Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex il-pont tal-Bidnija jingħatalu l-manutenzjoni meħtieġa għaliex qed jidher li qed tinżel il-livell ta' triq u dan qed joħloq possibilità ta' inċidenti? Jista' jieħu passi meħtieġa sabiex bus shelter fil-Bidnija tkun imnaddfa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-responsabbilta` għall-manutenzjoni u ż-żamma fi stat tajjeb tal-pont tal-Bidnija kif ukoll tat-triq imsemmija hija tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Fir-rigward tat-tieni mistoqsija ninsab infurmat li l-imsemmi
bus shelter
se jiġi mnaddaf fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex Triq it-Torri li tieħu mill-Mosta lejn id-Dwejra sabiex din tkun mogħtija l-patching la darba l-Kunsill tar-Rabat mhux qed jieħu azzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ebda waħda minn Triq it-Torri, Mosta kif ukoll Triq it-Torri, Rabat, ma tieħdok lejn id-Dwejra. Triq It-Torri Rabat tinsab ħdejn il-Villa Rumana. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar preċiż fil-mistoqsija tiegħu.
Mosta — Triq Charles Vassallo u Triq il-Kbira - patching
Question
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex jara li f'Triq Charles Vassallo fil-Mosta u Triq il-Kbira mill-knisja lejn wara fil-Mosta ukoll ikunu mogħtija l-patching minħabba l-periklu li qed jinħoloq lil min ikun qed isuq f'dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq msemmija huma fir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabilità ta' tiswijja tal-spralli li hemm f'Triq Il-Qalbiena Mostin fiż-żona ta' Santa Margerita fil-Mosta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi r-responsabbilità ta’ tiswija tal-ispralli li hemm fi Triq il-Qalbiena Mostin fiż-żona ta’ Santa Margerita fil-Mosta hija tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Rigward il-policy guidance maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bl-isem Areas for Open Storage in Gozo, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-viżjoni tal-gvern dwar Għawdex f'dan ir-rigward u kif ġie identifikat il-post preżenti li huma net agrikolu li jinħadem u huwa fonti ta' għejxien għal diversi familji mill-prodotti li jkabbru fih?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument bl-oġġettivi tal-Open Storage Policy għal Għawdex Ii qed jidher fuq il-website tal-MEPA (http://www.mepa.org.mt/public-consultation) u li bħalissa qiegħed fil-proċess ta' konsultazzjoni pubblika.
Il-prinċipju li l-art in kwistjoni tiġi żviluppata, ġie stabilit fil-Pjan Lokali fl-2006. Barra minn hekk, il-MEPA ikkunsidrat ukoll il-vantaġġi ta' dan is-sit mil-lat ta' lokazzjoni, aċċess, topografija u d-distanza miċ-ċentri residenzjali. Wieħed jifhem li biex jinstab sit imdaqqas li jista' jakkomoda faċilita' ta' din in-natura mingħajr impatti negattivi, huwa diffiċli ħafna f'Għawdex. Is-sit li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa identifikat fil-Pjan Lokali għall-iżvilupp ta' ġibjun tal-ilma għat-tisqija agrikola, liema ilma kellu jiġi mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ. Pero` il-MEPA ġiet informata li saru arranġementi oħra għad-distribuzzjoni tal-ilma ta' kwalita inferjuri għall-bdiewa u għalhekk dan il-ġibjun m'hemmx aktar bżonn li jiġi żviluppat. Kien għalhekk li l-MEPA stħarrġet il-possibilita' li l-Open Storage Area issir minflok l-iżvilupp tal-ġibjun hekk kif jinsab fil-pjanta tal-Pjan Lokali għal Għawdex u Kemmuna - Map 14.2E.
