Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tibdil fis-sistema tat-traport pubbliku

Question

Wara li riċentament intqal li se jiġu rranġati xi rotot fis-sistema l-ġdida tat-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jindika jekk fost dan it-titjib hux se jkun hemm l-introduzzjoni mill-ġdid tar-rotta li kienet taqdi lir-residenti tal-Gudja u Ħal Għaxaq, speċjalment residenti anzjani, liema rotta kienet twassalhom minn u lejn il-Pjazza ta' Raħal Ġdid direttament għal skop ta' servizz fil-poliklinika? Jekk dan mhux se jseħħ, jista' jagħti spjegazzjoni għalfejn dan mhux se jkun ikkunsidrat? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika meta dan it-tibdil se jidħol fis-seħħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-iskeda tas-sajf 2012, b'żieda mas-servizz eżistenti, se jkunu wkoll ipprovduti servizzi bejn Ħal Għaxaq u Paola u bejn il-Gudja u Paola.

maġistrati u imħallfin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew appuntati maġistrati u imħallfin fl-2010 u fl-2011? Kemm kien il-complement approvat tal-maġistrati u l-imħallfin fl-2010?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jagħmel referenza għar-risposta li saret għall-mistoqsija parlamentari 33617 li kienet simili għal din .

kawżi ta' natura Kostituzzjonali

Question

Jista' l-Ministu jispjega kif qed jiġu assenjati l-kawżi ta' natura kostituzzjonali quddiem il-Prim'Awla? Jista' jispeċifika jekk dawn jiġux assenjati skont roster jew individwalment? Jista' jispjega kif uħud minn dawn il-kawżi kostituzzjonali qed jiġu assenjati lill-imħallfin li diġà jiffurmaw parti mill-Qorti tal-Appell jew Qorti Kostituzzjonali?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kawżi ta’ natura kostituzzjonali jiġu assenjati dak in-nhar stess li jidħlu. Dawn jiġu assenjati fuq bażi ta’ roster bejn il-ġudikanti li jippresjedu fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili skont struzzjonijiet li jingħataw mill Prim Imħallef minn żmien għal żmien.

fond abbandunat

Question

Jista' l-Ministru jiċċara għaliex l-Awtorità tad-Djar tgħid li l-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbgħtu separatament ġie allokat lil terzi meta jidher ċar li dan huwa abbandunat għal kollox?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fond in kwistjoni mhuwiex abbandunat izda abitat.

Suq tal-open top tours

Question

Ġaladarba operatur ħa kważi s-suq kollu ta' open top tours, post ġo lukandi kollha u staff ma' kull bankina, jista' l-Ministru jinforma kemm qed iħallas dan l-operatur lokali lill-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu bħal miżata tiegħu fis-sena 2011 u fis-sena 2012? X'permessi għandu biex staff tiegħu jbiegħu excursions minn fuq bankina pubblika?

Response (DEMARCO, MARIO)

Peress li l-Onor. Interpellant ma ndikax għal liema operatur qiegħed jirreferi, qiegħed nagħti informazzjoni ġenerika fuq il-liċenzi li jħallsu operaturi f’dan il-qasam. Sabiex tipprovdi s-servizz ta’ ‘ sight seeing passenger transport routes’ l-operatur irid ikollu liċenza maħruġa mill-Awtorita’ tat-Trasport taħt l-Att dwar l-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta Kap 499 u jekk l-istess operatur ikun irid jorganizza ġiti organizzati bl- open top buses ikollu bżonn permess mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu bħala operatur ta’ ġiti organizzati taħt l-Att dwar Servizzi ta’ l-Ivvjaggar tat-Turiżmu għal Malta Kap 409. L-operatur ta’ ġiti organizzati, iħallas lill-Awtorità tat-Turiżmu s-somma ta’ 524.11 Euro fis-sena f’liċenza u kontribuzzjoni bħala organizzatur ta’ ġiti organizzati. Dan il-ħlas hu suġġett għal tnaqqis ta’ 20% fuq il-kontribuzzjoni jekk titħallas fi żmien tlett xhur mill-ħruġ ta’ l- invoice . Ninforma wkoll lill-Onor Interpellant li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ma toħroġx permessi jew liċenzi sabiex jinbiegħu ġiti organizzati minn fuq il-bankina pubblika.

