni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-‘meter display’ u l-‘blood glucose sticks’ ser jibdew jingħataw lill-pazjenti dijabetiċi tat-Tip I mingħajr limitu fuq l-eta’ mis-27 ta’ Marzu 2012. Din ser issir bħala parti mir-riforma li fiha d-dijabete hija waħda mill-kundizzjonijiet li ser tiżdied fil-lista ġdida ta’ kundizzjonijiet kroniċi ta’ Skeda V.