Nieħu l-opportunita li nistieden l-Onorevoli Interpellant biex jgħati l-veduti tiegħu fl-eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika u jissugerixxi alternattivi għal dan is-sit.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal Għawdxin li hemm bżonn li dwarhom tinħareġ care order? X'inhi r-raġuni li dawn il-care orders mhumiex jinħarġu
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija Appoġġ qed tinvestiga numru ta’ każijiet ġewwa Għawdex u għad m’hemmx konklużjoni dwar jekk għandhiex tinħareġ Ordni ta’ Ħarsien fuq uħud minnhom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk l-istat hux lest li jilleġisla soċjalment favur dawk l-individwi li r-residenza tagħhom kienet b'titolu li ċens temporanju u li bis-saħħa tal-liġi huma kellhom id-dritt jikkonvertu dan iċ-ċens għal wieħed perpetwu u li in vista ta' diversi sentenzi tal-Qrati tagħna tali konverzjoni taċ-ċens għal wieħed perpetwu ġiet dikjarata anti-kostituzzjonali?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33163, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi dwar din is-siġra qed jistenna l-permess tad-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-pariri tekniċi tiegħu meta qed jingħad f'din il-mistoqsija li d-devoluzzjoni għaddiet lill-kunsill lokali meta hemm korrispondenza ċara bejn il-kunsill lokali u d-Dipartiment tal-Agrikoltura? Jista' jgħid jekk din is-siġra tistax tkun relokata minħabba l-ħsara li qed tikkawża lid-djar tan-nies?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ir-rwol prinċipali tad-Dipartiment tal-Agrikoltura f’każijiet bħal dawn huwa li jagħti pariri tekniċi lill-Kunsilli Lokali u anki biex l-istess Kunsilli jkunu jistgħu jwieġbu għall-ilmenti mressqa mir-residenti.
NInsab infurmat li Spetturi tad-Dipartiment tal-Agrikoltura diġa marru darbtejn biex jaraw il-każ wara li id-Dipartiment kien irċieva ittra mill Kunsill. Sfortunatament fiż-żewġ każijiet ir-resident ma kienx hemm biex jispeċifika s-siġra in kwistjoni.
Id-Dipartiment irrisponda b’żewġ ittri lill-Kunsill Lokali fejn għarrfu li f’każijiet bħal dawn ir-residenti għandhom jipproduċu rapport mill-perit tagħhom biex wara tkun tista’ issir il-verifika meħtieġa mill-ispetturi tad-Dipartiment.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma — rwejjaħ qawwija tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' rwejjaħ qawwija ta' drenaġġ u gass li qed toħroġ mill-main sewers ta' Triq Valletta f'Ħal Qormi quddiem din id-dar li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament f'xi ħinijiet waqt il-ġurnata u li qed tikkawża inkonvenjent għar-residenti? Tista' l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tgħid x'qed iwassal għal din il-problema?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta l-ilma għamlet diversi visti fuq is-sistema tad-drenaġġ fl-imsemmija triq u ma sabet xejn irregolari.
L-aħħar spezzjoni saret fil-preżenza ta’ l-ispettur tas-sanita u tal-konsumatur li qed jirraporta. L-ispettur tas-sanita irrakommanda lill-konsumatur sabiex jivverifika sew jekk is-sistema tad-drenaġġ tal-propjeta’ tiegħu hix sew.
Ħal Qormi — Triq l-Imdina u Triq Manwel Dimech - inċidenti mal-junction
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33224 dwar il-junction bejn Triq l-Imdina u Triq Manwel Dimech f'Ħal Qormi, ma jaħsibx il-Ministru li qed ikun hemm wisq inċidenti tat-traffiku f'din il-parti tat-triq (meta din l-istatistika ma tinkludix l-inċidenti li seħħew u li ma ġewx irrekordjati mill-pulizija) u jeħtieġ li Transport Malta tikkunsidra bis-serjetà li tirranġa din il-junction fejn ir-roundabout ta' Triq l-Imdina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjonijiet tiegħu lil Transport Malta.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ma sar l-ebda ħlas lill-avukat u kumpanija msemmija.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant illi f’dawn l-aħħar ħames snin il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ma ta l-ebda xogħol lill-kumpanija jew avukat imsemmija f’din il-mistoqsija.
Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn dan il-Ministeru u mill-Entitajiet li jifformaw parti minnu, ma jirriżultax illi ingħata xi ħlas lill-persuna u lill-kumpanija li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li tul dawn l-aħħar ħames snin, il-Ministeru tiegħi ħallas is-somma ta' €13,650.15 lill-avukat u €281.14 lill-kumpanija msemmija.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar ħames snin l-ammont totali ta' flus imħallas lill-avukat u l-kumpanija imsemmija mil-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu kien ta’ €826.