karozzi bil-Y number plate

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-liċenzja ta' vetturi bil Y number plate għoliet minn €86 għal €450 fis-sena b'effett mis-sena 2012? Jista' jgħid jekk inbidlux ir-regolamenti għall-ħruġ ta' liċenzji ta' Y number plate vehicles fis-sens li issa r-requirment ta' fond biex il-vettura tkun iggaraxxjata spiċċat? Jekk dan huwa l-każ ma jidirlhux li dan it-tibdil joħloq kompetizzjoni inġusta għax min akkwista vettura s-sena li għaddiet kellu jidħol f'investiment qawwi ta' xiex ta' proprjetà u dawk li jakkwistaw liċenzja issa m'għandhom għalfejn? Dan it-tibdil ġie diskuss ma xi entità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ingaġġ ta' Pharmacy Technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingaġġa l-pharmacy technicians li diġà għamlu l-interview u l-eżitu ta' riżultat ġie ppubblikat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Ministeru qed jistenna l-approvazzjoni finali biex il-pharmacy technicians jiġu ngaġġati.

Sistema Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar l-Ostetriċija — trabi li twieldu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, skont is-Sistema Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar l-Ostetriċija, trabi ġew reġistrati li twieldu lill-unmarried mothers f'Malta u f'Għawdex, sena b'sena, mill-2005 sal-2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

It-tabella hawn taħt turi in-numru ta' trabi li ġew reġistrati li twieldu lill-single mothers f'Malta u f'Għawdex, sena b'sena, mill-2005 sal-2011. Sena Malta Għawdex Total 2005 707 30 737 2006 785 27 812 2007 859 38 897 2008 953 52 1,005 2009 984 41 1,025 2010 948 37 985 2011 1000 44 1,044

Għemmieri — tkattir tal-għasafar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda l-proġett tat-tkattir tal-għasafar tal-għana fl-Għemmieri f'Malta u f'Għawdex; x'inhu l-iskop ta' dan il-proġett, kemm-il speċi ta' għasafar tal-għana qed jitkattru u x'kienu r-riżultati ta' dan il-proġett? Kemm intnefqu flus s'issa fuq dan il-proġett u hemm ħsieb ta' xi għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea għalih?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura.

Kunsilli Lokali — field officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk field officers tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali għadhomx jagħmlu spezzjonijiet fil-lokalitajiet kollha biex fost oħrajn jassiguraw li l-kunsilli lokali qed jaqdu l-funzjonijiet tagħhom kif stipulat u jekk fl-affarmattiv kull meta dawn qed isiru, meta saru l-aħħar u x'kienu l-marki mogħtija lil kull kunsill lokali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ma għadx għandu mpjegati miegħu bħala Field Officers. Ninfurmah ukoll li s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali, bħala l-Kap Amministrattiv u Finanzjarju tal-Kunsill Lokali hu obbligat li jirrapporta lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali kull nuqqas li jirriżultalu jew li jasal għal-informazzjoni tiegħu. Min-naħa tiegħu d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jsegwi kull ilment li jirċievi dwar nuqqasijiet minn Kunsilli Lokali.

Supportline 179 — telefonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' telefonati fuq is-Supportline 179 fl-2011 u kif dan it-total jinqasam skont it-tip tat-telefonati li saru?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2011, is-Supportline 179 kellhom total ta’ 17,354 telefonata. Minn dawn it-telefonati, 11,761 kienu telefonati genwini li jinqasmu fill-kategoriji msemmija hawn taht: Aids / HIV 6 Alcohol 143 Anxiety 223 Behavioural Problems 284 Bereavement 37 Bullying 62 Child Abuse - Emotional 82 Child Abuse - Internet 9 Child Abuse - Neglect 182 Child Abuse - Physical 117 Child Abuse - Sexual 28 Depression 754 Disability Related Issues 26 Domestic Abuse - Emotional 180 Domestic Abuse - Neglect 25 Domestic Abuse - Physical 346 Domestic Abuse - Sexual 15 Drugs 187 Elderly 156 Financial 44 Fostering 55 Gambling 22 Gay Related Issues 8 Homeless 175 Housing Related Issues 20 Information - Internet 42 Information - Services 1230 Legal Issues 81 Listening 2066 Loneliness 780 Marital/Partners 525 Medical / Terminal Illnesses 40 Mental Health 806 Others 1784 Parent-Child 534 Persons in Seperation Process 116 Pregnancy Related Issues 16 Rape 5 Refugees 34 Relationship Problems & Family Problems 281 Residential Homes 5 School Related Issues 26 Sexuality Related Issues 15 Single Parents 19 Single Persons 2 Suicide 27 Unemployment 10 Usury 8 Volunteer Called 123

