Legislature:
Category:
Reset
Active:

informazzjoni dwar konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32373 u jindika l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fuq kemm-il bord qed iservi bħalissa ta’ entitajiet li għandhom f’xi mod jew ieħor sehem tal-gvern kif ukoll xi konsulenzi li jista’ qed jipprovdi lill-Ministeru u/jew xi entitajiet governattivi u/jew parastatali wkoll? X’inhu l-ħlas flimkien ma' benefiċċji oħrajn f’kull każ partikolari u b’seħħ minn meta bdew dawn il-ħatriet individwalment? Għandu xi arranġamenti kuntrattwali f’xi każijiet partikolari?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #33096 Sitting 463 2012-04-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili u s-Settur Pubbliku — Contract of Service

Question

Jista' l-Prim Ministru li hu responsabbli mis-Servizz Ċivili u s-Settur Pubbliku jgħid min huma l-individwi li għandhom Contract of Service, xi grad għandhom u meta beda kull Contract of Service imsemmi? Meta jagħlaq u x'pagi, salarji, benefiċċji u perkaċċi għandhom rispettivament l-individwi indikati għal kull ministeru, dipartiment, korporazzjoni, kumpanija governattiva u l-entitajiet pubbliċi kollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

siġar uprooted f'diversi lokalitajiet

Question

Billi għadd ta' siġar ġew uprooted mingħajr avviż f’Ħaż-Żebbuġ, il-Mellieħa quddiem l-Għassa tal-Pulizija u fit-Tokk, Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk inkisibx il-permess meħtieġ tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel sar dan? Jekk le, x’passi ttieħdu dwar dan?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-siġar li tneħħew minn Triq il-Fraxxnu kantuniera ma’ Triq Ħal Mula, Ħaż-Żebbuġ, ma kinux sigar imħarsa bir-Regolamenti tal-2011 dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar u għaldaqstant ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ permess mill-MEPA biex dawn jinqalgħu. Is-sigar tal-fikus li kien hemm f’Misraħ iż-Żjara tal-Papa, tneħħew wara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ingħata permess mill-MEPA, bil-kundizzjoni li dawn is-siġar jiġu mħawla f’post alternattiv fil-Mellieħa. Dwar is-siġar li hemm fl-inħawi tat-Tokk, Għawdex, dawn ma ġewx miżbura skont il-parametri mitluba mil-liġi, u għaldaqstant qed jigu diskussi l-proċeduri li għandhom jittieħdu f’dan il-każ.

Enemalta — vacancies

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-Ministru ftit ilu ħabbar li hemm nies żejda jaħdmu mal-Korporazzjoni Enemalta: a) jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata bl-ammonti ta' nies li ddaħlu jaħdmu mal-korporazzjoni fl-aħħar sena, n-nomenklatura tagħhom u l-grad (skala); b) jista' jgħid ukoll għaliex dawn il-vacancies ma ntlewx internament u għalfejn ma sarx retraining ta' ħaddiema eżistenti; ċ) jista' jgħid kemm minn dawn l-impjegati bbenefikaw minn skemi ta' rtirar kmieni minn mal-kumpaniji oħra bħal Air Malta jew Go (Maltacom) eċċ.; u d) jista' jispjega għalfejn dawn il-vacanies sal-lum mhux kollha qegħdin jew ġew imniżżla fuq il-website tal-korporazzjoni kif inhi l-prassi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li fis-sena 2011 il-Korporazzjoni Enemalta impjegat 29 persuna. In-nomenklatura u l-iskala tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li għal kull vacancy li kien hemm, l-ewwel ħarġet sejħa interna. F’xi sejħiet minnhom kien hemm ammont zgħir ta’ persuni li applikaw, li kienu jikkwakifikaw u li ntagħżlu għall-pożizzjoni li applikaw għaliha. Għall-kumplament ħarġet sejħa mil-ETC. Is-sejħiet maħruġa mill-Korporazzjoni jitpoġġew fuq il-portal tal-istess Korporazzjoni, kif inhu miftiehem mal-Unions.

persuna li tieħu pensjoni tal-wens

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31854, jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi kkuntatjat il-ġuvni kkonċernat peress li s'issa ħadd għadu ma kellmu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata permezz ta’ ittra li ntbagħtet fid-9 ta’ Frar 2012. Kopja ta’ din l-ittra se terġa' tintbagħat lill-persuna konċernata illum 15 ta’ Marzu 2012. Din l-ittra kienet tikkonċerna talba li saret f’mistoqsija parlamentari 31854.

Każ ta' appuntament ta' anzjan

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32118, jista' l-Minsitru jara l-każ tal-anzjan kkonċernat li qed jistenna biex issirlu l-operazzjoni tal-ftuq?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Customer Care Division tkellem mal-anzjan li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant u talbuħ biex jibgħat r-riferta għal appuntament tiegħu ġewwa d-dipartiment ta’ l-outpatients tal-Isptar Mater Dei. Il-pazjent infurmana li fit-tlieta u għoxrin ta’ Marzu, huwa ġie inviżtat mill-Konsulent tal-Kirurġija ġewwa d-dipartiment tal-kirurġija ta’ l- outpatients fejn dan taħ parir u spjegalu li l-problema tal-ftuq hija waħda sekondarja u li mhux urġenti filwaqt li l-problema fit- thyroid għandha tieħu preċedenza għax hi aktar ta’ riskju. Il-Kirurgu spjegalu ukoll li għalissa ma jistgħux isirulu interventi kirurġiċi għaliex l-anzjan kkonċernat għadu kemm ġie operat minħabba problemi kardijaċi.