Spiża fuq salarji u perkaċċi li l-Gvern iħallas lill-awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30341, 30163 u 27925 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-ispiża tas-salarji u perkaċċi li l-gvern iħallas lill-awtoritajiet? Jistgħu dawn ikunu preżentati separatament skont il-gradi sa mis-sena 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31585, jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu ppubblikati l-quality indicators li huma tant bżonnjużi biex ikollna servizz tal-fostering immexxi b'mod aktar professjonali?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali ipprepara Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-djar residenzjali u fil-foster care kif ukoll accreditation criteria għall-aġenziji tal-fostering. S’issa għad m’hemmx quality indicators għall-aġenziji tal-fostering, iżda s-servizz tal-fostering jiġi evalwat kull sentejn skont kif titlob il-Foster Care Act 2007.
Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali — draft law
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30589, jista' l-Ministru jindika meta id-draft law li ilha lesta minn 2008 dwar il-bżonn ta' liċenzja lid-Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali biex tibda tinvestiga s-servizzi mogħija mill-gvern u entitajiet oħra, titressaq quddiem il-Parlament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xoghol fuq l-abbozz ta' liġi wasal fl-aħħar stadju. Fadal biss il-bżonn tal-aħħar konsultazzjonijiet li qed nara li jiġu konkluzi fi żmien qasir.
Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Program Budz
Question
Jista' l-Ministru jelenka xi programmi li jeżistu għat-tfal b'challenging behaviour? X'kienet ir-raġuni li l-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali waqfet il-Programm Budz? Kemm kien hemm tfal li laħqu għamlu użu minn dan is-servizz?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-OnorevoliInterpellant li fis-sena 2008, l-programm Budz laqa' ħdax-il adoloxxent - ħamsa tas-sess maskil u sitta tas-sess femminil. Dawn gew minn diversi lokalitajiet madwar Malta. L-attendenza ma kinitx wahda regolari minkejja li l-haddiema socjali kienu jaghmlu minn kollox biex iheggu lil dawn iz-zghazagh jattendu u sahansitra gieli anke marru ghalihom sabiex jigu. Gie evalwat dan il-programm u nhass li hu ta aktar beneficcju li jsir xoghol individwali ma’ dawn l-adoloxxenti u ghalhekk dan il-programm waqaf. L-ahhar grupp ta’ Budz sar lejn l-ahhar ta l-2008. Matul is-sena 2009 saru diskussjonijiet u anke gie evalwat dan il-program biex jigu identifikati il-bzonnijiet taz-zghazagh u kif jistghu dawn jigu mghejjuna ahjar.
Iz-zewg servizzi tal-Fondazzjoni; l-Youth Outreach (Appogg) u Teen Support Service (Sedqa), komplew b`dan ix-xoghol individwali matul is-sena 2009-2010 sakemm fl-2010 wara diskussjonijiet bejn iz-zewg Agenziji gie deciz li dawn iz-zewg servizzi jinghaqdu f`wiehed u ghalhekk gie mqawwaf l-Youth in Focus li jaghmel parti mill-Agenizja Appogg sabiex jahdem ma’ adoloxxenti li ghaddejjin minn diffikultajiet kemm ta’ droga u alokohol kif ukoll diffikultajiet ta mgieba. Zghazagh li huma ga involuti fil-prostituzzjoni, kriminalita, etc jistghu jibbenefikaw minn dan is-servizz li fih jigbor grupp ta haddiema socjali li x-xoghol ewlieni taghhom hu li jghinu lil dawn l-adoloxxenti fil-hajja taghhom u anke jaghmlu xoghol mal-genituri,
carers
u nies ohra fil-hajja ta dawn l-adoloxxenti. Isir hafna xoghol intensiv flimkien ma’ professjonisti ohra bhalma huma
probation officers
, pulizija, skejjel, psikologi, psikjatri u anke xoghol ma haddiema li jahdmu f`xi dar residenzjali.
Fil-prezent dan is-servizz qed joffri ghajnuna lil madwar 210 adoloxxent u l-familji taghhom. Wara l-programm Budz, beda jopera wkoll programm iehor b`fondi ta l-Unjoni Ewropeja – E4L- Embark for Life - Integration of Young People into the Labour Market (ESF 3.61). Dan joffri ghajnuna lil zghazagh b’diffikultajiet ta’ mgieba jew ragunijiet ohra sabiex jigu integrati fid-dinja tax-xoghol. Ghaldaqstant dawn is-servizz issostitwew il-Programm Budz u ghaldaqstant l-Fondazzjoni m’ghandiex il-hsieb li jergaw joperaw il-programm Budz.