Ambaxxatur tal-Korea ta' Fuq — laqgħa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Minsitru tal-Affarijet Barranin jgħid x'kien il-kontenut diskuss fil-laqgħa li kellu mal-Ambaxxatur tal-Korea ta' Fuq?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nhar t-Tlieta 3 ta' April 2012 l-Ambaxxatur tal-Korea ta' Fuq kellu laqgħa ta' kortesija miegħi fuq talba tiegħu fi tmiem it-terminu tiegħu ta' Ambaxxatur akkreditat għal Malta Waqt il-laqgħa ta' kortesija jien tkellimt fuq ir-rekord ta' turiżmu li kellha Malta fl-2011, fuq Malta li għandha l-akbar reġistru tal- vapuri fl-Ewropa, fuq il- Foreign Direct Investment għoli li għandha Malta u wkoll fuq ir-rata baxxa ta' qagħad li għandha Malta. Awgurajt li taħdidiet tal-Korea ta' Isfel jergħu jibdew u jkomplu bi skop li jinstabu soluzzjonijiet paċifiċi għal kwistjonijiet li hemm bejniethom.

Kunsill lokali — kontijiet tat-telefon

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont tal-kontijiet tat-telefon, linja linja, li kull kunsill lokali għandu għas-sena 2010, 2011 u sa 31 ta' Marzu 2012? Jista' jippreżenta l-istess informazzjoni għax-xahar ta' Marzu 2012?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onorevoli Interpellant permezz ta' Memo 18/2012 li nħareġ mill-istess Dipartiment. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tkun ppreżentata fil-Parlament.

Rotta tal-linja mis-Swatar għal Belt

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma d-data meta l-Arriva se tibda toffri servizz mis-Swatar sal-Belt? X'frekwenza se jkollu dan is-servizz? X'se jkun in-numru tar-rotta u u fi x'ħin se jibda l-ewwel vjaġġ u meta se jispiċċa l-aħħar wieħed?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mis-27 ta’ Mejju 2012, ir-Rotta 123 se tkun devjata sabiex tibda mill-Isptar Mater Dei, tgħaddi mis-Swatar via B’Kara u l-Ħamrun u tibqa’ sejra lejn il-Belt Valletta. Dan is-servizz se jkollu frekwenza ta’ kull 60 minuta u aktar dettalji rigward l-iskedi se jkunu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin mill-operatur tat-trasport pubbliku.

każ ta' over payment

Question

Jista' l-Ministru jara' x'inhi r-raġuni għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatment, qed jintalab iħallas over payment ta' 'l fuq minn €2500 u dan meta fl-appell instab li hu kellu jiġi mitlub iħallas għal xahar biss?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jiġi rilevat li saret tiffixija fl-atti tal-Qrati Ċivili u Tribunali fuq l-individwu u ma jirriżultax li nħareġ xi kont fil-konfront tieghu. Jekk l-Onor. Membru jista’ jagħti aktar dettalji speċifiċi fuq il-każ allura forsi tkun tista’ ssir riċerka aktar eżawrienti.

Malta Drydocks — arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu ntitolat għall-arretrati li qed jirċievu xi eks-ħaddiem tal-Malta Drydocks?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa qed isir eżerċizzju fejn qed issir stima mill-ġdid tal-pensjonijiet ta’ dawk il-persuni li kienu ħaddiema fil-Malta Dry Docks, Malta Ship Building Ltd. u Malta Shipyards Limited kif jitlob l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Peress li dawn l-organiżżazzjonijiet issa ġew privatiżżati, ir-revizjoni tal-pensjoni f’dan il-każ trid issir billi l-karigi li kellhom dawn il-ħaddiema jitqabblu ma’ karigi fl-istruttura tal-impiegi tal-Gvern ta’ Malta kif ukoll fuq il-pagi jew salarji li l-aktar jikkorrispondu għal dawk ta’ l-ewwel karigi li kienu okkupati mill-pensjonant qabel irtira. Dawn ir-revizjonijiet qed isiru bħalissa mid-Dipartiment u fejn qed jirriżulta li hemm żieda fir-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali din qed titħallas mill-ewwel lil pensjonant.

Persuni intotalit għall-kartuna s-safra jew roża

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi tibdil f'min hu intitolat għall-kartuna s-safra u/jew ir-roża? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiex jikkonsisti dan it-tibdil?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.