Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata spjegazzjoni lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament dwar kif waslu għall-ammont ta' pensjoni li qed jirċievi, u dan peress li hu qed jgħid li kollegi tax-xogħol tiegħu li spiċċaw bħalu, qed jirċievu pensjoni akbar?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Irranġar quddiem il-blokka ta' appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat quddiem il-blokka ta' appartamenti li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u dan peress li l-art maqluha saret perikoluża ?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi din l-art se tiġi irranġata permezz tal-iskema tat-tisbiħ tal-madwar tal-housing estates tal-Awtorità tad-Djar mill-Kunsill Lokali kkoncernat li diġà beda jagħmel il-preparamenti sabiex isiru ix-xogħlijiet. Il-finanzjament ta' dan ix-xogħol se jiġi provdut mill-Awtorità tad-Djar.

Għajnuna fuq kontijiet tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun ivverifikat l-ammont ta' għajnuna tal-enerġija li qed tirċievi l-familja li d-dettalji taghhom qed jidhru separatament u dan għax il-familja tikkonsisti f'sitta minn nies?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Qrati tal-Ġustizzja — theddid ta' bomba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru theddid ta' bomba fil-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji mitluba rigward numru ta bomb threat calls fiergħa relattivi għall-Qrati Maltin jinstabu hawn taht. Fil-Qrati Maltin bdew jinzammu s-statsitika ta’ Theddid ta’ Bomba mis-sena 2008.

MIP u l-Malta Enterprise — tender

Question

B'referenza għat-tender li ħarġet mill-MIP u l-Malta Enterprise matul 2011, fejn ġie mitlub rapport dwar l-asbestos fil-fabbriki u proprjetà li taqa' taħt dawn l-entatijiet, jista' l-Ministru jgħid: a) kemm ġiet tiswa din it- tender ; b) lil min ġiet mogħtija; ċ) kemm ħadmu persuni fuq dan ir-rapport; u d) jekk l-offerta magħżula kienet l-aħjar offerta li saret u kemm intefu offerti għal dan it-tender?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2011 ma nħareġ l-ebda tender b’dan il-għan. It-tenders li inħarġu kienu għat-tneħħija tal-asbestos mill-fabbriki.

Nuqqas ta' laħam għas-suq lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex fl-aħħar erba' xhur tas-sena 2011 ġie prodott inqas laħam għas-suq lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant dan is-settur ta’ produzzjoni ta’ laħam huwa wieħed privat u bħal kull settur ieħor ta’ attività ekonomika l-ilħuq tad-domanda tiddependi mill-kompettitivtà tas-settur, però niġbed l-attenzjoni li mhux il-prodott tal-laħam kollu naqas.

Produzzjoni tal-Majjal — kriżi u problema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix kriżi u problema fil-produzzjoni tal-majjal? Jekk hawn skarsezza tal-majjal lokali, minn xiex ġiet ikkawżata u x'qed isir biex din tiġi megħluba?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li . dan it-tnaqqis fis-settur huwa attribwit għal ħames fatturi: numru mill-produtturi ssospendew l-operat tagħhom peress li għadhom mhux deċiżi jekk jinvestux fl-irziezet tagħhom biex jilħqu l-istandards minimi ta' trattament xieraq tal-Annimali trobbija tal-Majjal. numru ieħor li qiegħdin jipproduċu mhumiex qegħdin joperaw b’mod effiċjenti biżżejjed bir-riżultat li mhux jilħqu l-produzzjoni pproġettata. fuq talba tal-koperativa stess, il-Gvern assista biex majjal ta’ piż aktar minn dak sodisfaċenti (83kg) jinqatel minn fuq l-irziezet. Dan il-majjal kien jikkontrubwixxi ħafna għall-ineffiċċenzji tas-settur. Il-Gvern esiġa li kull raħħal għandhu jtejjeb l-apparat tiegħu u jieħu 24 qasquż minn kull majjala flok is-sittax il-qasuż li kien jiġri qabel. B’ hekk in-numru ta’ majjaliet fuq l-irziezet tonqos u f’ dan il-perjodu r-raħħala qed jaddattaw għal dawn ir-regoli ġodda. Il-Gvern assista wkoll lill-KIM permezz ta’ infrastruttura u loġistika biex il-laħam jinbiegħ għall-ipproċessar.