Dritt ta' flus minn fondi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31631, jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li r-raġel tagħha ilu mejjet 21 sena u xtaqet tkun taf jekk għandhiex dritt tal-flus minn fondi li kienu jfaddlu l-istess ħaddiema tax-xatt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata diġà bbenifikat minn flus li kienet intitolata għalihom mill-Fond dwar il-Pensjonijiet u Kontinġenzi.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — Xogħlijiet lill-Kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi l-kumpanija li jisimha Central Trading Co Ltd u li tindika liż-żewġ ismijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, ma ngħatat l-ebda xogħol mll-Ministeru Għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur minn mindu ġie mwaqqaf iktar kmieni din is-sena.

Sptar Mater Dei — ilmenti fil-customer care

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31051 u jgħid kemm daħlu ilmenti fil-customer care tal-Isptar Mater Dei sena b’sena matul l-2008, 2009 u 2010 b’mod separat? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti? Kemm-il każ kien magħluq u kemm-il każ għadu miftuħ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Dipartiment tal-VAT — investigazzjoni fuq każ

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar fiex jikkonsisti każ li seħħ fid-Dipartiment tal-VAT u li skont kif kien ikkwotat il-Ministru tal-Finanzi fil-gazzetta KullĦadd tal-Ħadd 18 ta' Marzu 2011, xi żmien ilu l-istess Dipartiment tal-VAT għaddih għall-investigazzjoni tal-Pulizija?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-allegazzjoni tikkonċerna l-avviċinament ta’ uffiċjal pubbliku li ġie offrut 100 ewro biex iħaffef proċess. Dan l-istess uffiċjal informa lis-superjuri tiegħu fid-dipartiment li minnufih irreferew din l-allegazzjoni lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #33221 Sitting 463 2012-04-23 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kulleġġ Santa Margerita — skola sekondarja tal-bniet - studenti u għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti u għalliema fl-iskola Sekondarja tal-Bniet f'Bormla fil-Kulleġġ Santa Margerita? F'kemm klassijiet u forms huma mqassmin l-istudenti? Xi pjanijiet hemm għal din l-iskola għas-snin li ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #33222 Sitting 463 2012-04-23 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kulleġġ St. Thomas Moore — studenti u għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti u għalliema fl-iskola sekondarja tas-subien ta' Raħal Ġdid fil-Kulleġġ St.Thomas Moore? F'kemm klassijiet u forms huma mqassmin l-istudenti? Xi pjanijiet hemm għal din l-iskola għas-snin li ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — informazzjoni dwar l-impejgati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #33319 Sitting 463 2012-04-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Agro-Turiżmu għal Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30433, tista’ l-Ministru tgħid jekk issa s-sejħa għall-offerti ġietx ipproċessata? Tista’ tgħid din is-sejħa meta kienet ħarġet? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sett ta’ rakkmandazzjonijiet approvati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-sejħa msemmija kienet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-28 t'Ottubru 2011, il-kuntratt ġie mogħti u bħalissa għaddejja l-implimentazzjoni tiegħu. Meta r-rakkmandazzjonijiet ikunu lesti, kopja tagħhom titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #33331 Sitting 463 2012-04-23 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Każijiet ta' referrals fl-iskejjel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32655, tista' l-Ministru tgħid kemm hu bħala medja ż-żmien li jgħaddi minn meta ssir l-ewwel referral sa ma l-istudent jingħata għajnuna li jkollu bżonn jekk fil-fatt jiġi determinat li dan l-istudent għandu bżonn l-għajnuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Propretajiet li ġew mogħtija lura lis-sidien

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-proprjetajiet inklużi d-daqs tagħhom li kienu dikjarati meħtieġa għal skop pubbliku u li ġew mogħtija lura lis-sidien kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-propretajiet, inkluż id-daqs tagħhom li kienu dikjarati meħtieġa għal skop pubbliku u li ġew mogħtija lura lis-sidien mis-sena 2004 sa sena 2012. Ma kienx possibli li tingħata l-informazzjoni dwar is-snin qabel dawk imsemmija peress li din l-informazzjoni ma kienetx tinżamm f’record wieħed fid-Dipartiment.

Saluting Battery, Ġnien ta' Hastings u l-Barraka t'isfel — Kirjiet tal-postijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kirjiet li jeżistu għar-rigward tas-Saluting Battery, il-Ġnien ta' Hastings u l-Barraka t'isfel fil-Belt? Jista' jgħid kif ingħażlu l-kumpaniji li għandhom dritt esklussiv li jagħmlu liġijiet u funzjonijiet oħra f'dawn il-postijiet u kemm qiegħed iddaħħal il-gvern mill-flus li jitħallsu għal dawn l-attivitajiet?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi s-Saluting Battery taqa’ taħt ir-responsabbiltà tas-Sovraintendenza tal-Wirt Kulturali, li min-naħa tiegħu, ittrasferixxa l-użu tiegħu lill-Fondazzjoni Wirt Artna permezz ta’ ‘guardianship deed’, filwaqt li l-Ġnien ta’ Hastings u l-Barrakka t’Isfel jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.

Air Malta — konsulenti li jagħtu pariri lit-Task Force

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32740 u jgħid min kienu l-persuni li ġew imqabbda skont mistoqsija parlamentari 24972 mingħajr ma jagħti kemm tħallsu? Jista' jgħid jekk il-ħlas sarx mill-gvern jew inkella mill-Air Malta stess?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

fondi allokati minħabba l-faqar

Question

Peress li s-sena 2010 kienet is-sena ddedikata għall-faqar mill-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu allokati fondi lil Malta? Kif intefqu? X'kien l-ammont allokat lil NGOs?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta parlamentari 30815. L-Għaqdiet Volontarji ma ġew allokati ebda fondi diretti però setgħu japplikaw taħt kull sejħa li nħarġet mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali b’konnessjoni ma’ din is-Sena Ewropea 2010.