Produzzjoni tal-laħam tal-majjal lokali — sitwazzjoni għan-normal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li l-produzzjoni tal-laħam tal-majjal lokali se tkun lura għan-normal u biżżejjed għas-suq lokali? Jista' jgħid jekk huwiex veru li din il-problema tista' ddum anke sa sena oħra minn tal-inqas?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32691. Ninnota ukoll b’ sodisfazzjon li għall-ewwel darba il-KIM ikkonkludiet kuntratti fit-tul mal-proċessuri u għaldaqstant qIegħda f pożizzjoni aħjar biex tippjana l-produzzjoni tagħha fit-tul.

Waiting list tal-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru jew le li hemm grupp ta' ħaddiema li qed iċemplu lill-pazjenti li jinstabu fuq xi waiting list u jaraw jekk il-pazjent għadhomx interessati li jagħmlu l-intervent jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kif kelli l-okkażżjoni li ngħid drabi oħra, llum ġewwa l-Isptar Mater Dei qed titħaddem sistema ċentralizzata ta’ listi ta’ stennija. Din is-sistema kompjuteriżżata tissejjaħ Central Patient Waiting List Management System. Tajjeb li ngħid li din is-sistema diġa qiegħda titħaddem f’numru ta’ dipartimenti fosthom id-Dipartiment tal-Ortopedija, id-Dipartiment tal-Oftalmoloġija, u d-Dipartiment tal-Kardjoloġija. Huwa mistenni li din is-sistema tiġi mplimentata wkoll fid-Dipartiment tal-Kirurġija fil-futur qarib. Din is-sistema diġa wasslet għall-immanniġjar aħjar tal-listi ta’ stennija. Kif kelli l-okkażżjoni ukoll li ngħid drabi oħra, il-proċess ta’ ċentralizzazzjoni tal-listi ta’ stennija mhux wieħed sempliċi għaliex il-listi kollha li sa ftit żmien ilu kienu jinżammu mill-konsulenti rispettivi, kellhom jiġu ċċekjati persuna persuna sabiex jitneħħew ismijiet doppji ta’ pazjenti, ismijiet ta’ dawk il-persuni li mietu, ta’ dawk li saritilhom l-operazzjoni, jew ta’ dawk li ma riedux jagħmlu l-operazzjoni għal raġunijiet differenti. L-Onor. Interpellant żgur li jifhem li huwa essenzjali li l-listi ta’ stennija dejjem ikunu jirriflettu n-numru eżatt ta’ pazjenti li verament ikunu qegħdin jistennew sabiex issirilhom operazzjoni jew xi intervent ieħor. Dan ix-xogħol ta’ verifika u ppjanar sar u qiegħed ikompli jsir minn uffiċċju li ġie mwaqqaf apposta ġewwa l-Isptar Mater Dei u li jissejjaħ Waiting List Office .

Waiting list imnaqqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid lil liema grupp ta' pazjenti ċemplu u allura liema waiting lists ġew imnaqqsa għaliex xi pazjenti rrifjutaw li jagħmlu t-test jew operazzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għar-risposta li tgħajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 32694 fejn spjegajt dak li qed jiġri fil-proċess tal-immaniġjar tal-lista ta’ stennija.

Telefonata fuq waiting lists

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tnaqqsu pazjenti minn fuq il-waiting lists bl-eżerċizzju ta' telefonata mingħand grupp ta' ħaddiema li kienu jċemplu biex jaraw jekk pazjenti li kienu fuq il-waiting lists għandhomx interessati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-Ikel fil-Maghreb — fondi allokati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32281 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk jaħsibx jekk dan hux bizzejjed u jekk hux beħsieb li jżid dan it-tip ta' parteċipazzjoni, b'fondi allokati jew f'xi forma oħra ta' għajnuna maħsuba biex dawn l-għanijiet li jinvolvu l-għajxien ta' 300 miljun ruħ jintlaqgħu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32280 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fejn jaħseb li huwa il-gwadann għall-Malta b'parteċipazzjoni b'dan ir-rwol?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — Skala ta' nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32279 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx xi skala tan-nefqa totali li se tidħol għaliha Malta għal kull sena?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — pjanijiet differenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32278 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx xi pjan li huwa differenti minn dak tal-MDG's mill-5+5?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

każ ta' persuna

Question

B'referenza għall-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu seperatament u billi l-persuna kkonċernata kellha problemi u żvantaġġi ta' komunikazjoni oħra relatati ma' problemi fil-proċess tas-separazzjoni, jista' l-Ministru jara kif tista' tiġi mgħejjuna din il-persuna? Billi għal xi żmien din il-persuna kienet tbati minn dipressjoni, jista' jara li jinstab rimedju immedjatament ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — remunerazzjonijiet ta' chairpersons

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — remunerazzjonijiet ta' chairpersons

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — remunerazzjonijiet ta' chairpersons

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — remunerazzjonijiet ta' chairpersons

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra